Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2020:234:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 234, 21 ta' Lulju 2020


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 234

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
21 ta' Lulju 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1068 tal-15 ta’ Mejju 2020 li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi ( 1 )

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1069 tad-19 ta’ Ġunju 2020 li jemenda Regolament Delegat (UE) Nru 877/2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1070 tal-20 ta’ Lulju 2020 dwar l-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi tal-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ( 1 )

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/1071 tat-18 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-esklużjoni ta’ titjiriet li jidħlu mill-Iżvizzera mill-iskema tal-UE għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ( 1 )

16

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1072 tas-16 ta’ Lulju 2020 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1264 (EUTM Somalia/1/2020)

18

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1073 tas-17 ta’ Lulju 2020 li tagħti deroga mitluba min-Netherlands skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

20

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1074 tas-17 ta’ Lulju 2020 li tagħti deroga mitluba mid-Danimarka skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

29

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1068

tal-15 ta’ Mejju 2020

li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b’mod partikolari l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 23(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi fil-kummerċ internazzjonali (2) (“il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam”).

(2)

Permezz tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/677 (3), (UE) 2019/989 (4), (UE) 2019/1100 (5), (UE) 2019/1090 (6), (UE) 2018/1532 (7), (UE) 2019/344 (8), (UE) 2018/1043 (9), (UE) 2018/1917 (10), (UE) 2018/1019 (11), (UE) 2018/309 (12), (UE) 2018/1501 (13) u (UE) 2018/1914 (14), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma ġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanzi klorotalonil, klorprofam, desmedifam, dimetoat, dikwat, etoprofos, fenamidon, flurtamon, oksasulfuron, propineb, pimetrożina u kwinossifen, rispettivament, bħala sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), bl-effett li dawk is-sustanzi huma pprojbiti mill-użi kollha fil-kategorija “pestiċida” minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe użu ieħor f’dik il-kategorija. Għalhekk, jenħtieġ li dawk is-sustanzi jinżiedu mal-listi ta’ sustanzi kimiċi fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(3)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1500 (16), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma ġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanza tiram bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li dik is-sustanza hija pprojbita mill-użu fis-sottokategorija “pestiċida fil-grupp ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti” kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 649/2012. Billi t-tiram hija approvata biss skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodotti 9, li jaqgħu fis-sottokategorija “pestiċidi oħrajn li jinkludu l-bijoċidi” kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 649/2012, kull użu ta’ dik is-sustanza huwa prattikament ipprojbit fil-livell tal-kategorija “pestiċida”. Għaldaqstant, it-tiram hija ristretta b’mod sever fl-Unjoni fil-livell tal-kategorija “pestiċida” u għalhekk jenħtieġ li tinżied mal-listi tas-sustanzi kimiċi fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(4)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1865 (18), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma ġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanza propikonażol bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li dik is-sustanza hija pprojbita mill-użu fis-sottokategorija “pestiċida fil-grupp ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti”. Dik il-projbizzjoni ma tikkostitwix restrizzjoni severa tal-użu tas-sustanza fil-livell tal-kategorija “pestiċida”, meta jitqies li l-propikonażol huwa approvat għal diversi użi fis-sottokategorija “pestiċidi oħrajn li jinkludu l-bijoċidi”. Il-propikonażol ġie approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodotti 7, 8 u 9 skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. Għalhekk, jenħtieġ li l-propikonażol jinżied mal-lista ta’ sustanzi kimiċi fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(5)

Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-clothianidin u tat-thiamethoxam, iżda l-applikanti rtiraw dik l-applikazzjoni wara l-adozzjoni tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/784 (19) u (UE) 2018/785 (20), li permezz tagħhom il-Kummissjoni ddeċidiet li temenda l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi clothianidin u thiamethoxam, rispettivament, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Billi dawk l-approvazzjonijiet tal-clothianidin u tat-thiamethoxam skadew, l-użu ta’ dawk is-sustanzi huwa pprojbit fis-sottokategorija “pestiċida fil-grupp ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti”. Dik il-projbizzjoni tikkostitwixxi restrizzjoni severa tal-użu tas-sustanzi fil-livell tal-kategorija “pestiċida”, billi l-użu kollu tal-clothianidin u tat-thiamethoxam huwa prattikament ipprojbit billi l-clothianidin u t-thiamethoxam huma approvati biss għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodotti 18 skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 fis-sottokategorija “pestiċidi oħrajn li jinkludu l-bijoċidi”. Għalhekk, jenħtieġ li l-clothianidin u t-thiamethoxam jinżiedu mal-listi ta’ sustanzi kimiċi fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(6)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/783 (21), il-Kummissjoni ddeċidiet li temenda l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva imidacloprid skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li l-użu ta’ dik is-sustanza huwa ristrett b’mod sever fis-sottokategorija “pestiċida fil-grupp ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti”. Dik ir-restrizzjoni severa ma tikkostitwix restrizzjoni severa tal-użu tas-sustanza fil-livell tal-kategorija “pestiċida”, meta jitqies li l-imidacloprid hija approvata għal diversi użi fis-sottokategorija “pestiċidi oħrajn li jinkludu l-bijoċidi”. L-imidacloprid ġiet approvata għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodotti 18 skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. Barra minn hekk, l-imidacloprid tintuża fi prodotti mediċinali veterinarji f’konformità mad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22). Għalhekk, jenħtieġ li l-imidacloprid tinżied mal-lista ta’ sustanzi kimiċi fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(7)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/404 (23), il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva glufosinat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, wara applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva. Billi dik l-applikazzjoni ġiet irtirata, il-glufosinat ma għadux aktar approvat bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li dik is-sustanza hija pprojbita mill-użi kollha fil-kategorija “pestiċida” minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe użu ieħor f’dik il-kategorija. Għalhekk, jenħtieġ li jinżied mal-listi ta’ sustanzi kimiċi fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(8)

Fid-disa’ laqgħa tagħha, li saret f’Mejju 2019, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam iddeċidiet li tinkludi s-sustanzi forat u eżabromoċiklododekan fl-Anness III ta’ dik il-Konvenzjoni, bl-effett li dawk is-sustanzi kimiċi saru soġġetti għall-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat Minn Qabel skont dik il-Konvenzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-forat jinżied mal-listi ta’ sustanzi kimiċi fil-Partijiet 1 u 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. L-eżabromoċiklododekan diġà huwa elenkat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 u għalhekk huwa pprojbit għall-esportazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jinżied mal-lista ta’ sustanzi kimiċi fil-Parti 3 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

(9)

Ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) jipprojbixxi l-esportazzjoni tal-merkurju, ta’ ċerti taħlitiet tal-merkurju metalliku ma’ sustanzi oħra, ta’ ċerti komposti tal-merkurju u ta’ ċerti prodotti miżjuda bil-merkurju. Jenħtieġ li dawk il-projbizzjonijiet tal-esportazzjoni jiġu riflessi fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(10)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

(11)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli li jippermetti lill-partijiet interessati biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(b)

L-Anness V huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60.

(2)   ĠU L 63, 6.3.2003, p. 29.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/677 tad-29 ta’ April 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva klorotalonil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 114, 30.4.2019, p. 15).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/989 tas-17 ta’ Ġunju 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva chlorpropham, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 160, 18.6.2019, p. 11).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1100 tas-27 ta’ Ġunju 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva desmedipham, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 175, 28.6.2019, p. 17).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1090 tas-26 ta’ Ġunju 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimethoate, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 173, 27.6.2019, p. 39).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1532 tat-12 ta’ Ottubru 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva dikwat, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 257, 15.10.2018, p. 10).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/344 tat-28 ta’ Frar 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva ethoprophos, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 62, 1.3.2019, p. 7).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1043 tal-24 ta’ Lulju 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fenamidon, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 188, 25.7.2018, p. 9).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1917 tas-6 ta’ Diċembru 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva flurtamon, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 311, 7.12.2018, p. 27).

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1019 tat-18 ta’ Lulju 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva oksasulfuron, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 183, 19.7.2018, p. 14).

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/309 tal-1 ta’ Marzu 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva propineb, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 60, 2.3.2018, p. 16).

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1501 tad-9 ta’ Ottubru 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva pimetrożina, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 254, 10.10.2018, p. 4).

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1914 tas-6 ta’ Diċembru 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva kwinoksifen, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 311, 7.12.2018, p. 17).

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(16)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1500 tad-9 ta’ Ottubru 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva tiram, li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ taż-żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tiram, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 254, 10.10.2018, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(18)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1865 tat-28 ta’ Novembru 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva propikonażol, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 304, 29.11.2018, p. 6).

(19)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/784 tad-29 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva klotijanidin (ĠU L 132, 30.5.2018, p. 35).

(20)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/785 tad-29 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva tijametossam (ĠU L 132, 30.5.2018, p. 40).

(21)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/783 tad-29 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva imidakloprid (ĠU L 132, 30.5.2018, p. 31).

(22)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).

(23)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/404 tal-11 ta’ Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward l-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi beflubutamid, kaptan, dimetoat, dimetomorf, etoprofos, fipronil, folpet, formetanat, glufosinat, metjokarb, metribużin, fosmet, pirimifos-metil u propamokarb (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 6).

(24)  Ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (ĠU L 137, 24.5.2017, p. 1).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti 1, fit-tabella, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

Sustanza Kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi NM (***)

Sottokategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhi meħtieġa l-ebda notifika

“Klorotalonil (+)

1897-45-6

217-588-1

ex 2926 90 70

p(1)

b

 

Klorprofam (+)

101-21-3

202-925-7

ex 2924 29 70

p(1)

b

 

Klotijanidin (+)

210880-92-5

ma japplikax

ex 2934 10 00

p(1)

b

 

Desmedifam (+)

13684-56-5

237-198-5

ex 2924 29 70

p(1)

b

 

Dimetoat (+)

60-51-5

200-480-3

ex 2930 90 98

p(1)

b

 

Dikwat, inkluż

id-dikwat dibromid (+)

2764-72-9

85-00-7

220-433-0

201-579-4

ex 2933 99 80

p(1)

b

 

Etoprofos (+)

13194-48-4

236-152-1

ex 2930 90 98

p(1)

b

 

Fenamidon (+)

161326-34-7

ma japplikax

ex 2933 29 90

p(1)

b

 

Flurtamon (+)

96525-23-4

ma japplikax

ex 2932 19 00

p(1)

b

 

Glufosinat, inkluż il-glufosinat-ammonju (+)

51276-47-2

77182-82-2

257-102-5

278-636-6

ex 2931 39 90

p(1)

b

 

Imidacloprid

138261-41-3

ma japplikax

ex 2933 39 99

p(1)

sr

 

Oksasulfuron (+)

144651-06-9

ma japplikax

ex 2935 90 90

p(1)

b

 

Forat (#)

298-02-2

206-052-2

ex 2930 90 98

p(1)

b

 

Propikonażol

60207-90-1

262-104-4

ex 2934 99 90

p(1)

b

 

Propineb (+)

12071-83-9

9016-72-2

235-134-0

ex 2930 20 00

p(1)

b

 

Pimetrożina (+)

123312-89-0

ma japplikax

ex 2933 69 80

p(1)

b

 

Kwinossifen (+)

124495-18-7

ma japplikax

ex 2933 49 90

p(1)

b

 

Thiamethoxam (+)

153719-23-4

ma japplikax

ex 2934 10 00

p(1)

b

 

Tiram (+)

137-26-8

205-286-2

ex 2930 30 00

p(1)-p(2)

b-sr”;

 

(2)

fil-Parti 2, fit-tabella, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

Sustanza Kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi NM (***)

Kategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

“Klorotalonil

1897-45-6

217-588-1

ex 2926 90 70

p

b

Klorprofam

101-21-3

202-925-7

ex 2924 29 70

p

b

Clothianidin

210880-92-5

ma japplikax

ex 2934 10 00

p

sr

Desmedifam

13684-56-5

237-198-5

ex 2924 29 70

p

b

Dimetoat

60-51-5

200-480-3

ex 2930 90 98

p

b

Dikwat, inkluż

id-dikwat dibromid

2764-72-9

85-00-7

220-433-0

201-579-4

ex 2933 99 80

p

b

Etoprofos

13194-48-4

236-152-1

ex 2930 90 98

p

b

Fenamidon

161326-34-7

ma japplikax

ex 2933 29 90

p

b

Flurtamon

96525-23-4

ma japplikax

ex 2932 19 00

p

b

Glufosinat, inkluż il-glufosinat-ammonju

51276-47-2

77182-82-2

257-102-5

278-636-6

ex 2931 39 90

p

b

Oksasulfuron

144651-06-9

ma japplikax

ex 2935 90 90

p

b

Propineb

12071-83-9

9016-72-2

235-134-0

ex 2930 20 00

p

b

Pimetrożina

123312-89-0

ma japplikax

ex 2933 69 80

p

b

Kwinossifen

124495-18-7

ma japplikax

ex 2933 49 90

p

b

Thiamethoxam

153719-23-4

ma japplikax

ex 2934 10 00

p

sr

Tiram

137-26-8

205-286-2

ex 2930 30 00

p

sr”;

(3)

fil-Parti 3, fit-tabella, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

Sustanza Kimika

Numru/i CAS rilevanti

Kodiċi HS

Sustanza pura (**)

Kodiċi HS

Taħlitiet li fihom is-sustanza (**)

Kategorija

“Eżabromoċiklododekan

25637-99-4,

3194-55-6,

134237-50-6,

134237-51-7,

134237-52-8

u oħrajn

2903.89

 

Industrijali

Forat

298-02-2

2930.90

3808.50

Pestiċida”.


ANNESS II

Fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012, it-tabella tal-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-entrata 3, jiżdied it-test li ġej:

Deskrizzjoni tas-sustanzi kimiċi/tal-prodott(i) soġġetti għall-projbizzjoni tal-esportazzjoni

Dettalji addizzjonali, fejn relevanti (eż. isem is-sustanza kimika, Nru KE, Nru CAS, eċċ.)

“—

Sulfat tal-merkurju (II) (HgSO4);

Nitrat tal-merkurju (II) (Hg(NO3)2).

CAS RNs 7783-35-9, 10045-94-0

Nri KE 231-992-5, 233-152-3”;

(2)

jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Deskrizzjoni tas-sustanzi kimiċi/tal-prodott(i) soġġetti għall-projbizzjoni tal-esportazzjoni

Dettalji addizzjonali, fejn relevanti (eż. isem is-sustanza kimika, Nru KE, Nru CAS, eċċ.)

“5

Bozoz fluworexxenti kompatti (CFLs) għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali:

(a)

CFL.i ≤ 30 watts b’kontenut ta’ merkurju li jaqbeż it-2,5 mg għal kull berner tal-bozza;

(b)

CFL.ni ≤ 30 watts b’kontenut ta’ merkurju li jaqbeż it-3,5 mg għal kull berner tal-bozza.

 

6

Il-bozoz fluworexxenti lineari li ġejjin għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali:

(a)

Fosforu bi tliet strixxi < 60 watts b’kontenut ta’ merkurju li jaqbeż il-5 mg għal kull bozza;

(b)

Fosforu tal-alofosfat ≤ 40 watts b’kontenut ta’ merkurju li jaqbeż l-10 mg għal kull bozza.

 

7

Bozoz tal-merkurju (gass) taħt pressjoni għolja għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali.

 

8

Dawn il-bozoz fluworexxenti b’katodu kiesaħ u l-bozoz fluworexxenti b’elettrodi esterni li fihom il-merkurju miżjud, għal skrins elettroniċi:

(a)

ta’ tul qasir (≤ 500 mm) b’kontenut tal-merkurju ogħla minn 3,5 mg għal kull bozza;

(b)

ta’ tul medju (> 500 mm u ≤ 1 500 mm) b’kontenut tal-merkurju ogħla minn 5 mg għal kull bozza;

(c)

ta’ tul twil (> 1 500 mm) b’kontenut ta’ merkurju ogħla minn 13 mg għal kull bozza.”.

 


21.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/8


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1069

tad-19 ta’ Ġunju 2020

li jemenda Regolament Delegat (UE) Nru 877/2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċits eċċessivi tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont id-dikjarazzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà tal-15 ta’ Mejju 2020, l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jirċievu assistenza finanzjarja taħt il-Linja ta’ Appoġġ fi-Kriżi Pandemika, li hija bbażata fuq il-Linja ta’ Kreditu ta’ Kundizzjonijiet Msaħħa tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, adattata għas-sitwazzjoni speċifika tal-pandemija tal-COVID-19.

(2)

B’mod partikolari, l-Istati Membri li jibbenefikaw mill-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika mhumiex meħtieġa jimplimentaw miżuri ġodda ta’ politika. L-uniku rekwiżit huwa li tintuża l-linja ta’ kreditu biex jiġu ffinanzjati l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa diretta u indiretta, tal-kura u tal-prevenzjoni tal-pandemija tal-COVID-19.

(3)

F’applikazzjoni tal-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), Stat Membru li juża l-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika għandu jkun soġġett għal sorveljanza msaħħa.

(4)

Skont l-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 u ddettaljati aktar fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 877/2013 (3) huma applikabbli.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tistipula li jenħtieġ li l-intensità tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tkun pari passu u proporzjonata mas-severità tad-diffikultajiet finanzjarji li jkun hemm u għandha tqis in-natura tal-għajnuna finanzjarja rċevuta.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) Nru 877/2013 jiġi emendat kif xieraq.

(7)

Fid-dawl tal-ambitu speċifiku u limitat ħafna tal-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika, huwa għalhekk xieraq li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti tar-rapportar applikabbli f’dak il-każ. L-istruttura tar-rapportar meħtieġa meta Stat Membru jkun soġġett għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv skont l-Artikolu 126 tat-TFUE jew meta Stat Membru jkun taħt sorveljanza msaħħa għal raġunijiet oħra għajr l-għoti tal-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika ma għandhiex tiġi affettwata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 877/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi speċifikazzjonijiet dwar il-kontenut tar-rapporti li l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma meħtieġa jissottomettu skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013.”

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu 2 a ġdid li ġej:

Artikolu 2a

Struttura u kontenut tar-rappurtar tal-Istati Membri taħt sorveljanza msaħħa skont l-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 bħala riżultat tal-fatt li kien hemm Appoġġ fil-Kriżi Pandemika tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà

1.   Meta Stat Membru jkun soġġett għal sorveljanza msaħħa biss bħala riżultat tal-fatt ta’ għotja tal-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, ir-rekwiżit ta’ rapportar ta’ matul is-sena skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 għandu jappartjeni għall-użu tal-fondi ta’ Appoġġ fil-Kriżi Pandemika li jkopru l-kura tas-saħħa diretta u indiretta, il-kura u l-ispejjeż tal-prevenzjoni tal-pandemija tal-COVID-19.

2.   Ir-rapporti għandhom jinkludu t-tabella indikata fl-Anness II.”

(3)

It-titolu tal-Anness huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS I”

(4)

Is-segwenti Anness II ġdid huwa miżjud:

“ANNESS II

Tabella li għandha tiġi trażmessa kull tliet xhur

Spejjeż relatati mal-pandemija tal-COVID 19

 

Sena 2020

Sena 2021  (*1)

 

F’miljuni ta’ EUR

Sensiela ta’ żmien ta’ data attwali li tispiċċa bi kwart tar-rapport rispettiv li għandu jiġi sottomess

Q1

Q2

Q3

Q4

Q1

Q2

Q3

Q4

Kura tas-saħħa, spejjeż ta’ kura u ta’ prevenzjoni relatati direttament mal-pandemija tal-COVID-19

 

 

 

 

 

 

 

 

[Intestatura]

 

 

 

 

 

 

 

 

[Intestaturi oħra kif meħtieġ] (*2)

 

 

 

 

 

 

 

 

Parti mill-infiq ġenerali għall-kura tas-saħħa li huwa stmat li huwa attribwit direttament jew indirettament biex jiġi indirizzat l-impatt tal-COVID-19 fuq is-sistema tal-kura tas-saħħa  (*3)

 

 

 

 

 

 

 

 

[Intestatura]

 

 

 

 

 

 

 

 

[Intestaturi oħra kif meħtieġ] (*2)

 

 

 

 

 

 

 

 

Spejjeż indiretti oħra relatati mal-kura tas-saħħa, il-kura u l-prevenzjoni minħabba l-kriżi tal-Covid-19

 

 

 

 

 

 

 

 

[Intestatura]

 

 

 

 

 

 

 

 

[Intestaturi oħra kif meħtieġ] (*2)

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.

(2)  Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1).

(3)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 877/2013 tas-27 ta’ Ġunju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l- iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (ĠU L 244, 13.9.2013, p. 23).

(*1)  L-aħħar sena tal-perjodu ta’ disponibbiltà jew ta’ żborż possibbli ta’ Appoġġ fil-Kriżi Pandemika (liema minnhom jiġi l-ewwel) hija wkoll l-aħħar sena ta’ rapportar, sakemm l-Istat Membru ma jkunx għadu uża l-fondi kollha mogħtija.

(*2)  L-intestaturi u s-subintestaturi, kif meħtieġ, flimkien mal-ispjegazzjonijiet rilevanti biex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq valutazzjoni sinifikanti.

(*3)  Din tista’ tinkludi, inter alia, l-infiq fuq l-isptarijiet; il-kura u l-kura riabilitattiva, l-kura ambulatorja u l-kura riabilitattiva, id-dijanjostika, il-farmaċewtiċi, il-kura preventiva, l-awtoritajiet tas-saħħa, u l-kura fit-tul relatata mas-saħħa.


21.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1070

tal-20 ta’ Lulju 2020

dwar l-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi tal-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2) tagħha,

Billi:

(1)

Kif rikonoxxut mid-Direttiva (UE) 2018/1972, peress li l-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira aktarx ikollhom impatt pożittiv fuq l-użu tal-ispettru tar-radju u fuq l-iżvilupp ta’ komunikazzjonijiet bla fili fl-Unjoni, jenħtieġ li l-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira tiġi faċilitata permezz ta’ reġim ta’ introduzzjoni li jkun eżentat mill-permess.

(2)

Punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira jinkludi elementi operazzjonali differenti, fosthom unità tal-ipproċessar tas-sinjali, unità tal-frekwenza tar-radju, sistema tal-antenni, konnessjonijiet tal-kejbil u l-kejsing. F’xi każijiet, is-sistema tal-antenni jew xi partijiet minnha jistgħu jiġu installati b’mod separat mill-elementi l-oħra ta’ punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira u jiġu konnessi b’kejbil iddedikat wieħed jew aktar. Dan il-kunċett jintuża għas-sistemi distribwiti tal-antenni jew għal sistema tar-radju distribwita li tintuża minn operatur wieħed jew aktar. Punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira jista’ jiġi ddisinjat biex iservi żewġ utenti tal-ispettru tar-radju jew aktar.

(3)

Sabiex jiġu żgurati l-aċċettazzjoni pubblika u introduzzjoni sostenibbli, il-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira soġġetti għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972 jenħtieġ ikollhom impatt viżiv minimu. Biex jinkiseb dan, jenħtieġ li jkunu inviżibbli għall-pubbliku ġenerali jew li jiġu mmuntati b’mod li ma jkunx ta’ tfixkil viżiv fuq l-istruttura ta’ appoġġ tagħhom. L-operat tagħhom jenħtieġ jiżgura wkoll livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE (2).

(4)

Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tipprevedi li t-tagħmir tar-radju, li jinkludi punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira, irid jinbena b’tali mod li jiżgura l-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tan-nies.

(5)

Il-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira li huma soġġetti għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972 jenħtieġ jiġu ddefiniti f’termini tal-volum massimu, ir-restrizzjonijiet fuq il-piż u l-potenza massima tal-emissjonijiet. L-għażla tal-volum massimu biex jiġi delimitat l-impatt viżiv ta’ punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira jenħtieġ tippermetti l-flessibbiltà u l-adattabbiltà tad-disinn għall-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-istruttura ta’ sapport.

(6)

L-istudju dwar ir-“Reġim ta’ Introduzzjoni Ħafif għal Punti tal-Aċċess Bla Fili f’Żona Żgħira (SAWAPs) (4)” tal-Kummissjoni juri li l-limitu tal-volum ta’ 30 litru jkun biżżejjed biex jinkludi l-elementi ewlenin ta’ punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira, filwaqt li jiġi żgurat il-karattru diskret tiegħu. Dak il-volum massimu jenħtieġ japplika għal kwalunkwe introduzzjoni ta’ punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira li jservi utent tal-ispettru tar-radju wieħed jew aktar, kif ukoll għal bosta punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira li jikkondividu sit infrastrutturali b’superfiċe żgħira, bħal arblu tad-dawl, dawl tat-traffiku, billboard jew sinjal ta’ waqfa tal-karozza tal-linja, li minħabba d-dimensjonijiet fiżiċi tagħhom jew ir-replikazzjoni densa tagħhom f’żona partikolari, jew it-tnejn li huma, aktarx jiġġeneraw konfużjoni viżiva.

(7)

Il-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira jenħtieġ jikkonformaw mal-istandard Ewropew EN 62232:2017 (5)“Determination of RF field strength, power density and specific absorption rate (SAR) in the vicinity of radiocommunication base stations for the purpose of evaluating human exposure”. Dak l-istandard jipprovdi metodoloġija għall-installazzjoni ta’ stazzjonijiet bażi li tqis il-potenza tal-emissjonijiet tagħhom għall-iskop tal-evalwazzjoni tal-esponiment uman għall-kampijiet elettromanjetiċi (“EMF”) u huwa konformi mal-limiti stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE. Dak l-istandard issir referenza għalih ukoll fit-Taqsima 6.1 tal-istandard armonizzat Ewropew EN 50401:2017 “Product standard to demonstrate the compliance of base station equipment with radiofrequency electromagnetic field exposure limits (110 MHz - 100 GHz), when put into service”, b’rabta mal-valutazzjoni tal-konformità tal-punt tal-aċċess bla fili li jkun tqiegħed fis-servizz fl-ambjent operattiv tiegħu bil-limiti ta’ esponiment għall-EMF stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE.

(8)

L-Istandard EN 62232:2017 japplika għat-tipi kollha ta’ stazzjonijiet bażi maqsuma f’ħames klassijiet ta’ installazzjoni li jikkorrispondu rispettivament għal-limiti differenti tal-potenza iżotropika radjata ekwivalenti tagħhom (EIRP) ta’ ftit milliwatts (il-Klassi E0), 2 Watts (il-Klassi E2), 10 Watts (il-Klassi E10), 100 Watt (il-Klassi E100) u iżjed minn 100 Watt (il-Klassi E+). Minn dawk il-klassijiet, filwaqt li jitqiesu d-distanzi ta’ sikurezza tal-installazzjonijiet li jridu jiġu rispettati skont dak l-istandard u peress li d-Direttiva (UE) 2018/1972 tipprevedi li l-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira jenħtieġ li jkunu tagħmir b’potenza baxxa, dan ir-Regolament jenħtieġ japplika biss għall-klassijiet ta’ installazzjoni E0, E2 u E10. It-tabella 2 tal-klawżola 6.2.4 ta’ EN 62232:2017 tirrekjedi li l-aktar parti radjanti baxxa tal-antenna tal-Klassi E10 ikollha għoli ta’ mill-inqas 2,2 metri ’l fuq mill-passaġġ tal-pubbliku ġenerali biex tkun żgurata distanza ta’ mill-inqas 20 cm bejn il-post tal-antenna prinċipali u l-ġisem ta’ persuna twila 2 m (6).

(9)

Għal raġunijiet estetiċi, l-installazzjoni fuq ġewwa ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira tal-Klassi E10, li aktarx jużaw il-limitu massimu tal-volum ta’ 30 litru, jenħtieġ jiġu permessi biss fi spazji kbar fuq ġewwa b’saqaf għoli mill-inqas 4 metri, bħall-mużewijiet, il-grawnds, iċ-ċentri tal-konvenzjonijiet, l-ajruporti, l-istazzjonijiet tal-metro, l-istazzjonijiet ferrovjarji, jew iċ-ċentri kummerċjali.

(10)

Punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira ma jridx jipperikola l-istabbiltà tal-istruttura sħiħa ta’ support li huwa installat fuqha, u għalhekk ma jrid jimponi l-ebda tisħiħ strutturali tal-istruttura ta’ support użata, la minħabba l-piż u lanqas minħabba l-forma tiegħu.

(11)

Sabiex jippermetti s-superviżjoni u l-monitoraġġ mill-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari f’każijiet ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira biswit xulxin jew kolokati, kull operatur li jintroduċi punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira tal-Klassi E2 jew E10 f’konformità mal-karatteristiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jinforma fil-pront lill-awtorità kompetenti dwar l-installazzjoni. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jissottometti notifika, mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara l-installazzjoni, lill-awtorità kompetenti dwar l-installazzjoni, li tinkludi l-post u l-karatteristiċi tekniċi ta’ dawk il-punti ta’ aċċess kif ukoll dikjarazzjoni ta’ konformità tal-installazzjoni mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Sabiex jiġi żgurat li l-proċess ikun faċli fl-Istati Membri kollha, din in-notifika għandha tiġi sottomessa lil punt waħdieni ta’ informazzjoni, bħal dak stabbilit skont id-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(12)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-livelli aggregati tal-EMF li jirriżultaw mill-kolokazzjoni jew mill-aggregazzjoni f’żona lokali tal-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira koperti mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, kif ukoll tipi oħra ta’ stazzjonijiet bażi, sabiex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mal-limiti aggregati tal-esponiment applikabbli f’konformità mad-dritt tal-Unjoni b’mezzi oħra għajr il-permessi individwali relatati mal-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira.

(13)

Peress li huma previsti żviluppi ulterjuri tal-istandards rilevanti, jekk dawn se jkopru l-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira li jħaddmu sistemi ta’ antenni attivi, tali punti tal-aċċess jenħtieġ li, f’dan l-istadju, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġim tal-introduzzjoni li jkun eżenti mill-permess.

(14)

L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ tiġi mmonitorjata b’mod regolari sabiex ir-rieżami tagħha jiġi ffaċilitat filwaqt li jitqies kull aġġornament tal-istandard Ewropew EN 62232, jew żviluppi rilevanti oħra fl-istandardizzazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu ta’ sistemi ta’ antenni attivi, l-evoluzzjoni teknoloġika fir-rigward tat-teknoloġija tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tal-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira, il-ħtiġijiet b’rabta mal-appoġġ ta’ meded multipli u soluzzjonijiet kondiviżi (aktar minn operatur wieħed), kif ukoll kull aġġornament tar-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE.

(15)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-miżuri nazzjonali dwar is-sikurezza, il-provvista tal-utilitajiet, ir-rispett tal-proprjetà privata inkluż id-dritt tas-sidien li jiddeterminaw l-użu tal-proprjetà tagħhom, kif ukoll rigward id-drittijiet ta’ passaġġ relatati mal-konnessjoni tal-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

(16)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ kwalunkwe reġimi inqas restrittivi fil-livell nazzjonali għall-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira.

(17)

Billi d-Direttiva (UE) 2018/1972 issir applikabbli mill-21 ta’ Diċembru 2020, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(18)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Komunikazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972.

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira b’sistema ta’ antenna attiva.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Potenza rradjata iżotropikament ekwivalenti (EIRP)” tfisser il-multiplikazzjoni tal-potenza fornuta lill-antenna u l-gwadann tal-antenna f’direzzjoni partikolari relattiva għal antenna iżotropika (gwadann assolut jew iżotropiku);

(2)

“sistema tal-antenni” tfisser parti fiżika ta’ punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira li tirradja l-enerġija tal-frekwenza tar-radju biex tipprovdi konnettività bla fili lill-utenti finali;

(3)

“sistema ta’ antenna attiva (AAS)” tfisser sistema ta’ antenna fejn l-amplitudni jew il-fażi, jew it-tnejn li huma, bejn l-elementi tal-antenna jiġu aġġustati kontinwament biex iwasslu għal mudell tal-antenna li jvarja skont il-bidliet fi żmien qasir fl-ambjent tar-radju; dan jeskludi t-tiswir tar-raġġi fit-tul bħall-inklinazzjoni elettrika fissa dixxendenti; f’punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira li jkun mgħammar b’AAS, din tal-aħħar tkun integrata bħala parti mill-punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira;

(4)

“fuq ġewwa” tfisser kwalunkwe spazju, inkluż il-vetturi tat-trasport, li jkollhom saqaf jew xi struttura fissa jew li tiċċaqlaq jew apparat li kapaċi jkopri dak l-ispazju kollu, u bl-eċċezzjoni tal-bibien, it-twieqi u l-passaġġi, ikun magħluq kollu b’ħitan jew ġnub, b’mod permanenti jew temporanju, irrispettivament mit-tip ta’ materjal użat għas-saqaf, il-ħitan jew il-ġnub, u irrispettivament minn jekk l-istruttura tkunx permanenti jew temporanja;

(5)

“fuq barra” tfisser kwalunkwe spazju li ma jkunx fuq ġewwa.

Artikolu 3

1.   Il-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-istandard Ewropew stabbiliti fil-punt B tal-Anness ta’ dan ir-Regolament u għandhom:

(a)

ikunu integrati b’mod sħiħ u sikur fl-istruttura ta’ support tagħhom, u għalhekk ikunu inviżibbli għall-pubbliku ġenerali; jew

(b)

jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-livelli aggregati tal-kampijiet elettromanjetiċi li jirriżultaw mill-kolokazzjoni jew mill-aggregazzjoni f’żona lokali ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira, u li jiżguraw il-konformità mal-limiti aggregati applikabbli tal-esponiment għall-kampijiet elettromanjetiċi f’konformità mad-dritt tal-Unjoni b’mezzi oħra għajr permessi individwali relatati mal-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira.

3.   L-operaturi li jkunu introduċew punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira tal-Klassijiet E2 jew E10 li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom jinnotifikaw lill-awtorità nazzjonali kompetenti, fi żmien ġimagħtejn mill-introduzzjoni ta’ kull punt ta’ dan it-tip, dwar l-installazzjoni u l-post fejn jinsabu dawk il-punti ta’ aċċess u dwar ir-rekwiżiti li jissodisfaw skont dak il-paragrafu.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jirrappurtaw b’mod regolari lill-Kummissjoni, l-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2021, u kull sena minn hemm ’il quddiem, dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1), inkluż dwar it-teknoloġiji użati mill-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira introdotti.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-21 ta’ Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36.

(2)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-espożizzjoni tal-pubbliku ġenerali għal kampi elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59).

(3)  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).

(4)  Smart 2018/0017, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/463e2d3d-1d8f-11ea-95ab-01aa75ed71a1/language-en/format-PDF/source-112125706

(5)  Applikabbli għall-medda tal-frekwenzi 110 MHz-100 GHz.

(6)  L-Anness C.3 ta’ EN 62232:2017.

(7)  Id-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja (ĠU L 155, 23.5.2014, p. 1).


ANNESS

A.   Kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1)

1.

Il-volum totali tal-parti ta’ punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira viżibbli għall-pubbliku ġenerali li jservi utent tal-ispettru tar-radju wieħed jew aktar ma għandux jaqbeż it-30 litru.

2.

Il-volum totali tal-partijiet ta’ bosta punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira viżibbli għall-pubbliku ġenerali li jikkondividu l-istess sit infrastrutturali ta’ superfiċe individwali delimitata, bħal arblu tad-dawl, dawl tat-traffiku, billboard jew sinjal ta’ waqfa tal-karozza tal-linja, ma għandux jaqbeż it-30 litru.

3.

Meta s-sistema ta’ antenni u elementi oħra tal-punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira, bħall-unità tal-frekwenza tar-radju, il-proċessur diġitali, l-unità tal-ħżin, is-sistema tat-tkessiħ, il-provvista tal-enerġija, il-konnessjonijiet tal-kejbils, l-elementi tal-backhaul jew l-elementi għall-ertjar u t-twaħħil jiġu installati separatament, kull parti minnhom li taqbeż it-30 litru għandha tkun inviżibbli għall-pubbliku ġenerali.

4.

Il-punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira għandu jkollu konsistenza viżiva mal-istruttura ta’ support u jkollu daqs proporzjonat fir-rigward tad-dimensjonijiet kumplessivi tal-istruttura ta’ support, forma koerenti, kuluri newtrali li jaqblu jew li jmorru mal-istruttura ta’ support, kif ukoll kejbils moħbija, u ma għandux joħloq konfużjoni viżiva flimkien ma’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira oħra li diġà jkunu installati fl-istess sit jew f’siti biswitu.

5.

Il-piż ta’ punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira u l-forma tiegħu ma għandhomx jimponu t-tisħiħ strutturali tal-istruttura ta’ support.

6.

Punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira tal-klassi tal-installazzjoni E10 għandu jiġi introdott biss fi spazji fuq barra, jew fi spazji fuq ġewwa mdaqqsin b’saqaf għoli mill-inqas 4 m.

B.   Rekwiżiti tal-istandard Ewropew imsemmi fl-Artikolu 3(1)

1.

L-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira għandha tkun konformi mal-klassijiet tal-installazzjoni E0, E2 u E10 tat-Tabella 2 tal-klawżola 6.2.4 tal-istandard Ewropew EN 62232:2017 “Determination of RF field strength, power density and specific absorption rate (SAR) in the vicinity of radiocommunication base stations for the purpose of evaluating human exposure”.

2.

Fil-każ ta’ bosta sistemi ta’ antenni kolokati (jew partijiet minnhom) ta’ punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira wieħed jew aktar soġġetti għal dan ir-Regolament, il-kriterji għall-EIRP li jinsabu fl-istandard imsemmi fil-punt 1 għandhom japplikaw għat-total tal-EIRP tas-sistemi kollha ta’ antenni kolokati (jew partijiet minnhom).

DEĊIŻJONIJIET

21.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/16


DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1071

tat-18 ta’ Mejju 2020

li temenda d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-esklużjoni ta’ titjiriet li jidħlu mill-Iżvizzera mill-iskema tal-UE għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25a(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta dispożizzjonijiet li jeskludu t-titjiriet li jaslu minn pajjiż terz mill-iskema tal-UE għall-iskambju tal- kwoti tal-emissjonijiet (l-ETS tal-UE). Jenħtieġ li tali dispożizzjonijiet jipprovdu għal interazzjoni ottimali bejn l-ETS tal-UE u l-miżuri ta’ pajjiż terz biex jitnaqqas l-impatt tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima.

(2)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom (2) (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fit-23 ta’ Novembru 2017 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020. Il-Ftehim jipprevedi li t-titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera lejn ajrudromi li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jiġu esklużi mill-ETS tal-UE.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2003/87/KE tiġi emendata sabiex mill-ETS tal-UE teskludi t-titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fl-Iżvizzera lejn ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE. Sabiex tinżamm l-istabbiltà fir-rigward tal-kopertura tal-operaturi, jenħtieġ li dik l-esklużjoni ma taffettwax id-dispożizzjonijiet li jeskludu ċerti attivitajiet tal-avjazzjoni mill-ETS tal-UE abbażi ta’ limiti speċifikati f’termini ta’ għadd ta’ titjiriet jew emissjonijiet għal kull operatur.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2003/87/KE tiġi emendata skont dan.

(5)

Minħabba li l-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020, dan ir-Regolament jenħtieġ japplika minn dik id-data.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tieni paragrafu tal-entrata “Avjazzjoni” tal-kolonna “Attivitajiet” tat-tabella tal-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE jiġi emendat kif ġej:

(1)

it-tieni paragrafu tal-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“It-titjiriet imsemmija fil-punt (l) jew imwettqin esklussivament għat-trasport, fuq missjoni uffiċjali, ta’ Re jew Reġina renjanti u l-familja immedjata tagħhom; Kapijiet ta’ Stat, Kapijiet ta’ Gvern u Ministri ta’ Gvern, ta’ Stat Membru ma jistgħux jiġu esklużi taħt dan il-punt;”

(2)

il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(k)

mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2030, titjiriet li, ħlief għal dan il-punt jaqgħu fi ħdan din l-attività, imwettqa minn operatur tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali li jopera titjiriet b’emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 1 000 tunnellata fis-sena (inklużi emissjonijiet minn titjiriet imsemmija fil-punt (l));”;

(3)

jiżdied il-punt (l) li ġej:

“(l)

titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fl-Iżvizzera lejn ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)   ĠU L 322, 7.12.2017, p. 3.


21.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/1072

tas-16 ta’ Lulju 2020

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1264 (EUTM Somalia/1/2020)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta’ Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2010/96/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia), inkluż id-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/971 (2) emendat il-katina ta’ kmand tal-EUTM Somalia.

(3)

Fit-23 ta’ Lulju 2019, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1264 (3) biex ħatar lill-Brigadier Ġeneral Antonello DE SIO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia.

(4)

Fis-26 ta’ Ġunju 2020, id-Direttur tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC) ippropona l-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Fabiano ZINZONE biex jissostitwixxi lill-Brigadier Ġeneral Antonello DE SIO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia mid-9 ta’ Awwissu 2020.

(5)

Fl-1 ta’ Lulju 2020, il-Kumitat Militari tal-UE qabel li jirrakkomanda li l-KPS japprova din il-proposta.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġenerali Fabiano ZINZONE. Jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1264.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u la hija marbuta biha u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Fabiano ZINZONE huwa b’dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) mid-9 ta’ Awwissu 2020.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1264 hija mħassra mid-9 ta’ Awwissu 2020.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)   ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/971 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK missjonijiet u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta’ taħriġ militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 133).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/1264 tat-23 ta’ Lulju 2019 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) (EUTM Somalia/1/2019) (ĠU L 199, 26.7.2019, p. 6).


21.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/20


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1073

tas-17 ta’ Lulju 2020

li tagħti deroga mitluba min-Netherlands skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

(Il-verżjoni bl-Olandiż biss hija awtentika)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2005/880/KE (2), il-Kummissjoni tat deroga mitluba min-Netherlands skont id-Direttiva 91/676/KEE bl-iskop li tippermetti t-tidmil bid-demel tal-bhejjem li jirgħu sa limitu ta’ 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena f’azjendi agrikoli b’tal-anqas 70 % ta’ bwar.

(2)

Bid-Deċiżjoni 2010/65/UE (3), il-Kummissjoni emendat id-Deċiżjoni 2005/880/KE u estendiet id-deroga sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(3)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/291/UE (4), li skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2017, in-Netherlands ingħataw deroga skont id-Direttiva 91/676/KEE li tippermetti t-tidmil bid-demel tal-bhejjem li jirgħu f’azjendi agrikoli b’tal-anqas 80 % ta’ bwar sa limitu ta’ 230 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena għall-azjendi agrikoli li jinsabu fuq il-ħamrija ramlija tan-Nofsinhar u taċ-ċentru u fuq il-ħamrija “loess” u sa limitu ta’ 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena għall-azjendi agrikoli li jinsabu fuq tip ta’ ħamrija oħra. Din id-deroga kienet tirrigwarda 19 564 azjenda agrikola fl-2016, li kienu jikkorrispondu għal 47 % taż-żona agrikola netta totali tan-Netherlands.

(4)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/820 (5), li ma baqgħetx tapplika fl-1 ta’ Jannar 2020, in-Netherlands ingħataw deroga skont id-Direttiva 91/676/KEE li tippermetti t-tidmil bid-demel tal-bhejjem li jirgħu f’azjendi agrikoli b’tal-anqas 80 % ta’ bwar sa limitu ta’ 230 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena għall-azjendi agrikoli li jinsabu fuq il-ħamrija ramlija tan-Nofsinhar u taċ-ċentru u fuq il-ħamrija “loess” u sa limitu ta’ 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena għall-azjendi agrikoli li jinsabu fuq tip ta’ ħamrija oħra. Din id-deroga kienet tirrigwarda 18 818 -il azjenda agrikola fl-2019, li kienu jikkorrispondu għal 44,7 % taż-żona agrikola netta totali tan-Netherlands.

(5)

Kif ġie rrikonoxxut fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/820, fis-snin reċenti l-implimentazzjoni min-Netherlands tal-politika tagħha għall-ġestjoni tad-demel ġarrbet xi tfixkil li wassal għal sitwazzjoni fejn kien hemm tħassib dwar frodi possibbli. Minħabba din is-sitwazzjoni n-Netherlands kellhom iżidu l-isforzi tagħhom fil-prevenzjoni tal-frodi fl-implimentazzjoni tal-politika tagħhom dwar id-demel. Filwaqt li s-Sitt Programm ta’ Azzjoni tan-Netherlands diġà jipprevedi miżuri mmirati għar-rinfurzar tal-kontroll u tal-ispezzjonijiet sabiex titjieb il-konformità ġenerali mar-regoli tal-politika tan-Netherlands dwar id-demel, inħtieġu iktar sforzi biex jitrawmu implimentazzjoni effettiva u konformità sħiħa. Dawn l-isforzi kienu jinkludu l-istabbiliment ta’ strateġija tal-infurzar imsaħħa, u kienu jqisu wkoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). L-istrateġija kellha tkun ibbażata fuq valutazzjoni indipendenti tal-konformità mar-regoli tal-politika tan-Netherlands dwar id-demel u kellu jkun fiha miżuri speċifiċi bl-għan li jissaħħu aktar l-ispezzjonijiet u l-kontrolli, u metodoloġija ċara biex jiġu stabbiliti pieni u sanzjonijiet dissważivi biżżejjed. Għalhekk, kien iġġustifikat li l-perjodu ta’ validità tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/820 jiġi limitat sabiex in-Netherlands ikunu jistgħu jimplimentaw bis-sħiħ l-istrateġija tal-infurzar imsaħħa.

(6)

B’ittra tal-4 ta’ Frar 2020, in-Netherlands ressqu talba lill-Kummissjoni, skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE, għat-tiġdid tad-deroga għall-perjodu mill-2020 sal-2021(“it-talba tan-Netherlands”)

(7)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 91/676/KEE, in-Netherlands japplikaw programm ta’ azzjoni fit-territorju kollu tagħhom. Il-leġiżlazzjoni tan-Netherlands li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE tinkludi standards ta’ applikazzjoni kemm għan-nitroġenu kif ukoll għall-fosfat.

(8)

Skont id-data pprovduta min-Netherlands, fil-perjodu bejn l-2016 u l-2019, l-għadd ta’ bhejjem tal-ifrat fil-pajjiż naqas b’0,2 % meta mqabbel mal-perjodu ta’ bejn l-2012 u l-2015. L-għadd ta’ ħnieżer u tjur tat-trobbija fin-Netherlands żdied b’0,6 % u bi 3,4 % rispettivament fl-istess perjodu. Mill-2006 ’l hawn, il-leġiżlazzjoni tan-Netherlands (7) stabbiliet limiti fuq l-għadd ta’ ħnieżer u ta’ pollam. Barra minn hekk, minn Jannar tal-2015 ’l hawn, il-leġiżlazzjoni tan-Netherlands (8) tirrikjedi li jiġi pproċessat sehem xieraq mid-demel żejjed tas-settur tal-ħalib. Barra minn hekk, sistema ta’ drittijiet għall-produzzjoni tal-fosfat għall-baqar tal-ħalib ġiet introdotta (9) fin-Netherlands mill-1 ta’ Jannar 2018 ’l hawn. Dawk il-miżuri kollha għandhom l-għan li jipprevjenu t-tniġġis tal-korpi tal-ilma

(9)

In-Netherlands irrappurtaw li, fil-perjodu bejn l-2014 u l-2017, l-użu tan-nitroġenu mid-demel tal-bhejjem fin-Netherlands kien ta’ 417 000 tunnellata, li jfisser żieda ta’ 4,04 % meta mqabbel mal-perjodu ta’ bejn l-2010 u l-2013. L-użu tal-fertilizzant kimiku N fin-Netherlands żdied b’madwar 3,3 % fil-perjodu mill-2014 sal-2017 meta mqabbel mal-perjodu mill-2010 sal-2013.

(10)

Skont id-data xjentifika pprovduta mill-awtoritajiet tan-Netherlands, il-klima fin-Netherlands, ikkaratterizzata minn kwantità annwali ta’ xita mqassma ndaqs matul is-sena u minn firxa relattivament żgħira ta’ temperaturi annwali, tippromwovi staġun twil ta’ tkabbir tal-ħaxix ta’ 250 ġurnata fis-sena.

(11)

Barra minn hekk, l-informazzjoni mogħtija min-Netherlands fil-kuntest tad-deroga ta’ qabel li ngħatat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/291/UE turi li d-deroga ma wasslitx għal deterjorament tal-korpi tal-ilma tan-Netherlands. Pereżempju, il-konċentrazzjoni tan-nitrati fl-ilma li jħalli l-parti tal-ħamrija fiż-żona tal-għeruq fl-impriżi mmonitorjati koperti mill-awtorizzazzjonijiet naqset mill-2006 ’l hawn u bħala medja kienet anqas minn 50 mg/l fl-2017 u fl-2018. Madankollu, id-data provviżorja tindika żieda fil-konċentrazzjonijiet tan-nitrati fl-2019 fil-ħamrija ramlija tan-Nofsinhar u fil-ħamrija “loess” minħabba l-effetti tan-nixfa tal-2018.

(12)

Id-data rrappurtata min-Netherlands skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/676/KEE turi li, fil-perjodu bejn l-2012 u l-2015, madwar 88 % mill-istazzjonijiet tal-monitoraġġ tal-ilma ta’ taħt l-art fin-Netherlands kellhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati ta’ inqas minn 50 mg/l u li 79 % minn dawk l-istazzjonijiet tal-monitoraġġ kellhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati ta’ inqas minn 25 mg/l. Id-data turi wkoll li, fil-perjodu bejn l-2012 u l-2015, 99 % mill-istazzjonijiet tal-monitoraġġ tal-ilma tal-wiċċ fin-Netherlands kellhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati ta’ inqas minn 50 mg/l u li 96 % minn dawk l-istazzjonijiet tal-monitoraġġ kellhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati ta’ inqas minn 25 mg/l. Id-data tindika xejra stabbli jew ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni tan-nitrati fl-ilma ta’ taħt l-art u fl-ilma tal-wiċċ meta mqabbel mal-perjodu ta’ bejn l-2008 u l-2011. Madankollu, fil-perjodu tar-rappurtar mill-2012 sal-2015, 60 % tal-ilmijiet ħelwin kienu ewtrofiċi, 13 % kienu potenzjalment ewtrofiċi u 27 % ma kinux ewtrofiċi.

(13)

Wara l-eżami tar-rikjesta tan-Netherlands u fid-dawl tas-Sitt Programm ta’ Azzjoni tan-Netherlands u tal-esperjenza miksuba mid-deroga mogħtija bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/291/UE, il-Kummissjoni tqis li l-ammont ta’ demel tal-bhejjem li jirgħu propost min-Netherlands, li jikkorrispondi għal 230 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena f’azjendi agrikoli b’tal-anqas 80 % ta’ bwar li jinsabu fuq il-ħamrija ramlija tan-Nofsinhar u taċ-ċentru u fuq il-ħamrija “loess” u għal 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena f’azjendi agrikoli b’tal-anqas 80 % ta’ bwar li jinsabu fuq tip ta’ ħamrija oħra, mhux se jippreġudika l-kisba tal-għanijiet tad-Direttiva 91/676/KEE, dejjem jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet stretti min-Netherlands, u huwa ġġustifikat fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi.

(14)

In-Netherlands jenħtieġ li jiżguraw li ma tiżdiedx il-pressjoni fuq il-korpi tal-ilma minħabba ż-żieda fl-għadd ta’ bhejjem u fil-produzzjoni tad-demel assoċjat magħha. Għal dan il-għan, in-Netherlands jenħtieġ li jiżguraw li l-produzzjoni totali tad-demel kemm f’termini tan-nitroġenu kif ukoll f’termini tal-fosforu, ma tiżdiedx aktar mil-livell tal-2002. Għalhekk, il-leġiżlazzjoni l-ġdida li timplimenta s-6 Programm ta’ Azzjoni tan-Netherlands jenħtieġ li tipprevedi limitu vinkolanti għall-produzzjoni tad-demel li ma għandux jinqabeż u li jista’ jiġi invokat kontra l-bdiewa individwali meta jkun meħtieġ.

(15)

L-awtorizzazzjonijiet lill-bdiewa individwali huma soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet li għandhom l-għan li jiżguraw li l-fertilizzazzjoni fil-livell tal-azjenda agrikola tkun ibbażata fuq il-ħtiġijiet tal-għelejjel u li jonqos u li jiġi evitat l-ammont ta’ nitroġenu u fosfru li jispiċċa fl-ilma. Għalhekk, dawk il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jinkludu r-rekwiżiti li pjan dwar il-fertilizzanti jkun ġie stabbilit fil-livell tal-azjenda agrikola, li l-prattiki fir-rigward tal-fertilizzanti jiġu rreġistrati permezz ta’ kontijiet tal-fertilizzanti, li jitwettqu analiżijiet perjodiċi tal-ħamrija, li tiġi applikata kopertura veġetali fix-xitwa wara l-qamħirrum, li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-ħrit tal-ħaxix, li ma jiġix applikat id-demel qabel il-ħrit tal-ħaxix, li l-fertilizzazzjoni tkun tqis il-kontribut tal-għelejjel leguminużi u li ma jiġux applikati fosfati mill-fertilizzanti kimiċi fl-art.

(16)

Ir-rapport dwar l-impatt tad-Direttiva 91/676/KEE fuq l-emissjonijiet gassużi tan-N (10) ikkonkluda li f’xi reġjuni b’densità għolja ta’ bhejjem, id-deroga tista’ tirriżulta f’emissjonijiet gassużi ogħla. Dik il-konsegwenza possibbli tad-deroga fuq l-emissjonijiet tal-ammonijaka ġiet ikkonfermata f’rapport tat-12 ta’ Frar 2020 imħejji mill-“Commissie Deskundigen Meststoffenwet” tan-Netherlands, li ġie pprovdut lill-Kummissjoni. Dawk l-emissjonijiet jirriżultaw f’depożiti tan-nitroġenu addizzjonali li jħallu impatt negattiv fuq is-siti tan-Natura 2000 u li jaffettwaw ħażin il-kwalità tal-ilma, u dan iwassal għall-ewtrofikazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jittieħdu l-miżuri x-xierqa biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka, inklużi tekniki għat-tixrid ta’ emissjonijiet baxxi, fejn meħtieġ flimkien ma’ temperatura massima li fiha jkun jista’ jiġi applikat id-demel.

(17)

F’konformità mar-rekwiżiti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/820, in-Netherlands innotifikaw l-istrateġija tal-infurzar imsaħħa tagħhom fit-28 ta’ Settembru 2018. L-ewwel rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija ġie ppreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019. Aġġornament ieħor ta’ dak ir-rapport ta’ progress ġie ppreżentat fit-18 ta’ Novembru 2019. Ir-rapport ta’ progress wera li, minkejja xi sforzi li saru, kien hemm dewmien fl-implimentazzjoni tal-istrateġija u n-Netherlands ma kinux f’pożizzjoni li juru tnaqqis fil-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta’ irregolaritajiet.

(18)

Għalhekk huma meħtieġa salvagwardji u garanziji addizzjonali li l-istrateġija verament se twassal biex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-frodi. Dawn għandhom jinkludu l-iffissar ta’ skadenzi għall-implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġija u tal-miri li jippermettu li tiġi vvalutata l-effettività tagħha. Jeħtieġ ukoll li tiġi prevista reviżjoni tal-istrateġija qabel tmiem l-2021, li għandha tinkludi tisħiħ ulterjuri tal-kontrolli jekk ikun meħtieġ fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tagħha.

(19)

Kull sena għandu jiġi ppreżentat rapport ta’ aġġornament dwar l-implimentazzjoni ulterjuri tal-istrateġija tal-infurzar imsaħħa, li jkun jinkludi l-impatt possibbli tal-miżuri biex jiġi evitat ir-riskju ta’ tixrid tal-virus tal-COVID-19 fuq l-implimentazzjoni tal-istrateġija.

(20)

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) tipprevedi approċċ transfruntier u komprensiv għall-ħarsien tal-ilma li huwa organizzat madwar id-distretti tal-baċiri tax-xmajjar, bl-għan li l-korpi tal-ilma Ewropej jiksbu status tajjeb. It-tnaqqis tan-nutrijenti huwa parti integrali minn dak l-għan. L-għoti ta’ deroga skont din id-Deċiżjoni huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60/KE u ma jeskludix li jista’ jkun hemm bżonn ta’ miżuri addizzjonali biex jiġu ssodisfati l-obbligi li joħorġu minn dik id-Direttiva.

(21)

Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) tistabbilixxi r-regoli ġenerali maħsuba għall-istabbiliment tal-Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fl-Unjoni għall-finijiet tal-politiki ambjentali tal-Unjoni u tal-politiki jew tal-attivitajiet tal-Unjoni li jaf iħallu impatt fuq l-ambjent. Meta applikabbli, jenħtieġ li l-informazzjoni ġeografika miġbura fil-kuntest ta’ din id-Deċiżjoni tkun konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva. Sabiex inaqqsu l-piż amministrattiv u jżidu l-koerenza tad-data, jenħtieġ li n-Netherlands, huma u jiġbru d-data neċessarja skont din id-Deċiżjoni, fejn xieraq, jużaw l-informazzjoni ġġenerata bis-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll stabbilita skont il-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(22)

Meta wieħed iqis li r-rikjesta tan-Netherlands tikkonċerna tiġdid tad-deroga mogħtija bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/820 għall-perjodu mill-2020 sal-2021, din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal sentejn mill-1 ta’ Jannar 2020 ’il quddiem.

(23)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nitrati mwaqqaf skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/676/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Deroga

Id-deroga mitluba min-Netherlands permezz tal-ittra tal-4 ta’ Frar 2020, bl-għan li tiġi awtorizzata l-applikazzjoni fuq l-art ta’ ammont ta’ nitroġenu mid-demel tal-bhejjem li jirgħu li jkun iktar minn dak previst fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE (“id-deroga”), qed tingħata, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

L-għoti ta’ deroga skont din id-Deċiżjoni huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60/KE.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-deroga tapplika għall-azjendi tal-bwar li għalihom ingħatat awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 6.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“azjenda tal-bwar” tfisser kull azjenda fejn mill-inqas 80 % mir-raba’ li jista’ jiddemmel ikun ħaxix;

(2)

“bhejjem li jirgħu” tfisser bhejjem tal-ifrat (għajr għall-għoġġiela tas-simna), nagħaġ, mogħoż, żwiemel, ħmir, ċriev u bufli Indjani;

(3)

“raba’” tfisser l-erja li tkun proprjetà tal-bidwi, jew mikrija jew ġestita minnu abbażi ta’ kuntratt individwali bil-miktub, li fiha l-bidwi jkollu r-responsabbiltà diretta tal-ġestjoni;

(4)

“ħaxix” tfisser bur permanenti jew temporanju li ilu inqas minn ħames snin;

(5)

“pjan tal-fertilizzazzjoni” tfisser kalkolu tal-użu ppjanat u tad-disponibbiltà tan-nutrijenti;

(6)

“kont tal-fertilizzazzjoni” tfisser il-bilanċ tan-nutrijenti abbażi tal-użu reali u tal-assorbiment tan-nutrijenti;

(7)

“ħamrija ramlija tan-Nofsinhar u taċ-ċentru” tfisser ħamrija indikata bħala ħamrija ramlija tan-Nofsinhar u ċentrali fil-leġiżlazzjoni tan-Netherlands li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE;

(8)

“ħamrija “loess”” tfisser ħamrija indikata bħala ħamrija loess fil-leġiżlazzjoni tan-Netherlands li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet ġenerali tad-deroga

Id-deroga qed tingħata bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

In-Netherlands għandhom jimmonitorjaw l-ammont ta’ demel li jiġi prodott u għandhom jiżguraw li l-produzzjoni tad-demel fil-livell nazzjonali, kemm f’termini tan-nitroġenu kif ukoll f’termini tal-fosfru, ma tiżdiedx aktar mil-livell tal-2002, li kien jikkorrispondi għal 504,4 miljun kg ta’ nitroġenu u għal 172,9 miljun kg ta’ fosfat.

(2)

In-Netherlands għandhom jimplimentaw bis-sħiħ strateġija tal-infurzar imsaħħa bl-għan li tissaħħaħ il-konformità mar-regoli tal-politika tan-Netherlands dwar id-demel u li jiġi żgurat li jingħata segwitu effettiv għal kwalunkwe informazzjoni li tkun tindika sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità.

L-istrateġija tal-infurzar imsaħħa għandha tinkludi, bħala minimu, l-elementi li ġejjin:

(a)

valutazzjoni indipendenti tal-iskala u tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali mar-regoli nazzjonali dwar id-demel. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li titwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-ispezzjonijiet tar-regoli nazzjonali dwar id-demel, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta’ reati ta’ natura kriminali;

(b)

identifikazzjoni tal-oqsma tal-amministrazzjoni u tal-ġestjoni tad-demel li għandhom riskju ogħla ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali mar-regoli nazzjonali dwar id-demel;

(c)

tisħiħ tal-kapaċità għall-ispezzjonijiet u għall-kontrolli, li għandha tkun tal-inqas daqs 40 % mill-kapaċità meħtieġa għall-ispezzjonijiet fuq il-post tal-azjendi tal-bwar koperti minn awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11(2), inklużi l-kontrolli aleatorji, u mmirar aħjar ta’ dik il-kapaċità lejn l-oqsma ta’ riskju fl-amministrazzjoni u fil-ġestjoni tad-demel;

(d)

metodoloġija ċara għall-istabbiliment ta’ pieni u sanzjonijiet li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi biżżejjed;

(e)

l-implimentazzjoni sħiħa tal-infurzar fiż-żoni ta’ riskju għoli ta’ De Peel, Gelderse Vallei u Twente fir-rebbiegħa tal-2020;

(f)

ir-responsabbiltà f’ħin reali tat-trasport tad-demel permezz tal-awtomatizzazzjoni sa tmiem l-2020;

(g)

deċiżjoni dwar ir-reviżjoni tal-politika tas-sanzjonijiet sa tmiem Ġunju tal-2020;

(h)

spezzjoni individwali ta’ 5,5 % tal-azjendi agrikoli tal-ħnieżer. Il-miżuri għall-prevenzjoni tar-riskju tat-tixrid tal-virus tal-COVID-19 jista’ jkollhom impatt fuq il-fattibbiltà ta’ dan il-perċentwal.

(3)

L-istrateġija tal-infurzar imsaħħa għandha tiġi riveduta biex tkun tinkludi kontrolli u miżuri msaħħa, fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tagħha, b’mod partikolari jekk, sa Diċembru tal-2021, l-għadd ta’ irregolaritajiet jew ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità misjuba ma jkunx qed jonqos. L-istrateġija riveduta għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni

1.   Il-bdiewa tal-bwar jistgħu jibagħtu lill-awtorità kompetenti applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni annwali sabiex jużaw id-demel tal-bhejjem li jirgħu li jkun fih sa 230 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena fil-ħamrija ramlija tan-Nofsinhar u ċentrali u fil-ħamrija “loess” jew li jkun fih sa 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena fil-ħamrija l-oħra.

2.   Flimkien mal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-applikant għandu jippreżenta dikjarazzjoni bil-miktub li hu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 u li huwa jaċċetta li l-applikazzjoni tal-fertilizzant kif ukoll il-pjan tal-fertilizzazzjoni u l-kont tal-fertilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 jistgħu jkunu soġġetti għall-kontrolli.

Artikolu 6

Għoti tal-awtorizzazzjonijiet

L-awtorizzazzjonijiet għat-tidmil b’ammont ta’ demel tal-bhejjem li jirgħu f’azjendi tal-bwar, inkluż id-demel li jipproduċu l-bhejjem infushom, li jkun fih sa 230 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena għall-ħamrija ramlija tan-Nofsinhar u ċentrali u għall-ħamrija “loess” jew sa 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena għall-ħamrija l-oħra, għandhom jingħataw soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8.

Artikolu 7

Kundizzjonijiet rigward l-użu tad-demel u ta’ fertilizzanti oħra

1.   L-ammont ta’ demel mill-bhejjem li jirgħu li jintuża għat-tidmil tal-art fis-sena fl-azjendi tal-bwar, inkluż id-demel prodott mill-bhejjem stess, ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ demel li jkun fih 230 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena fil-ħamrija ramlija tan-Nofsinhar u ċentrali u fil-ħamrija “loess” u 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena fil-ħamrija l-oħra, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8. L-inputs totali tan-nitroġenu u tal-fosfat għandhom ikunu konformi mad-domanda tan-nutrijenti tal-għalla u mal-provvista mill-ħamrija u ma għandhomx jaqbżu l-istandards massimi ta’ applikazzjoni stabbiliti fis-6 Programm ta’ Azzjoni tan-Netherlands.

2.   Il-fosfati mill-fertilizzanti kimiċi ma għandhomx jintużaw.

3.   Għandu jitħejja pjan tal-fertilizzazzjoni li għandu jinżamm fl-azjenda tal-bwar. Dan il-pjan tal-fertilizzazzjoni għandu jiddeskrivi n-newba tal-għelejjel tal-art agrikola u l-applikazzjoni ppjanata tad-demel u ta’ fertilizzanti oħra bin-nitroġenu u bil-fosfat.] Il-pjan tal-fertilizzazzjoni għall-ewwel sena kalendarja għandu jkun disponibbli fl-azjenda tal-bwar sat-30 ta’ Ġunju. Il-pjan tal-fertilizzazzjoni għas-snin kalendarji sussegwenti għandu jkun disponibbli fl-azjenda tal-bwar sat-28 ta’ Frar.

4.   Il-pjan tal-fertilizzazzjoni għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

l-għadd ta’ bhejjem fl-azjenda tal-bwar;

(b)

deskrizzjoni tal-post fejn jinżamm id-demel u tas-sistema tal-ħżin tad-demel, inkluż il-volum tal-ħżin tad-demel disponibbli;

(c)

kalkolu tan-nitroġenu (li minnu jitnaqqas it-telf fil-bini tal-bhejjem u fil-maħżen) u tal-fosfru li jiġu prodotti mid-demel fl-azjenda tal-bwar;

(d)

il-pjan tan-newba tal-għelejjel, li jrid jispeċifika l-erja tal-għelieqi individwali bil-ħaxix u b’għelejjel oħra, inkluż tpinġija ta’ mappa li tkun tindika fejn ikunu jinsabu l-għelieqi individwali;

(e)

ir-rekwiżiti prevedibbli tal-għelejjel f’termini tan-nitroġenu u tal-fosfru;

(f)

l-ammont u t-tip ta’ demel li jingħata lill-kuntratturi u li għalhekk ma jintużax fl-azjenda tal-bwar;

(g)

l-ammont ta’ demel impurtat użat fl-azjenda tal-bwar;

(h)

kalkolu tal-kontribut mill-mineralizzazzjoni tal-materja organika, mill-għelejjel leguminużi u mid-depożizzjoni atmosferika u tal-ammont ta’ nitroġenu li jkun hemm fil-ħamrija meta l-għalla tibda tużah f’ammonti sinifikanti;

(i)

kalkolu tal-użu tan-nitroġenu u tal-fosforu mid-demel għal kull roqgħa art;

(j)

kalkolu tal-użu tan-nitroġenu mill-fertilizzanti kimiċi u minn fertilizzanti oħrajn għal kull roqgħa ta’ art;

(k)

il-kalkoli għall-valutazzjoni tal-konformità mal-istandards tal-applikazzjoni massima għan-nitroġenu u għall-fosfru stabbiliti fis-Sitt Programm ta’ Azzjoni tan-Netherlands.

Il-pjan tal-fertilizzazzjoni għandu jiġi rivedut mhux aktar tard minn sebat ijiem wara kull bidla fil-prattiki agrikoli fl-azjenda tal-bwar.

5.   Kont tal-fertilizzazzjoni għal kull sena kalendarja għandu jitħejja u jinżamm għal kull azjenda tal-bwar. Dan għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti sal-31 ta’ Marzu tas-sena kalendarja sussegwenti.

6.   Il-kont tal-fertilizzazzjoni għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

l-erjas bl-għelejjel;

(b)

l-għadd u t-tip ta’ bhejjem;

(c)

il-produzzjoni tad-demel għal kull annimal;

(d)

l-ammont ta’ fertilizzanti impurtati mill-azjenda tal-bwar;

(e)

l-ammont ta’ demel li jingħata lill-kuntratturi u li għalhekk ma jintużax fl-azjenda tal-bwar u l-isem ta’ dawk il-kuntratturi.

7.   L-analiżi perjodika tan-nitroġenu u tal-fosfru fil-ħamrija għandha ssir mill-inqas darba kull erba’ snin għal kull żona omoġenja tal-azjenda fir-rigward tan-newba tal-għelejjel u tal-karatteristiċi tal-ħamrija. Bħala minimu għandu jkun hemm analiżi waħda għal kull ħames ettari ta’ art.

Fil-każ li l-bur jinħarat għat-tiġdid, l-istandard tal-applikazzjoni statutorju tan-nitroġenu stabbilit fis-6 Programm ta’ Azzjoni tan-Netherlands għandu jitnaqqas b’50 kg ta’ N/ha għall-ħamrija ramlija u għall-ħamrija “loess” wara l-31 ta’ Mejju ta’ kull sena kalendarja. Fil-każ li l-bur jinħarat għall-kultivazzjoni tal-qamħirrum fil-ħamrija ramlija jew fil-ħamrija “loess”, l-istandard tal-applikazzjoni statutorja tan-nitroġenu stabbilit fis-6 Programm ta’ Azzjoni tan-Netherlands għall-qamħirrum għandu jitnaqqas b’65 kg ta’ N/ha.

8.   Ma għandux jingħata d-demel fil-ħarifa qabel il-kultivazzjoni tal-ħaxix.

Artikolu 8

Kundizzjonijiet rigward il-ġestjoni tal-art

1.   Fil-ħamrija ramlija u fil-ħamrija “loess”, wara l-qamħirrum għandu jiġi kkultivat il-ħaxix jew għandhom jiġu kkultivati għelejjel oħra li jiżguraw il-kopertura tal-ħamrija fix-xitwa.

2.   L-għelejjel tat-titwiq ma għandhomx jinħartu qabel l-1 ta’ Frar.

3.   Il-ħaxix fil-ħamrija ramlija u fil-ħamrija “loess” għandu jinħarat biss fir-rebbiegħa, ħlief għall-ħrit tal-bwar għat-tiġdid, li jista’ jsir biss sal-31 ta’ Awwissu.

4.   Il-ħrit tal-ħaxix f’kull tip ta’ ħamrija għandu jkun segwit minnufih b’għelejjel b’domanda għolja għan-nitroġenu u l-fertilizzazzjoni għandha tkun ibbażata fuq analiżi tal-ħamrija fir-rigward tan-nitroġenu minerali u fuq parametri oħra li jipprovdu referenzi għall-istima tar-rilaxx tan-nitroġenu mill-mineralizzazzjoni tal-materja organika fil-ħamrija.

5.   Meta n-newba tal-għelejjel tkun tinkludi l-pjanti leguminużi jew pjanti oħrajn li jassorbu in-nitroġenu atmosferiku, iż-żieda tal-fertilizzant għandha titnaqqas kif xieraq.

6.   B’deroga mill-paragrafu 3, il-ħrit tal-ħaxix huwa permess fil-ħarifa għat-tħawwil tal-basal tal-fjuri.

Artikolu 9

Kundizzjonijiet fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka biex jitnaqqsu d-depożiti tan-nutrijenti fl-ilma wkoll

1.   Fl-azjendi tal-bwar li jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 6 għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-demel likwidu għandu jintuża fil-bwar b’ħamrija ramlija u b’ħamrija “loess” b’injezzjoni baxxa;

(b)

id-demel likwidu għandu jiġi applikat fil-bwar b’ħamrija taflija u bil-pit b’injezzjoni baxxa, b’applikatur tad-demel semilikwidu bit-trailing shoe, b’dilwizzjoni ta’ 2:1 tad-demel likwidu bl-ilma jew b’injettur ta’ impuls intraċċat;

(c)

id-demel likwidu ma għandux jiġi applikat b’applikatur tat-trailing shoe meta t-temperatura ta’ barra tkun ta’ 20 °C jew ogħla;

(d)

id-demel likwidu għandu jiġi applikat fuq raba’ li jinħadem b’injezzjoni jew jiddaħħal fir-raba’ immedjatament wara li jiġi applikat f’pass wieħed;

(e)

id-demel solidu għandu jiddaħħal fir-raba’ immedjatament wara li jiġi applikat f’mhux aktar minn żewġ passi.

2.   Il-paragrafu 1 għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2021 għall-bdiewa li jibbenefikaw minn deroga u li għalihom id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma japplikawx għalissa skont il-liġi nazzjonali (14).

3.   Il-bdiewa kollha tal-bwar li jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni għandhom jiġu mħarrġa dwar il-miżuri li jnaqqsu l-emissjonijiet tan-nitroġenu qabel il-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 10

Monitoraġġ

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jitfasslu mapep li juru dan li ġej:

(a)

il-perċentwal tal-azjendi tal-bwar f’kull muniċipalità li huma koperti mill-awtorizzazzjonijiet;

(b)

il-perċentwal tal-bhejjem f’kull muniċipalità li huma koperti mill-awtorizzazzjonijiet;

(c)

il-perċentwal tal-art agrikola f’kull muniċipalità li hija koperta mill-awtorizzazzjonijiet.

Dawk il-mapep għandhom jiġu aġġornati kull sena.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu u jżommu netwerk ta’ monitoraġġ għat-teħid tal-kampjuni tal-ilma tal-ħamrija, tan-nixxigħat, tal-ilma ta’ taħt l-art li jkun qrib il-wiċċ u tal-ilma tad-drenaġġ fis-siti tal-monitoraġġ fl-azjendi tal-bwar koperti minn awtorizzazzjoni. Dak in-netwerk ta’ monitoraġġ għandu jipprovdi d-data dwar il-konċentrazzjoni tan-nitrati u tal-fosfru fl-ilma li jħalli l-parti tal-ħamrija fiż-żona tal-għeruq u li jidħol fis-sistema tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-wiċċ.

3.   In-netwerk ta’ monitoraġġ għandu jinkludi mill-inqas 300 azjenda agrikola koperti mill-awtorizzazzjonijiet u għandu jkun jirrappreżenta kull tip ta’ ħamrija (il-ħamrija taflija, il-pit, il-ħamrija ramlija u l-ħamrija “loess” ramlija), il-prattiki tal-fertilizzazzjoni u n-newba tal-għelejjel. Il-kompożizzjoni tan-netwerk ta’ monitoraġġ ma għandhiex tiġi mmodifikata matul iż-żmien li fih tkun applikabbli din id-Deċiżjoni.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġ u analiżi kontinwa tan-nutrijenti li jipprovdu data dwar l-użu lokali tal-art, dwar in-newbiet tal-għelejjel u dwar il-prattiki agrikoli fl-azjendi tal-bwar koperti mill-awtorizzazzjonijiet. Dik id-data tista’ tintuża biex tiġi kkalkulata, abbażi ta’ mudelli, il-lissija tan-nitrati u t-telf tal-fosfru mill-għelieqi li jiddemmlu b’massimu ta’ 230 kg jew 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena b’demel minn bhejjem li jirgħu.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu monitoraġġ imsaħħaħ tal-ilma fil-baċiri agrikoli b’ħamrija ramlija.

Artikolu 11

Kontrolli u spezzjonijiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi tal-applikazzjonijiet kollha għal awtorizzazzjoni għall-valutazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8. Jekk jintwera li dawk il-kundizzjonijiet mhumiex issodisfati, l-applikazzjoni għandha tiġi rrifjutata u l-applikant għandu jiġi informat bir-raġunijiet għar-rifjut.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi għal mill-inqas 5 % mill-azjendi tal-bwar koperti mill-awtorizzazzjonijiet fir-rigward tal-użu tal-art, tal-għadd ta’ bhejjem u tal-produzzjoni tad-demel.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu programm ta’ spezzjonijiet fuq il-post tal-azjendi tal-bwar koperti mill-awtorizzazzjonijiet abbażi tar-riskju u bil-frekwenza x-xierqa, filwaqt li jqisu r-riżultati tal-kontrolli tas-snin ta’ qabel u r-riżultati tal-kontrolli aleatorji ġenerali tal-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttiva 91/676/KEE u kull informazzjoni oħra li tista’ tindika nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 ta’ din id-Deċiżjoni.

L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom isiru f’mill-anqas 5 % mill-azjendi tal-bwar koperti mill-awtorizzazzjonijiet biex tiġi vvalutata l-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 7 u 8. Dawk l-ispezzjonijiet għandhom jiġu kkumplimentati mill-ispezzjonijiet u l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 4(2)(c).

3.   Meta jiġi stabbilit fi kwalunkwe sena li azjenda tal-bwar koperta minn awtorizzazzjoni ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiġi ssanzjonat skont ir-regoli nazzjonali u ma għandux ikun eliġibbli għal awtorizzazzjoni s-sena ta’ wara.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat u l-mezzi meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mal-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni mogħtija skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 12

Rappurtar

1.   Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iressqu rapport lill-Kummissjoni li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-data marbuta mal-fertilizzazzjoni fl-azjendi tal-bwar kollha li huma koperti mill-awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 6, inkluża l-informazzjoni dwar il-produzzjoni u t-tipi ta’ ħamrija;

(b)

ix-xejriet fl-għadd ta’ bhejjem għal kull kategorija ta’ bhejjem fin-Netherlands u fl-azjendi tal-bwar koperti minn awtorizzazzjoni;

(c)

ix-xejriet fil-produzzjoni nazzjonali tad-demel f’dak li għandu x’jaqsam man-nitroġenu u mal-fosfat fid-demel;

(d)

sommarju tar-riżultati tal-kontrolli marbuta mal-koeffiċjenti tal-eskrezzjoni għad-demel tal-ħnieżer u tal-pollam fil-livell nazzjonali;

(e)

il-mapep li jissemmew fl-Artikolu 10(1);

(f)

ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ilma, inkluża l-informazzjoni dwar ix-xejriet tal-kwalità tal-ilma għall-ilma ta’ taħt l-art u għall-ilma tal-wiċċ, kif ukoll l-impatt tad-deroga fuq il-kwalità tal-ilma;

(g)

id-data dwar il-konċentrazzjoni tan-nitrati u tal-fosfru msemmija fl-Artikolu 10(2);

(h)

ir-riżultati tal-monitoraġġ imsaħħaħ tal-ilma msemmi fl-Artikolu 10(5);

(i)

ir-riżultati tal-istħarriġ dwar l-użu lokali tal-art, dwar in-newbiet tal-għelejjel u dwar il-prattiki agrikoli msemmi fl-Artikolu 10(4);

(j)

ir-riżultati tal-kalkoli bbażati fuq il-mudelli msemmija fl-Artikolu 10(4);

(k)

evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 abbażi tal-kontrolli mwettqin fil-livell tal-azjendi agrikoli, u informazzjoni dwar l-azjendi agrikoli li ma jkunux konformi, abbażi tar-riżultati tal-kontrolli amministrattivi u tal-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11;

(l)

aġġornament dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-infurzar imsaħħa msemmija fl-Artikolu 4, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dan li ġej:

l-implimentazzjoni sħiħa tal-infurzar fiż-żoni ta’ riskju għoli ta’ De Peel, Gelderse Vallei u Twente fir-rebbiegħa tal-2020;

ir-responsabbiltà f’ħin reali tat-trasport tad-demel permezz tal-awtomatizzazzjoni sa tmiem l-2020;

id-deċiżjoni dwar ir-reviżjoni tal-politika tas-sanzjonijiet sa tmiem Ġunju tal-2020;

l-impatt tal-miżuri għall-prevenzjoni tar-riskju tat-tixrid tal-virus tal-COVID-19 fuq l-implimentazzjoni tal-istrateġija;

(m)

ir-riżultati tal-istrateġija tal-infurzar imsaħħa msemmija fl-Artikolu 4, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dan li ġej:

il-kontrolli fiżiċi għal kull tip ta’ azjenda agrikola;

kwalunkwe tnaqqis fil-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità;

is-sanzjonijiet amministrattivi;

(n)

informazzjoni dwar is-sanzjonijiet ġudizzjarji li ġew applikati.

2.   Id-data ġeografika li tingħata fir-rapport għandha tikkonforma, fejn applikabbli, mad-Direttiva 2007/2/KE. Huma u jiġbru d-data meħtieġa, in-Netherlands għandhom jużaw, meta jkun xieraq, l-informazzjoni ġġenerata bis-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll stabbilita skont l-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 13

Perjodu ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Artikolu 14

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Netherlands.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.

(2)  Commission Decision 2005/880/KE of 8 December 2005 granting a derogation requested by the Netherlands pursuant to Council Directive 91/676/KEE concerning the protection of waters against pollution caused by nitrates from agricultural sources (ĠU L 324, 10.12.2005, p. 89).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/65/UE tal-5 ta’ Frar 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2005/880/KE li tagħti deroga mitluba mill-Olanda skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 35, 6.2.2010, p. 18).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/291/UE tas-16 ta’ Mejju 2014 li tagħti deroga mitluba mill-Pajjiżi l-Baxxi skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 88).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/820 tal-31 ta’ Mejju 2018 li tagħti deroga mitluba min-Netherlands skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 137, 4.6.2018, p. 27).

(6)  Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).

(7)  L-Artikoli 19 u 20 tal-Att dwar il-Fertilizzanti tan-Netherlands (Meststoffenwet).

(8)  L-Artikoli 33a sa 33d tal-Att dwar il-Fertilizzanti tan-Netherlands (Meststoffenwet).

(9)  L-Artikolu 21b tal-Att dwar il-Fertilizzanti tan-Netherlands (Meststoffenwet).

(10)  L-impatt tad-Direttiva dwar in-Nitrati fuq l-emissjonijiet gassużi tan-N u l-effetti ta’ miżuri fil-programm ta’ azzjoni dwar in-nitrati fuq l-emissjonijiet gassużi tan-N, il-Kuntratt ENV.B.1/ETU/2010/0009.

(11)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill at-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(12)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(14)  Ir-“Regeling van de Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit van 28 januari 2019, nr. WJZ/19009285, tot tijdelijke vrijstelling van artikel 5, eerste lid, van het Besluit gebruik meststoffen (Vrijstellingsregeling bovengronds aanwenden runderdrijfmest 2019–2023)”.


21.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/29


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1074

tas-17 ta’ Lulju 2020

li tagħti deroga mitluba mid-Danimarka skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

(Il-verżjoni bid-Daniż biss hija awtentika)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2002/915/KE (2), il-Kummissjoni tat deroga mitluba mid-Danimarka skont id-Direttiva 91/676/KEE, li tippermetti l-applikazzjoni ta’ demel tal-bhejjem li fih sa 230 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena f’ċerti azjendi tal-bhejjem tal-ifrat. Dik id-deroga ġiet estiża bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2005/294/KE (3) u 2008/664/KE (4), u bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/659/UE (5), (UE) 2017/847 (6) u (UE) 2018/1928 (7).

(2)

Id-deroga mogħtija bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1928 għall-perjodu tal-2017/l-2018 kienet tolqot lil 1312-il azjenda tal-bhejjem tal-ifrat, 396 000 unità tal-bhejjem (ekwivalenti għal 39,6 miljun kg ta’ N f’demel tal-bhejjem) u 198 195 ettaru ta’ art li tinħadem, li jikkorrispondu rispettivament għal 3,9 % tal-għadd totali ta’ azjendi, għal 18,1 % tat-total ta’ nitroġenu (N) fid-demel tal-bhejjem użat u għal 8,2 % tal-erja agrikola netta totali.

(3)

B’ittra tal-20 ta’ Marzu 2020, id-Danimarka ppreżentat talba għat-tiġdid tad-deroga lill-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE.

(4)

Id-Danimarka għandha programm ta’ azzjoni f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/676/KEE, permezz ta’ partijiet tal-Ordni Eżekuttiv Nru 760 tat-30 ta’ Ġunju 2019 dwar ir-Regolazzjoni Ambjentali tat-Trobbija tal-Annimali u l-Ħżin u l-Użu tal-Fertilizzanti, tal-Att Nru 338 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Użu Agrikolu tal-Fertilizzanti u dwar il-Miżuri ta’ Tnaqqis tan-Nutrijenti kif emendat, tad-Digriet Eżekuttiv Nru 762 tad-29 ta’ Lulju 2019 dwar l-Użu Agrikolu tal-Fertilizzanti waqt il-perjodu ta’ ppjanar tal-2019/l-2020, u tal-Ordni Eżekuttiv Nru 66 tat-28 ta’ Jannar 2020 dwar il-Miżuri ta’ Tnaqqis tan-Nutrijenti u l-Miżuri relatati mal-agrikoltura fl-Agrikoltura għall-perjodu ta’ ppjanar tal-2020/l-2021. Bħala suppliment għal dawk il-miżuri, id-Danimarka ilha twettaq regolazzjoni mmirata mill-2019 ’l hawn skont l-Att Nru 338 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Użu Agrikolu tal-Fertilizzanti u dwar il-Miżuri ta’ Tnaqqis tan-Nutrijenti, kif emendat. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni Daniża tinkludi regolament ġenerali dwar il-fosforu, skont l-Att Nru 256 tal-21 ta’ Marzu 2017 dwar it-Trobbija tal-Bhejjem u l-Użu tal-Fertilizzanti u l-Ordni Nru 865 tat-23 ta’ Ġunju 2017 dwar il-Bhejjem Kummerċjali, id-Demel tal-Bhejjem, is-Silaġġ, eċċ., li issa huwa l-Ordni Nru 760 tat-30 ta’ Lulju 2019.

(5)

Il-leġiżlazzjoni Daniża li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE tinkludi limiti fuq l-użu tan-nitroġenu. F’Awwissu tal-2017 daħlet fis-seħħ leġiżlazzjoni li tillimita l-użu tal-fosforu.

(6)

Il-leġiżlazzjoni Daniża tinkludi skema mmirata u kkombinata għall-għelejjel tat-titwiq volontarji u obbligatorji għall-perjodu kopert b’din id-Deċiżjoni. Skont dik l-iskema, id-dispożizzjonijiet obbligatorji għall-għelejjel tat-titwiq għandhom jidħlu fis-seħħ awtomatikament jekk il-ftehimiet volontarji għall-għelejjel tat-titwiq ma jirnexxilhomx jissodisfaw l-għanijiet ambjentali. L-erjas b’għelejjel tat-titwiq huma b’żieda mar-rekwiżit nazzjonali għall-għelejjel tat-titwiq obbligatorji skont l-Att Nru 338 tat-2 ta’ April 2019, kif emendat. L-iskema hija meħtieġa biex ikun żgurat li l-applikazzjoni tad-deroga attwali ma twassalx għal deterjorament tal-kwalità tal-ilma.

(7)

L-informazzjoni li ngħatat mid-Danimarka fil-kuntest tad-deroga mogħtija bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1928 turi li d-deroga mhux qed twassal għal deterjorament tal-kwalità tal-ilma meta jsir paragun mal-erjas mhux koperti mid-deroga. Id-data dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/676/KEE għall-perjodu mill-2012 sal-2015 (8) turi li għall-ilma ta’ taħt l-art 83,4 % mis-siti ta’ monitoraġġ għandhom konċentrazzjonjiet medji tan-nitrati taħt il-50 mg/l, u 27,5 % minnhom taħt il-25 mg/l. Għall-ilma ħelu tal-wiċċ, 99,4 % mis-siti ta’ monitoraġġ għandhom konċentrazzjonjiet medji tan-nitrati taħt il-50 mg/l u 85,8 % minnhom taħt il-25 mg/l. Id-data ta’ monitoraġġ turi tendenza ġenerali stabbli fil-konċentrazzjoni tan-nitrati fl-ilma ta’ taħt l-art u fl-ilma ħelu tal-wiċċ meta mqabbla ma’ dik tal-perjodu preċedenti tar-rappurtar (mill-2008 sal-2011). Id-data dwar l-ewtrofikazzjoni turi li l-istatus ta’ 25 % mill-għadajjar immonitorjati ġie kklassifikat bħala tajjeb/tajjeb ħafna u ta’ 75 % minnhom bħala mhux tajjeb u li l-istatus ta’ tnejn minn 119-il korp tal-ilma kostali/estwarji mmonitorjati ġie kklassifikat bħala tajjeb.

(8)

Il-Kummissjoni, wara li eżaminat it-talba tad-Danimarka abbażi tal-elementi deskritti fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE u fid-dawl tal-esperjenza miksuba mid-deroga kif previst fid-Deċiżjonijiet 2002/915/KE, 2005/294/KE u 2008/664/KE u fid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2012/659/UE, (UE) 2017/847 u (UE) 2018/1928, tqis li l-ammont ta’ demel previst mid-Danimarka, jiġifieri 230 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena, se jkun mingħajr preġudizzju għall-kisba tal-għanijiet tad-Direttiva 91/676/KEE, sakemm ikunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet stretti fir-rigward tal-għelejjel tat-titwiq, tal-limiti tal-fosforu, tan-newba tal-għelejjel, tal-użu tad-demel u ta’ fertilizzanti oħra, tat-teħid ta’ kampjuni mill-ħamrija u tal-analiżi tal-ħamrija.

(9)

Fil-farms li huma awtorizzati jużaw id-demel tal-bhejjem li fih sa 230 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena, il-pjanijiet għall-fertilizzazzjoni jenħtieġ li jiġu aġġornati fil-ħin biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-prattiki agrikoli reali, filwaqt li l-kopertura veġetali permanenti tal-erja li tinħadem u l-għelejjel tat-titwiq jenħtieġ li jintużaw biex jiġi żgurat l-irkupru tan-nitrati li jintilfu mis-saff sekondarju tal-ħamrija fil-ħarifa u biex jiġi limitat it-telf tan-nitroġenu fix-xitwa.

(10)

Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) tistabbilixxi regoli ġenerali maħsuba għall-istabbiliment tal-Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fl-Unjoni għall-finijiet tal-politiki ambjentali tal-Unjoni u tal-politiki jew tal-attivitajiet li jista’ jkollhom impatt fuq l-ambjent. Meta applikabbli, jenħtieġ li l-informazzjoni ġeografika miġbura fil-kuntest ta’ din id-Deċiżjoni tkun konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva. Sabiex tnaqqas il-piż amministrattiv u żżid il-koerenza tad-data, id-Danimarka, meta tiġbor id-data neċessarja skont din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li tuża l-informazzjoni ġġenerata skont is-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll stabbilita skont il-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nitrati mwaqqaf skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/676/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Deroga

Id-deroga mitluba mid-Danimarka permezz tal-ittra tal-20 ta’ Marzu 2020, bil-għan li jiġi awtorizzat l-użu fuq l-art ta’ ammont ta’ nitroġenu mid-demel tal-bhejjem li jkun ogħla minn dak previst fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE (“id-deroga”), qed tingħata soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 12.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-deroga tapplika għall-azjendi agrikoli tal-bhejjem tal-ifrat fejn tal-anqas 80 % mill-art disponibbli għall-użu tad-demel tiġi kkultivata b’għelejjel b’assorbiment għoli tan-nitroġenu u bi staġun twil ta’ tkabbir u li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni b’konformità mal-Artikolu 6.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“azjenda agrikola tal-bhejjem tal-ifrat” tfisser azjenda bi produzzjoni annwali tan-nitroġenu fid-demel tal-bhejjem ta’ aktar minn 300 kg li mill-inqas żewġ terzi minnu jkun ġej mill-bhejjem tal-ifrat;

(2)

“għelejjel li jittewqu bil-ħaxix” tfisser iċ-ċereali tas-silaġġ, il-qamħirrum tas-silaġġ, iċ-ċereali tar-rebbiegħa, iċ-ċereali tax-xitwa jew ix-xgħir tar-rebbiegħa u l-piżelli, li jridu jittewqu bil-ħaxix qabel jew wara l-ħsad;

(3)

“għelejjel b’assorbiment għoli tan-nitroġenu u bi staġun twil ta’ tkabbir” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

il-ħaxix;

(b)

l-għelejjel tal-ħaxix tat-titwiq;

(c)

il-pitravi għall-foraġġ;

(d)

l-għelejjel li jittewqu bil-ħaxix;

(e)

iċ-ċikwejra;

(4)

“ħaxix” tfisser bur permanenti jew temporanju;

(5)

“profil tal-ħamrija” tfisser is-saff tal-ħamrija li jinsab taħt wiċċ l-art sa fond ta’ 0,90 m jew sal-medja tal-ogħla livell tal-ilma ta’ taħt l-art meta dak il-livell ikun jinsab inqas minn 0,90 m taħt wiċċ l-art.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet tad-deroga

Id-deroga qed tingħata bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Mill-1 ta’ Awwissu 2017, l-Ordni Nru 865 tat-23 ta’ Ġunju 2017 dwar il-bhejjem kummerċjali, id-demel tal-bhejjem, is-silaġġ, eċċ. daħal fis-seħħ u stabbilixxa l-limiti diretti tal-fosforu f’livelli differenti fil-pajjiż kollu skont it-tip ta’ fertilizzant. Il-limiti jkopru l-użu tal-fosforu minn kull tip ta’ fertilizzant: il-fertilizzanti organiċi, inkluż id-demel, id-diġestat tal-bijogass, il-bijomassa veġetali mingħajr gass, il-ħama mit-trattament tad-drenaġġ kif ukoll il-fertilizzanti industrijali. Għandhom jiġu applikati limiti aktar stretti dwar l-użu tal-fosforu f’ċerti żoni b’ambjent akkwatiku vulnerabbli għall-fosforu.

(2)

Għandha tidħol fis-seħħ sistema ta’ indikaturi u ta’ monitoraġġ fir-rigward tal-ammont ta’ fosforu li jintuża fl-artijiet agrikoli fid-Danimarka. Meta s-sistema tal-indikaturi jew is-sistema tal-monitoraġġ turi li r-rata medja annwali reali ta’ fertilizzazzjoni bil-fosforu fil-ħamrija agrikola fid-Danimarka tista’ taqbeż il-livelli tal-fertilizzazzjoni medja nazzjonali bil-fosforu li huma permessi li jintlaħqu matul il-perjodu bejn l-2018 u l-2025, jew li din tkun fil-fatt qabżithom, il-limiti għall-użu massimu tal-fosforu għandhom jitnaqqsu kif meħtieġ.

(3)

Mill-5 ta’ April 2019, l-Att Daniż Nru 338 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Użu Agrikolu tal-Fertilizzanti u dwar il-Miżuri ta’ Tnaqqis tan-Nutrijenti, kif emendat, daħal fis-seħħ u stabbilixxa skema mmirata u kkombinata għall-miżuri volontarji u obbligatorji abbażi tal-ħtieġa li jitnaqqas il-kontenut tan-nitrati fil-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art u fl-ilmijiet kostali. Mill-2020, l-iskema tifforma parti mill-implimentazzjoni Daniża tal-obbligi skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Dawk il-miżuri jipprevedu l-istabbiliment ta’ għelejjel tat-titwiq jew ta’ miżuri alternattivi previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Skont l-iskema, id-dispożizzjonijiet obbligatorji għat-tnaqqis tan-nitroġenu għandhom jidħlu fis-seħħ awtomatikament jekk il-ftehimiet volontarji għat-tnaqqis tan-nitroġenu ma jirnexxilhomx iwasslu għall-għanijiet ambjentali adegwati.

(4)

L-għelejjel tat-titwiq stabbiliti skont dik l-iskema għandhom ikunu addizzjonali għall-għelejjel tat-titwiq imħawla sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit nazzjonali obbligatorju ta’ 10.7 jew 14.7 % ta’ għelejjel tat-titwiq fl-erja tal-art tal-għelejjel tal-azjendi agrikoli tal-bhejjem tal-ifrat jew ir-rekwiżit nazzjonali obbligatorju fl-Ordnijiet Eżekuttivi korrispondenti għall-perjodi tal-ippjanar sussegwenti, u ma jistgħux jiġu stabbiliti fl-istess erja bħal dik użata biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tal-Erja b’Fokus Ekoloġiku għall-għelejjel tat-titwiq.

Artikolu 5

Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni

1.   Il-bdiewa li jrabbu l-bhejjem tal-ifrat jistgħu jippreżentaw applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti għal awtorizzazzjoni annwali biex jużaw demel tal-bhejjem li jkun fih sa 230 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru għal kull perjodu ta’ ppjanar.

Il-limitu taż-żmien għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għandu jkun l-istess bħal-limitu taż-żmien nazzjonali għall-applikazzjoni għal Pagament Bażiku tal-PAK u għandu jinkludi l-kwota tal-fertilizzanti u l-pjan dwar l-għelejjel tat-titwiq.

2.   Il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha titqies li timplika dikjarazzjoni mill-applikant li l-kundizzjonijiet mogħtija fl-Artikoli 7, 8 u 9 huma ssodisfati.

Artikolu 6

Għoti tal-awtorizzazzjonijiet

L-awtorizzazzjonijiet biex jintuża ammont ta’ demel mill-azjenda agrikola tal-bhejjem tal-ifrat, inkluż id-demel li jipproduċu l-bhejjem stess u d-demel ittrattat, li jkun fih sa 230 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru għal kull perjodu ta’ ppjanar, għandhom jingħataw soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7, 8 u 9.

Artikolu 7

Kundizzjonijiet rigward l-użu tad-demel u ta’ fertilizzanti oħra

1.   It-total tal-input tan-nitroġenu ma għandux jaqbeż id-domanda prevista ta’ nutrijenti għall-għalla, filwaqt li titqies il-provvista tan-nutrijenti mill-ħamrija. Ma għandux jaqbeż l-istandards massimi tal-użu, kif stabbiliti fl-Ordni Eżekuttiva Nru 762 tad-29 ta’ Lulju 2019 dwar l-Użu Agrikolu tal-Fertilizzanti waqt il-perjodu ta’ ppjanar tal-2019/l-2020, u fl-ordnijiet korrispondenti fil-perjodi ta’ ppjanar suċċessivi.

2.   Għandu jitħejja pjan ta’ fertilizzazzjoni għas-superfiċje kollha tal-azjenda agrikola tal-bhejjem tal-ifrat. Il-pjan għandu jinżamm fl-azjenda agrikola. Għandu jkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu u l-31 ta’ Lulju tas-sena suċċessiva. Il-pjan ta’ fertilizzazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

pjan tan-newba tal-għelejjel li jispeċifika dan li ġej:

(i)

is-superfiċje tal-irqajja’ b’għelejjel b’assorbiment għoli ta’ nitroġenu u bi staġun twil ta’ tkabbir;

(ii)

is-superfiċje tal-irqajja’ b’għelejjel oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (i);

(iii)

mappa skematika li tindika l-post tal-irqajja’ msemmija fil-punti (i) u (ii) rispettivament;

(b)

l-għadd ta’ bhejjem fl-azjenda agrikola tal-bhejjem tal-ifrat;

(c)

deskrizzjoni tal-post fejn jinżamm id-demel u tas-sistema tal-ħżin tad-demel, inkluż il-volum tal-ħżin tad-demel disponibbli;

(d)

kalkolu tan-nitroġenu u tal-fosforu fid-demel prodott fl-azjenda agrikola tal-bhejjem tal-ifrat;

(e)

deskrizzjoni tat-trattament tad-demel, fejn applikabbli, u tal-karatteristiċi li mistennija jkollu d-demel ittrattat;

(f)

l-ammont, it-tip u l-karatteristiċi tad-demel imwassal barra l-azjenda agrikola tal-bhejjem tal-ifrat jew lejn l-azjenda agrikola;

(g)

l-ammont prevedibbli tan-nitroġenu u tal-fosforu meħtieġ għall-għalla f’kull roqgħa;

(h)

kalkolu tal-użu tan-nitroġenu u tal-fosforu mid-demel għal kull roqgħa;

(i)

kalkolu tal-użu tan-nitroġenu u tal-fosforu mill-fertilizzanti kimiċi u minn fertilizzanti oħrajn għal kull roqgħa;

(j)

indikazzjoni taż-żmien tal-użu tad-demel u tal-fertilizzanti kimiċi.

Il-pjan ta’ fertilizzazzjoni għandu jiġi rivedut mhux aktar tard minn sebat ijiem wara kwalunkwe bidla fil-prattiki agrikoli fil-farm tal-bhejjem tal-ifrat. Il-pjan tal-fertilizzazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet kompetenti sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena.

3.   Id-demel ma għandux jinfirex fil-perjodu bejn il-31 ta’ Awwissu u l-1 ta’ Marzu fuq bur li jkun se jinħarat fir-rebbiegħa ta’ wara.

4.   L-istandards tal-użu tal-fertilizzazzjoni bin-nitroġenu għall-għelejjel li jitkabbru wara li jkun tkabbar bur temporanju għandhom jitnaqqsu bil-valur tan-nitroġenu tal-għalla preċedenti skont l-Ordni Eżekuttiva Nru 762 tad-29 ta’ Lulju 2019 dwar l-Użu Agrikolu tal-Fertilizzanti waqt il-perjodu ta’ ppjanar tal-2019/l-2020, u l-ordnijiet korrispondenti fil-perjodi ta’ ppjanar sussegwenti rigward l-istandards tal-fertilizzazzjoni, it-tabella dwar l-istandards tal-fertilizzazzjoni għall-għelejjel agrikoli u għall-ħaxix, u l-bidliet sussegwenti.

Artikolu 8

Kundizzjonijiet rigward it-teħid ta’ kampjuni mill-ħamrija u l-analiżi tal-ħamrija

1.   Il-kampjuni għandhom jittieħdu mill-ogħla 30 cm ta’ ħamrija tal-art agrikola u għandhom jiġu analizzati għall-kontenut tagħhom ta’ nitroġenu u ta’ fosforu.

2.   It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi għandhom jitwettqu tal-inqas darba kull erba’ snin għal kull erja tal-farm tal-bhejjem tal-ifrat li tippreżenta karatteristiċi omoġenji fir-rigward tan-newba tal-għelejjel u tal-karatteristiċi tal-ħamrija.

3.   It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi għandhom jitwettqu tal-inqas għal kull ħames ettari ta’ art agrikola.

4.   Ir-riżultati tal-analiżi għandhom ikunu disponibbli għall-ispezzjoni fl-azjenda agrikola tal-bhejjem tal-ifrat.

Artikolu 9

Kundizzjonijiet rigward il-ġestjoni tal-art

1.   80 % jew aktar mis-superfiċje disponibbli għall-użu tad-demel għandha tiġi kkultivata b’għelejjel b’assorbiment għoli ta’ nitroġenu u bi staġun twil ta’ tkabbir.

2.   L-għelejjel tal-ħaxix tat-titwiq ma għandhomx jinħartu qabel l-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara li jkunu ġew stabbiliti.

3.   Il-bwar għandhom jinħartu fir-rebbiegħa. Għalla b’assorbiment għoli ta’ nitroġenu u bi staġun twil ta’ tkabbir għandha tinżera’ mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn tliet ġimgħat wara li jkun inħarat il-ħaxix.

4.   L-għelejjel użati fin-newba tal-għelejjel ma għandhomx jinkludu l-pjanti leguminużi jew pjanti oħra li jipproċessaw in-nitroġenu atmosferiku, ħlief għal dawn li ġejjin:

(a)

ix-xnien u l-alfalfa f’bur li flimkien jammontaw għal inqas minn 50 %;

(b)

ix-xgħir u l-piżelli li jittewqu bil-ħaxix.

Artikolu 10

Monitoraġġ

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jitfasslu mapep li juru dan li ġej:

(a)

il-perċentwal tal-farms tal-bhejjem tal-ifrat f’kull muniċipalità li huma koperti mill-awtorizzazzjonijiet;

(b)

il-perċentwal tal-bhejjem f’kull muniċipalità li huma koperti mill-awtorizzazzjonijiet;

(c)

il-perċentwal tal-art agrikola f’kull muniċipalità li hija koperta mill-awtorizzazzjonijiet.

Dawk il-mapep għandhom jiġu aġġornati kull sena.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru u jaġġornaw kull sena d-data dwar in-newbiet tal-għelejjel u dwar il-prattiki agrikoli fl-azjendi agrikoli tal-bhejjem tal-ifrat koperti mill-awtorizzazzjonijiet skont din id-Deċiżjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw l-ilma fiż-żona tal-għeruq, l-ilmijiet tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art, u għandhom jagħtu d-data dwar in-nitroġenu u l-fosforu fil-profil tal-ħamrija u l-konċentrazzjonijiet tan-nitrati fl-ilmijiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art, kemm bil-kundizzjonijiet tad-deroga kif ukoll mingħajrhom, lill-Kummissjoni.

Il-monitoraġġ għandu jitwettaq fil-livell tal-għelieqi tal-azjendi agrikoli fil-qafas tal-programm nazzjonali tal-monitoraġġ taż-żoni agrikoli ta’ qbid. Is-siti ta’ monitoraġġ għandhom ikunu rappreżentattivi tat-tipi ewlenin ta’ ħamrija, tal-prattiki ta’ fertilizzazzjoni prevalenti u tal-għelejjel ewlenin.

Il-monitoraġġ rinforzat tal-kwalità tal-ilma għandu jitwettaq f’erjas b’ħamrija ramlija. Barra minn hekk, il-konċentrazzjonijiet tan-nitrati fl-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art għandhom jiġu mmonitorjati f’mill-inqas 3 % mill-azjendi agrikoli kollha koperti minn awtorizzazzjoni.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġ u analiżi kontinwi tan-nutrijenti fil-programm nazzjonali ta’ monitoraġġ taż-żoni agrikoli fejn jinġabar l-ilma u għandhom jipprovdu d-data dwar l-użu tal-art fil-livell lokali, in-newbiet tal-għelejjel u l-prattiki agrikoli fl-azjendi agrikoli tal-bhejjem tal-ifrat li jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni.

L-informazzjoni u d-data miġbura mill-analiżi tan-nutrijenti kif imsemmi fl-Artikolu 7 u mill-monitoraġġ kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jintużaw għall-kalkoli bbażati fuq il-mudelli tat-telf tan-nitroġenu u tal-fosforu mill-azjendi agrikoli tal-bhejjem tal-ifrat li jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni abbażi ta’ prinċipji xjentifiċi.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkwantifikaw u jirreġistraw il-perċentwali tal-art li għaliha tkun ingħatat id-deroga fejn jitkabbru:

(a)

ix-xnien jew l-alfalfa f’bur;

(b)

ix-xgħir u l-piżelli li jittewqu bil-ħaxix.

Artikolu 11

Verifika

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet isirilhom kontroll amministrattiv. Meta l-kontroll juri li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7, 8 u 9 ma jiġux issodisfati mill-applikant, l-applikazzjoni għandha tiġi rrifjutata u l-applikant għandu jiġi informat bir-raġunijiet għar-rifjut.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu programm ta’ spezzjonijiet tal-farms li jibbenefikaw mill-awtorizzazzjonijiet.

Dan il-programm għandu jkun ibbażat fuq analiżi tar-riskju filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-kontrolli tas-snin preċedenti fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7, 8 u 9 u r-riżultati tal-kontrolli tal-konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 91/676/KEE.

3.   L-ispezzjonijiet għandhom jikkonsistu minn spezzjonijiet tal-għelieqi u kontroll fuq il-post tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7, 8 u 9 u kull sena għandhom ikopru mill-inqas 7 % mill-azjendi agrikoli tal-bhejjem tal-ifrat li jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni. Meta jkun instab li azjenda agrikola tal-bhejjem tal-ifrat ma tikkonformax ma’ dawn il-kundizzjonijiet, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiġi mmultat skont il-liġi nazzjonali u ma għandux ikun eliġibbli għal awtorizzazzjoni fil-perjodu tal-ippjanar fis-sena ta’ wara s-sejba.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat u l-mezzi meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mal-kundizzjonijiet tad-deroga mogħtija skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 12

Rapporti

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-mapep li juru l-perċentwal tal-azjendi agrikoli tal-bhejjem tal-ifrat, il-perċentwal ta’ bhejjem, il-perċentwal tal-art agrikola koperta mid-derogi individwali għal kull muniċipalità, kif ukoll il-mapep dwar l-użu tal-art fil-livell lokali, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1);

(b)

ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet tan-nitrati u tal-fosforu, inkluża l-informazzjoni dwar it-tendenzi fil-kwalità tal-ilma, kemm bil-kundizzjonijiet tad-deroga kif ukoll mingħajrhom, kif ukoll l-impatt tad-deroga fuq il-kwalità tal-ilma, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2);

(c)

ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ħamrija fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet tan-nitrati u tal-fosforu fl-ilma fiż-żona tal-għeruq, kif ukoll fir-rigward tan-nitroġenu u tal-fosforu fil-ħamrija, kemm bil-kundizzjonijiet tad-deroga kif ukoll mingħajrhom, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2);

(d)

ir-riżultati tal-istħarriġiet dwar l-użu tal-art fil-livell lokali, dwar in-newbiet tal-għelejjel u dwar il-prattiki agrikoli, imsemmija fl-Artikolu 10(3);

(e)

ir-riżultati tal-kalkoli bbażati fuq il-mudelli ta’ kemm hu kbir it-telf tan-nitroġenu u tal-fosforu mill-farms tal-bhejjem tal-ifrat li jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 10(3);

(f)

tabelli li juru l-persentaġġ ta’ art agrikola li għaliha tkun ingħatat deroga fejn jitkabbru x-xnien jew l-alfalfa f’bur u x-xgħir jew il-piżelli li jittewqu bil-ħaxix, kif imsemmi fl-Artikolu 10(4);

(g)

l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-deroga abbażi ta’ kontrolli fil-livell tal-azjendi agrikoli u ta’ informazzjoni dwar l-azjendi agrikoli tal-bhejjem tal-ifrat li ma jikkonformawx, abbażi tar-riżultati tal-ispezzjonijiet u tal-kontroll amministrattiv, kif imsemmi fl-Artikolu 11;

(h)

it-tendenzi fl-għadd ta’ bhejjem u fil-produzzjoni tad-demel għal kull kategorija ta’ bhejjem fid-Danimarka u fl-azjendi agrikoli tal-bhejjem tal-ifrat li jibbenefikaw mid-deroga;

(i)

l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-deroga stabbiliti fl-Artikolu 4.

Id-data spazjali li hemm fir-rapport għandha, fejn japplika, tikkonforma mad-Direttiva 2007/2/KE. Fejn jixraq, fil-ġbir tad-data meħtieġa, id-Danimarka għandha tuża l-informazzjoni ġġenerata skont is-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll stabbilita skont l-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 13

Perjodu ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Lulju 2024.

Artikolu 14

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/915/KE tat-18 ta’ Novembru 2002 dwar talba għal deroga skont il-paragrafu 2(b) tal-Anness III u l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 319, 23.11.2002, p. 24).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/294/KE tal-5 ta’ April 2005 dwar talba għal deroga skont il-punt 2(b) tal-Anness III u l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 94, 13.4.2005, p. 34).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/664/KE tat-8 ta’ Awwissu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/294/KE dwar talba għal deroga skont il-punt 2(b) tal-Anness III u l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 217, 13.8.2008, p. 16).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/659/UE tat-23 ta’ Ottubru 2012 li tagħti deroga mitluba mir-Renju tad-Danimarka skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 295, 25.10.2012, p. 20).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/847 tas-16 ta’ Mejju 2017 li tagħti deroga mitluba mid-Danimarka skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 35).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1928 tas-6 ta’ Diċembru 2018 li tagħti deroga mitluba mid-Danimarka skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 313, 10.12.2018, p. 45).

(8)  SWD(2018) 246 final — Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja d-dokument Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli abbażi tar-rapporti tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2012 sal-2015.

(9)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(11)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).


Top