EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0600

Kawża T-600/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – PAN Europe et vs Il-Kummssjoni [“Rikors għal annullament — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva sulfoksaflor — Inklużjoni fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà”]

OJ C 428, 21.11.2016, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 428/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – PAN Europe et vs Il-Kummssjoni

(Kawża T-600/15) (1)

([“Rikors għal annullament - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva sulfoksaflor - Inklużjoni fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”])

(2016/C 428/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju), Bee Life European Beekeeping Coordination (Bee Life) (Louvain la Neuve, il-Belġju), Unione nazionale associazioni apicoltori italiani (Unaapi) (Castel San Pietro Terme, l-Italja) (rappreżentanti: B. Kloostra u A. van den Biesen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummssjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin, G. von Rintelen u P. Ondrůšek, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1295, tas-27 ta’ Lulju 2015, li japprova s-sustanza attiva sulfoksaflor, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2015, L 199, p. 8).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent tal-European Crop Protection Association (ECPA), ta’ Dow AgroSciences Ltd u ta’ Dow AgroSciences Iberica SA.

3)

Pesticide Action Network Europe (PAN Europe), Bee Life European Beekeeping Coordination (Bee Life) u l-Unione nazionale associazioni apicoltori italiani (Unaapi) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

PAN Europe, Bee Life, l-Unaapi, il-Kummissjoni, l-ECPA, Dow AgroSciences u Dow AgroSciences Iberica għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet ta’ intervent.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016


Top