EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0080

Kawża T-80/15 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2015 – Macchia vs Il-Kummissjoni (“Appell — Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien determinat — Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid — Interess tas-servizz — Dmir ta’ premura — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

ĠU C 429, 21.12.2015, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 429/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2015 – Macchia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-80/15 P) (1)

((“Appell - Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - Interess tas-servizz - Dmir ta’ premura - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat))

(2015/C 429/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Luigi Macchia (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2014, Macchia vs Il-Kummissjoni, F-63/11 RENV, ĠabraFP, EU:F:2014:272, intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Luigi Macchia għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din istanza.


(1)  ĠU C 127, 20.4.2015.


Top