EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0349

Kawża C-349/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil- 21 ta’ Lulju 2014 – Ministre délégué, chargé du budget vs Marlène Pazdziej

OJ C 339, 29.9.2014, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-21 ta’ Lulju 2014 – Ministre délégué, chargé du budget vs Marlène Pazdziej

(Kawża C-349/14)

2014/C 339/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministre délégué, chargé du budget

Konvenuta: Marlène Pazdziej

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu [13] tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprekludu kull teħid inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tad-dħul teoretiku ta’ unità domestika fiskali, tar-remunerazzjoni riċevuta minn uffiċjal jew membru tal-persunal ieħor tal-Unjoni Ewropea, membru ta’ din l-unità domestika fiskali, meta dan it-teħid inkunsiderazzjoni jista’ jeżerċita influwenza fuq l-ammont tat-taxxa dovuta minn din l-unità domestika fiskali, jew inkella hemm lok li jkomplu jinsiltu l-konsegwenzi tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ottubru 1999 (Kawża C-229/98) (1) fil-każijiet fejn it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali remunerazzjoni għandu biss bħala għan, għall-applikazzjoni eventwali ta’ miżura soċjali intiża li tagħti eżenzjoni mill-ħlas ta’ taxxa, intiża għall-għoti ta’ tnaqqis fuq il-bażi taxxabbli tagħha jew, b’mod iktar ġenerali, intiża għat-tnaqqis fit-taxxa, li jivverifika jekk id-dħul teoretiku tal-unità domestika fiskali huwiex inqas jew le mil-livell minimu ddefinit mil-liġi fiskali nazzjonali għall-għoti tal-benefiċċju – eventwalment emendat skont id-dħul teoretiku – ta’ din il-miżura soċjali?


(1)  EU:C:1999:501.


Top