EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0351

Kawża T-351/13: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Lulju 2013 — Crown Equipment (Suzhou) u Crown Gabelstapler vs Il-Kunsill

ĠU C 252, 31.8.2013, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 252, 31.8.2013, p. 25–25 (HR)

31.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/39


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2013 — Crown Equipment (Suzhou) u Crown Gabelstapler vs Il-Kunsill

(Kawża T-351/13)

2013/C 252/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Crown Equipment (Suzhou) Co. Ltd (Suzhou, iċ-Ċina) u Crown Gabelstapler GmbH & Co. KG (Roding, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Neuhaus, H.-J. Freund u B. Ecker, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 372/2013 (1), tat-22 ta’ April 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1008/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (2) jew tal-Artikolu 296(2) TFUE sa fejn il-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni jew naqas milli josserva l-obbligu tiegħu ta’ motivazzjoni meta għażel lill-Brażil bħala pajjiż analogu sabiex jiddetermina l-valur normali. Il-Kunsill kien żbaljat meta ddeċieda li teżisti kompetizzjoni suffiċjenti fis-suq Brażiljan, b’mod partikolari fir-rigward tal-livell ta’ kompetizzjoni bejn il-produtturi nazzjonali u l-livell ta’ kompetizzjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet, u meta ma tax raġuni għal din id-dikjarazzjoni.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 jew tal-Artikolu 296(2) TFUE sa fejn il-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni jew naqas milli josserva l-obbligu tiegħu ta’ motivazzjoni meta ċaħad talba għall-aġġustament tal-valur normali sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-impatt ta’ dazju fuq l-importazzjoni ta’ 14 % fuq il-prodott rilevanti fil-pajjiż analogu tal-Brażil.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 sa fejn il-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta, billi applika r-“regola tad-dazju inqas”, ipparaguna l-marġini ta’ dumping stabbilit fir-regolament ikkontestat mal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali fl-2005 minflok ma stabbilixxa livell ġdid ta’ eliminazzjoni tad-dannu.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 372/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1008/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni interim parzjali taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU 2013, L 112, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009, L 343, p. 51).


Top