EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0008

Kawża F-8/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad- 19 ta’ Ġunju 2013 — BY vs AESA ( “Persunal tal-AESA — Membru tal-persunal temporanju — Tkeċċija minħabba inkompetenza professjonali — Dmir ta’ premura — Raġuni esterna għad-diffikultajiet professjonali — Fastidju psikoloġiku — Mard — Danni” )

ĠU C 252, 31.8.2013, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 252, 31.8.2013, p. 29–29 (HR)

31.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/45


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2013 — BY vs AESA

(Kawża F-8/12) (1)

(Persunal tal-AESA - Membru tal-persunal temporanju - Tkeċċija minħabba inkompetenza professjonali - Dmir ta’ premura - Raġuni esterna għad-diffikultajiet professjonali - Fastidju psikoloġiku - Mard - Danni)

2013/C 252/77

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BY (Lasne, il-Belġju) (rappreżentant: B.-H. Vincent, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (AESA) (rappreżentanti: F. Manuhutu, aġent u assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrent u t-talba ta’ ħlas għad-dannu allegatament imġarrab minħabba din it-tkeċċija u l-fastidju allegat.

Dispożittiv tas-sentenza

(1)

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni hija kkundannata tħallas lil BY is-somma li tikkorrispondi għal disa’ xhur tar-remunerazzjoni netta li kien jirċievi sa lejliet it-tkeċċija tiegħu.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn BY.


(1)  ĠU C 65, 3.3.2012, p. 28.


Top