EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0157

Kawża C-157/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit- 2 ta’ April 2010 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A. vs Administración General del Estado

ĠU C 179, 3.7.2010, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-2 ta’ April 2010 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A. vs Administración General del Estado

(Kawża C-157/10)

(2010/C 179/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunbal Supremo (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A..

Konvenuta: Administración General del Estado

Domanda preliminari

(1)

L-Artikoli 63 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali (deċiża unilateralment jew abbażi ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja) li, fil-kuntest tat-taxxa fuq il-kumpanniji u fost id-dispożizzjonijiet intiżi li jevitaw din it-taxxa doppja, tipprojbixxi t-tnaqqis tal-ammont ta’ taxxa dovuta fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea għal dħul magħmul fit-territorju tagħhom u suġġett għal din it-taxxa meta, minkejja li huma dovuti, dawn l-ammonti ma jitħallsux minħabba eżenzjoni, kreditu jew kull vantaġġ fiskali ieħor?


Top