EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0146

Kawża T-146/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 17 ta’ Mejju 2013 — Parker ITR u Parker-Hannifin vs Il-Kummissjoni Ewropea ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-manek marittimi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u skambji ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Aspettattivi leġittimi — Limitu massimu ta’ 10 % — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni” )

ĠU C 189, 29.6.2013, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2013 — Parker ITR u Parker-Hannifin vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-146/09) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-manek marittimi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u skambji ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Aspettattivi leġittimi - Limitu massimu ta’ 10 % - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni)

2013/C 189/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Parker ITR Srl (Veniano, l-Italja) u Parker-Hannifin Corp. (Mayfield Heights, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: B. Amory, F. Marchini Càmia u F. Amato, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Khan, V. Bottka u S. Noë, sussegwentement S. Noë u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

B’mod prinċipali, talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 428 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar proċediment skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.406 — Manek Marittimi), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba għal annullament jew għal tnaqqis sostanzjali tal-multa li ġiet imposta fuqhom bid-deċiżjoni msemmija.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1(i) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 428 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar proċediment skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.406 — Manek Marittimi), huwa annullat sa fejn il-Kummissjoni Ewropea kkonstatat fih li Parker ITR Srl kienet ħadet sehem fil-ksur għall-perijodu qabel l-1 ta’ Jannar 2002.

(2)

L-Artikolu 2(e) tad-Deċiżjoni C(2009) 428 finali huwa annullat.

(3)

L-ammont tal-multa imposta fuq Parker ITR huwa ffissat għal EUR 6 400 000, għal liema ammont Parker-Hannifin Corp. hija responsabbli in solidum f’ammont ta’ EUR 6 300 000.

(4)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

(5)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk sostnuti minn Parker ITR u minn Parker-Hannifin.


(1)  ĠU C 141, 20.6.2009.


Top