EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CN0546

Kawża C-546/07: Rikors imressaq fil- 5 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

ĠU C 64, 8.3.2008, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/17


Rikors imressaq fil-5 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-546/07)

(2008/C 64/26)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u P. Dejmek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

Tiddikjara li

a)

billi, fil-prassi amministrattiva tagħha, hija tinterpreta l-kunċett ta' “Unternehmen der anderen Seite” (impriżi tan-naħa l-oħra), misjub fl-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni tal-31 ta' Jannar 1990 bejn il-Ġvern tal-Polonja u l-Ġvern tal-Ġermanja relattiva għat-trasferiment ta' ħaddiema ta' impriżi Pollakki biex iwettqu kuntratti għal servizzi, bħala li jfisser “impriża Ġermaniżi”; u

b)

billi, bis-saħħa ta' l-hekk imsejħa “Arbeitsmarktschutzklausel” (klawżola li tissalvagwarda s-suq tax-xogħol), żiedet ir-restrizzjonijiet reġjonali għall-aċċess tal-ħaddiema wara s-16 ta' April 2003, jiġifieri wara l-ġurnata li fiha ġie ffirmat it-Trattat ta' Adeżjoni tal-Polonja;

ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha mill-Artikolu 49 KE u mill-klawżola standstill li tinsab fil-Kapitolu 2 (Moviment liberu tal-persuni), paragrafu 13 ta' l-Anness XII, (lista msemmija fl-Artikolu 24 ta' l-Att ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

A.

It-trasferiment ta' ħaddiema Pollakki biex iwettqu kuntratti għal servizzi fil-Ġermanja huwa rregolat minn Konvenzjoni tal-31 ta' Jannar 1990 bejn il-Gvern tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja relattiva għat-trasferiment ta' ħaddiema ta' impriżi Pollakki biex iwettqu kuntratti għal servizzi. Fil-prassi amministrattiva Germaniża, il-kunċett ta' “impriżi tan-naħa l-oħra” misjub fl-Artikolu 1(1) ta' din il-Konvenzjoni bilaterali huwa interpretatat li jfisser “impriża Ġermaniża”.

B.

Minn dan jirriżulta li huma biss impriżi Germaniżi li jistgħu jikkonkludu kuntratti għal servizzi skond il-konvenzjoni bilaterali. Għaldaqstant, impriżi ta' Stati Membri oħra li jridu jwettqu xogħlijiet fil-Ġermanja ma għandhom ebda għażla ħlief li jiftħu kumpannija sussidjarja fil-Ġermanja. Għalhekk, impriżi ta' Stati Membri oħra ma jistgħux jeżerċitaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, mogħtija lilhom mill-Artikolu 49 KE, biex jikkonkludu kuntratti għal servizzi skond il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Polonja ma' impriżi Pollakki għal xogħolijiet li għandhom jitwettqu fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Għaldaqstant, teżisti diskriminazzjoni diretta fil-konfront ta' impriżi ta' Stati Membri li mhumiex Ġermaniżi, ibbażata fuq in-nazzjonalità jew il-post fejn tkun irreġistrata l-impriża.

C.

Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 46 KE u 55 KE meħuda flimkien, sistemi speċjali diskriminatorji jistgħu jkunu ġġustifikati biss minħabba raġunijiet ta' ordni pubbliku, sigurtà pubblika u saħħa pubblika. Skond ġurisprudenza kostanti, l-ordni pubbliku jista' jservi ta' ġustifikazzjoni taħt l-Artikolu 46 KE biss jekk il-miżura diskriminatorja hija meħtieġa biex tikkontrobatti theddida ġenwina u serja biżżejjed għall-interessi fondamentali tas-soċjetà.

D.

Dawn il-kundizzjonijiet mhumiex sodisfatti f'dan il-każ. Għall-finijiet ta' l-implementazzjoni korretta tal-konvenzjoni mhuwiex meħtieġ li tkun imposta kundizzjoni li l-impriżi għandhom ikollhom uffiċċju reġistrat fil-Ġermanja, peress li t-talbiet kollha jridu jitressqu quddiem l-awtoritajiet Germaniżi fi kawlunkwe każ. F'dak li jirrigwarda l-infurzar tar-responabbilità ta' l-appaltatur għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-siġurtà socjali u għall-impożizzjoni tas-sanzjonijiet għall-ksur tal-liġi, tali kwistjonijiet mhumiex speċifikament relatati mal-konvenzjoni dwar il-kuntratti għal servizzi imma jagħmlu parti mill-provvista ġenerali ta' servizzi fil-Ġermanja minn impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra. Minbarra dan, xejn ma jindika li jekk il-konvenzjoni bilaterali tinfetaħ għal impriżi ta' Stati Membri oħra, dan iwassal għal applikazzjoni ħażina jew għal evitar tad-dispoħizzjonijiet tranżitorji fit-Trattat ta' Adeżjoni. Fi kwalunkwe każ, il-biża' ta' applikazzjoni ħażina tad-dispożizzjonijiet tranżitorji bl-ebda mod ma tammonta għal theddida serja biżżejjed għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika biex tiġġustifika restrizzjoni diskriminatorja għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

E.

Minbarra dan, jirriżulta mill-kliem tal-klawżola standstill tal-Kapitolu 2, paragrafu 13 ta' l-Anness XII (lista imsemmija fl-Artikolu 24 ta' l-Att ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003) li l-obbligu li ma jiżdidux ir-restrizzjonijiet huwa assolut u kwalunkwe restrizzjoni għall-aċċess tal-ħaddiema Pollakki b'kuntratti għal servizzi għas-suq tax-xogħol Ġermaniż li tpoġġihom f'sitwazzjoni agħar minn dik li kienu jinsabu fiha fis-16 ta' April 2003 hija pprojbita. Skond l-hekk imsejħa “Arbeitsmarktschutzklausel” (klawżola li tissalvagwarda s-suq tax-xogħol), li għadha tiġi applikata fil-prassi amministrattiva ta' l-Aġenzija Federali għax-Xogħol, bħala regola, kuntratti għal servizzi mhumiex permessi jekk għandhom jiġu eżegwiti f'distrett ta' l-aġenzija fejn ir-rata medja ta' qagħad ta' l-aħħar sitt xhur teċċedi għall-inqas 30 % tar-rata ta' qagħad tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Il-lista ta' distretti ta' l-agenzija koperti minn din ir-regola hija aġġornati kull erba' xhur. Għaldaqstant, il-Arbeitsmarktschutzklausel tikser il-klawżola standstill ta' l-Att ta' Adeżjoni peress li distretti ġodda ta' l-aġenzija ġew miżjuda, wara s-16 ta' April 2003, mal-lista ta' distretti “pprojbiti”.


Top