EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0532

Kawża C-532/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) ta' l- 24 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — Il-Greċija) — Emm. G. Lianakis AE, Sima Anonymi Techniki Etaireia Meleton kai Epivlepseon, Nikolaos Vlachopoulos vs Dimos Alexandroupolis, Planitiki AE, Aikaterini Georgoula, Dimitrios Vasios, N. Loukatos kai Synergates AE Meleton, Eratosthenis Meletitiki AE, A. Pantazis — Pan. Kyriopoulou kai syn/tes os Filon OE, Nikolaos Sideris (Direttiva 92/50/KEE — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Twettiq ta' riċerka fuq il-katast, il-pjan urban u l-att ta' implementazzjoni għal żona residenzjali — Kriterji li jistgħu jiġu aċċettati bħala kriterji għal selezzjoni kwalitattiva jew kriterji għall-għoti ta' kuntratti — Offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament — Osservanza tal-kriterji għall-għoti ta' kuntratt stipulati fid-dokumenti tal-kuntratt jew fis-sejħa għall-offerti — Determinazzjoni sussegwenti tal-fatturi għat-tweżin u ta' sottokriterji għall-kriterji għall-għoti tal-kuntratti — Prinċipju ta' trattament ugwali ta' l-operaturi ekonomiċi u l-obbligu ta' trasparenza)

ĠU C 64, 8.3.2008, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) ta' l-24 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — Il-Greċija) — Emm. G. Lianakis AE, Sima Anonymi Techniki Etaireia Meleton kai Epivlepseon, Nikolaos Vlachopoulos vs Dimos Alexandroupolis, Planitiki AE, Aikaterini Georgoula, Dimitrios Vasios, N. Loukatos kai Synergates AE Meleton, Eratosthenis Meletitiki AE, A. Pantazis — Pan. Kyriopoulou kai syn/tes os “Filon” OE, Nikolaos Sideris

(Kawża C-532/06) (1)

(Direttiva 92/50/KEE - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Twettiq ta' riċerka fuq il-katast, il-pjan urban u l-att ta' implementazzjoni għal żona residenzjali - Kriterji li jistgħu jiġu aċċettati bħala “kriterji għal selezzjoni kwalitattiva’ jew “kriterji għall-għoti ta' kuntratti’ - Offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament - Osservanza tal-kriterji għall-għoti ta' kuntratt stipulati fid-dokumenti tal-kuntratt jew fis-sejħa għall-offerti - Determinazzjoni sussegwenti tal-fatturi għat-tweżin u ta' sottokriterji għall-kriterji għall-għoti tal-kuntratti - Prinċipju ta' trattament ugwali ta' l-operaturi ekonomiċi u l-obbligu ta' trasparenza)

(2008/C 64/15)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emm. G. Lianakis AE, Sima Anonymi Techniki Etaireia Meleton kai Epivlepseon, Nikolaos Vlachopoulos

Konvenuti: Dimos Alexandroupolis, Planitiki AE, Aikaterini Georgoula, Dimitrios Vasios, N. Loukatos kai Synergates AE Meleton, Eratosthenis Meletitiki AE, A. Pantazis — Pan. Kyriopoulou kai syn/tes os “Filon” OE, Nikolaos Sideris

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 36 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, p. 1) — Kriterji għall-għoti tal-kuntratt — L-iffissar a posteriori, matul il-proċedura ta' għoti tal-kuntratt, tat-tweżin speċifiku għal kull kriterju

Dispożittiv

L-Artikolu 36(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku, hekk kif emendata mid-Direttiva 97/52/KE tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew, tat-13 ta' Ottubru 1997, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta' trattament ugwali ta' l-operaturi ekonomiċi u ta' l-obbligu ta' trasparenza li jirriżulta minnu, jipprekludi, fil-kuntest ta' proċedura għall-għoti ta' kuntratti, lill-awtorità aġġudikanti milli tiddetermina sussegwentement il-fatturi għat-tweżin u sottokriterji għall-kriterji għall-għoti tal-kuntratti msemmija fid-dokumenti tal-kuntratt jew fis-sejħa għall-offerti.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


Top