This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0318
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on measures that the Union may take in relation to the combined effect of anti-dumping or anti-subsidy measures with safeguard measures (codification)
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-miżuri li l- Unjoni tista’ tadotta relatati ma’ l-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping u kontra s-sussidji b’miżuri ta’ salvagwardjar (kodifikazzjoni)
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-miżuri li l- Unjoni tista’ tadotta relatati ma’ l-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping u kontra s-sussidji b’miżuri ta’ salvagwardjar (kodifikazzjoni)
/* COM/2014/0318 final - 2014/0164 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-miżuri li l- Unjoni tista’ tadotta relatati ma’ l-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping u kontra s-sussidji b’miżuri ta’ salvagwardjar (kodifikazzjoni) /* COM/2014/0318 final - 2014/0164 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis‑simplifikazzjoni
u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u
iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini biex b’hekk
toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu
użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm
il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss
b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti
sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’
xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti
differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment
fis-seħħ. Għalhekk huwa essenzjali li ssir
kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi
tkun ċara u trasparenti. 2. Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni
ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar
emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti
għandhom jippruvaw jikkodifikaw it‑testi li huma responsabbli
għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw
li d‑dispożizzjonijiet tagħhom ikunu
ċari u jinftiehmu malajr. 3. Dan ġie
kkonfermat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’
Edinburgu (Diċembru 1992)[2], filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal‑kodifikazzjoni
għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi
applikabbli għal suġġett partikolari f’mument partikolari. Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura
normali għall‑adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni. Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir
fl-atti li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’
ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994,
li jista’ jintuża metodu ta' ħidma
aċċelerat għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta huwa
li ssir il-kodifikazzjoni tar‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 452/2003 tas-6 ta’ Marzu 2003 dwar il-miżuri
li l-Komunità tista’ tadotta relatati ma’ l-effett ikkombinat ta’ miżuri
kontra dumping u kontra s‑sussidju b’miżuri ta’ salvagwardjar[3]. Ir‑Regolament il‑ġdid
jissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fih[4];
din il‑proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed
jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li
tgħaqqadhom flimkien filwaqt li tagħmel biss l-emendi formali
meħtieġa mill‑eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta ta’ kodifikazzjoni
tħejjiet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fi 22 lingwa
uffiċjali tar-Regolament (KE)
Nru 452/2003 u tal-att li jemendah, magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’
pproċessar ta’ dejta. Fejn l-Artikoli ġew innumerati
mill-ġdid, il‑korrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher
fit-tabella li tinsab fl-Anness II tar-Regolament kodifikat. ê 452/2003
(adattat) 2014/0164 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar il-miżuri li l- Ö Unjoni Õ tista’ tadotta
relatati ma’ l-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping u kontra
s-sussidji b’miżuri ta’ salvagwardjar (kodifikazzjoni) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat Ö dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ , u b'mod
partikolari l-Artikolu Ö 207(2) Õ tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv
intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: ê (1) Ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003[6] ġie emendat b'mod sostanzjali[7].
Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dak ir-Regolament għandu
jiġi kodifikat. ê 452/2003
premessa 1 (adattat) (2) Permezz
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009[8],
il-Kunsill adotta regoli komuni għall-protezzjoni kontra Ö importazzjonijiet
suġġetti ta' dumping Õ minn
pajjiżi mhux membri tal-Ö Unjoni Õ . ê 452/2003
premessa 2 (adattat) (3) Permezz
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009[9],
regoli komuni Ö ġew adottati Õ
għall-protezzjoni kontra l-importazzjoni sussidjata minn pajjiżi mhux
membri tal-Ö Unjoni Õ. ê 452/2003
premessa 3 (adattat) (4) Permezz
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[10] u
r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009[11],
il-Kunsill adotta regoli komuni sabiex jadotta miżuri ta’ salvagwardjar
kontra l-importazzjoni minn ċerti pajjiżi mhux membri tal‑Ö Unjoni Õ. Il-miżuri ta’
salvagwardjar jistgħu jkunu f’forma ta’ tariffi applikabbli jew
għall-importazzjoni kollha jew għal dawk l-affarjiet impurtati aktar
mill-kwantità pre-determinata. Miżuri ta’ salvagwardjar bħal dawn
jimplikaw li l‑merkanzija hija eliġibbli sabiex tidħol fis-suq
tal-Ö Unjoni Õ meta jitħallas
id‑dazju meħtieġ. ê 452/2003
premessa 4 (adattat) (5) L-importazzjoni
ta’ ċerta merkanzija tista’ tkun soġġetta għal miżuri
kemm kontra dumping kif ukoll kontra s-sussidju fuq naħa waħda u
miżuri ta’ tariffi ta’ salvagwardjar fuq in-naħa l-oħra.
L-għanijiet ta’ l-ewwel huma li tirranġa xi distorsjoni fis-suq,
magħmul minn prattiċi mhux ġusti ta’ kummerċ, u
l-għanijiet ta’ l‑oħra huma li taċċerta kontra li
jiżdiedu wisq l-importazzjonijiet. ê 452/2003
premessa 5 (adattat) (6) Madankollu,
il-kombinazzjoni ta’ miżuri kontra dumping jew kontra s-sussidji flimkien
ma’ miżuri ta’ tariffi ta’ salvagwardjar fuq l-istess prodott jista’
jkollhom effett akbar minn dak maħsub jew mixtieq fit-termini tal-politika
u ta’ l-għanijiet tad‑difiża tal-kummerċ tal-Komunità.
B’mod partikolari, kombinazzjoni ta’ miżuri bħal din tista’ tkun ta’
piż kbir fuq ċerti produtturi/esportaturi li jfittxu li jesportaw
lejn l‑Ö Unjoni Õ, u għalhekk
jista’ jkun hemm l-effett li ma jkollhomx aċċess għas-suq tal-Ö Unjoni Õ. ê 452/2003
premessa 6 (adattat) (7) Għaldaqstant,
produtturi li jesportaw li jfittxu li jesportaw lejn l- Ö Unjoni Õ m’għandhomx ikunu soġġetti għall-piżijiet kbar
u Ö għandu Õ jkompli jkollhom
aċċess għas-suq tal-Ö Unjoni Õ. ê 452/2003
premessa 7 (adattat) (8) Huwa
għalhekk mixtieq li Ö jiġi żgurat li Õ l-għanijiet ta’
miżuri ta’ tariffi ta’ salvagwardjar u ta’ dawk kontra dumping jew/u
kontra s-sussidju Ö jistgħu Õ jintlaħqu
mingħajr ma jiċċaħħad l-aċċess għas-suq
tal-Ö Unjoni Õ lil dawk il‑produtturi
li jesportaw. ê 452/2003
premessa 8 (adattat) (9) Għalhekk,
dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom jiġu introdotti
sabiex iħallu lill‑Kummissjoni, fejn tikkunsidra xieraq, jieħdu
azzjoni bl-għan li jiżguraw li kombinazzjoni ta’ miżuri kontra
dumping jew kontra s-sussidju b’miżuri ta’ tariffi ta’ salvagwardjar fuq
l-istess prodott ma jkollhiex dan it-tip ta' effett. ê 452/2003
premessa 9 (adattat) (10) Għalkemm
id-dazju ta’ salvagwardjar u l-miżuri kontra dumping jew kontra s‑sussidju
jistgħu jkunu applikabbli b’mod simultanju fuq l-istess prodott, mhux
dejjem huwa possibli li tiddetermina minn qabel f’liema punt preċiż
fiż-żmien dan jista’ jseħħ. Għalhekk, il-Kunsill u
l-Kummissjoni għandhom ikunu f’pożizzjoni li jipprovdu għal
sitwazzjoni bħal din b’mod li jassigura tbassir suffiċjenti u
ċertezza legali għall‑operaturi kollha kkonċernati. ê 452/2003
premessa 10 (adattat) (11) Il-Kunsill
u l-Kummissjoni jistgħu jikkunsidraw xieraq li jagħmlu emendi, li
jissospendu jew li jirrepellaw miżuri kontra dumping jew kontra s-sussidju
jew li jipprovdu għal eżenzjonijiet sħaħ jew f’partijiet
minn xi dazji dumping jew li jikkontrobilanċjaw li b’mod ieħor dawn
jistgħu jitħallsu, jew li jadottaw xi miżuri oħra
speċifiċi. Kwalunkwe sospensjoni jew emenda, jew eżenzjoni minn
miżuri kontra dumping jew kontra s-sussidju għandhom jingħataw
biss għal perjodu limitat ta’ żmien. ê 452/2003
premessa 11 (adattat) (12) Kwalunkwe
miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu
applikati middata tad-dħul fis-seħħ, kemm-il darba ma jkunx
speċifikat mod ieħor, u għalhekk m’għandhomx jipprovdu
bażi sabiex issir rifużjoni tad-dazji miġbura qabel dik id‑data. ê 37/2014 Art. 1
u Anness.10 (adattat) (13) Sabiex
ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni Ö ta' dan ir‑Regolament Õ, huwa xieraq li
l-Kummissjoni jingħatawlha setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk
is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament
(UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12], ê 452/2003 ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 ê 37/2014 Art.1 u
Anness. 10(1) 1. Fejn il-Kummissjoni tqis li kombinazzjoni
ta' miżuri anti-dumping jew kontra s-sussidji flimkien ma' miżuri ta'
tariffi ta' salvagwardja fuq l-istess importazzjonijiet tista' twassal
għall‑effetti akbar milli mixtieq f'termini tal-politika ta'
difiża tal-kummerċ tal-Unjoni, din tista' tadotta xi miżuri minn
dawn li ġejjin kif jidhrilha xieraq f'konformità mal-proċedura ta'
eżami msemmija fl-Artikolu 3(2): ê 452/2003
(adattat) (a) miżuri sabiex temenda,
tissospendi, jew tirripella l-miżuri eżistenti kontra dumping u/jew
kontra s-sussidju; (b) miżuri biex teżenta importazzjonijiet
sħaħ jew f’partijiet minn dazji kontra dumping jew li
jikkontrobilanċjaw u b’mod ieħor jitħallsu; (ċ) kwalunkwe miżura
speċjali oħra kkunsidrata xierqa fiċ-ċirkostanza. 2. Kull emenda,sospensjoni jew eżenzjoni
skont paragrafu 1 għandha tkun limitata fiż-żmien u
għandhom jgħoddu biss meta l-miżuri relevanti ta’ salvagwardjar
huma fis-seħħ. Artikolu 2 Kwalunkwe miżura adottata skont dan
ir-Regolament għandha Ö tapplika Õ mid-data Ö tad-dħul Õ fis-seħħ Ö tiegħu Õ. M’għandhiex
isservi bħala bażi għal rifużjoni ta’ dazji miġbura
qabel dik id-data, kemm-il darba ma jkunx speċifikat mod ieħor. ê 37/2014 Art.1 u
Anness. 10(2) Artikolu 3 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita
mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar‑Regolament (KE)
Nru 1225/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira
tar‑Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Fejn issir referenza għal dan
il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. ê Artikolu 4 Ir-Regolament
(KE) Nru 452/2003 huwa mħassar. Referenzi għar-Regolament imħassar
għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir‑Regolament
u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II. ê 452/2003
(adattat) Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ Ö fl-għoxrin Õ jum wara
l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni
Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] COM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 tal-Parti A tal-Konklużjonijiet. [3] Imdaħħal fil-programm leġiżlattiv
għas-sena 2014. [4] Ara l-Anness I ta' din il-proposta. [5] ĠU C […], […], p. […]. [6] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003 tas-6 ta’ Marzu
2003 dwar il-miżuri li l-Komunità tista’ tadotta relatati ma’ l-effett
ikkombinat ta’ miżuri kontra r-rimi u kontra s-sussidju b’miżuri ta’
salvagwardjar (ĠU L 69, 13.3.2003, p. 8). [7] Ara l-Anness I. [8] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30
ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l‑importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità
Ewropea (ĠU‑L 343, 22.12.2009, p. 51). [9] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’
Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn
pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, (ĠU L 188, 18.7.2009,
p. 93). [10] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar
2009 dwar ir-regoli komuni għall‑importazzjonijiet, (ĠU L 84,
31.3.2009, p. 1). [11] Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas- 7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni
għall‑importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi
(ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1). [12] Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r- regoli u l-prinċipji
ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal‑eżerċizzju
mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55,
28.2.2011, p. 13). é ANNESS I Regolament
imħassar flimkien mal-emenda tiegħu Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003 (ĠU L 69, 13.3.2003, p. 8) || || Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1) || Il-punt 10 tal-Anness biss || _____________ ANNESS II TABELLA
TA' KORELAZZJONI Regolament (UE) Nru 452/2003 || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || Artikolu 1 Artikolu 2 || Artikolu 2 Artikolu 2a || Artikolu 3 - || Artikolu 4 Artikolu 3 || Artikolu 5 - || Anness I - || Anness II _____________