EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010TA1214(05)

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2009 flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

ĠU C 338, 14.12.2010, p. 22–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/22


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2009 flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2010/C 338/05

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI …

1-2

23

ID-DIKJARAZZJONI TA ASSIGURAZZJONI KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT …

3-12

23

U DIK FINANZJARJA …

13-15

24

KWISTJONIJIET OĦRAJN …

16

24

It-Tabella …

25

Ir-risposti tal-Aġenzija

27

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Köln, kienet imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002 (1). Il-kompiti tal-Aġenzija huma li żżomm livell għoli ta’ sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, li tiżgura l-iżvilupp xieraq ta’ sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u li tipprovdi ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti aeronawtiċi (2).

2.

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2009 ammonta għal EUR 122 miljun meta mqabbel mal-EUR 102 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd tal-persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 509 meta mqabbel mal-440 is-sena ta’ qabel.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

L-ippjanar u l-estimi tal-ispejjeż fil-programm ta’ ħidma tal-2009 tal-Aġenzija kienu bbażati fuq tmien attivitajiet prinċipali. L-istruttura tal-baġit operazzjonali tal-Aġenzija (it-Titolu III), madankollu, baqgħet relatata mal-kontribut. Emendi tal-baġit saru mingħajr ma ġie aġġornat il-programm ta’ ħidma, anki meta kellhom impatt sinifikanti fuq l-allokazzjoni ta’ riżorsi umani u dawk finanzjarji. L-introduzzjoni ta’ struttura bbażata fuq l-attività għall-baġit operazzjonali kieku tistabbilixxi rabta ċara bejn il-programm ta’ ħidma u l-previżjonijiet finanzjarji u ttejjeb is-sorveljanza u r-rappurtar tal-prestazzjoni.

14.

Impenji ta’ EUR 8,9 miljun (65 %) mit-Titolu III – attivitajiet Operazzjonali (baġit totali, EUR 13,6 miljun) tmexxew ’il quddiem għall-2010. Din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju ta’ annwalità u turi li l-ippjanar u l-monitoraġġ tal-baġit għad iridu jitjiebu.

15.

L-Aġenzija tmexxi l-kompiti ta’ ċertifikazzjoni li huma kkuntrattati ’l barra lil Awtoritajiet Nazzjonali tal-Avjazzjoni. In-nefqa akkumulata relatata fi tmiem is-sena ġiet stmata permezz ta’ suppożizzjoni ta’ perċentwal ġenerali ta’ kompletezza li ma kienx iġġustifikat bil-fatti. Għall-istabbiliment tar-rendikonti finanzjarji tal-2010, l-Aġenzija għandha timplimenta l-metodu tal-“Istadju tal-kompletezza” għall-istima ta’ din in-nefqa akkumulata.

KWISTJONIJIET OĦRAJN

16.

Fir-rigward tal-proċeduri tal-għażla tal-persunal, id-deċiżjonijiet tal-bordijiet tal-għażla ma kinux iġġustifikati u dokumentati b’mod suffiċjenti minħabba li l-kriterji biex wieħed jiġi mistieden għal intervista jew imqiegħed fuq il-lista tar-riżerva ma ġewx stabbiliti bil-quddiem u l-minuti kienu nieqsa. Dawn il-prattiki jpoġġu f’riskju t- trasparenza tal-proċeduri tar-reklutaġġ.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta' Ottubru 2010.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (Köln)

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija

(ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill (ir-„Regolament Bażiku”))

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2008

(Data għall-2009)

Prodotti u Servizzi

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, billi jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva, jistgħu jistabbilixxu dispożizzjonijiet xierqa dwar it-trasport bil-baħar u bl-ajru. Huma għandhom jaġixxu wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni.

(L-Artikolu 100 tat-TFUE)

Objettivi

Iżżomm livell uniformi għoli ta' sigurtà fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa u tiżgura l-funzjonament u l-iżvilupp tajjeb tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili.

Miżuri li jridu jiġu adottati mill-Aġenzija

Toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni.

Toħroġ speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni, inklużi kodiċi ta' sigurtà tal-avjazzjoni u mezzi aċċettabbli ta' konformità, u kwalunkwe materjal ta' gwida għall-applikazzjoni tar-Regolament Bażiku u tar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.

Tieħu deċiżjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni tan-navigabbiltà u ambjentali, iċ-ċertifikazzjoni tal-piloti, iċ-ċertifikazzjoni ta' operazzjoni fl-ajru, operaturi tal-pajjiżi terzi, l-ispezzjonijiet tal-Istati Membri u l-investigazzjoni tal-intrapriżi.

Twettaq ispezzjonijiet standardizzati tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri;

1 —   Il-Bord ta' Tmexxija

li jikkonsisti f’rappreżentant minn kull Stat Membru u rappreżentant mill-Kummissjoni, iwaqqaf korp ta' konsulenza tal- partijiet interessati.

2 —   Id-Direttur Eżekuttiv

imexxi l-Aġenżija u huwa maħtur mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni.

3 —   Il-Bord tal-Appell

jiddeċiedi dwar appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija rigward xi aspetti bħal ċertifikazzjoni, drittijiet, ħlasijiet u kontrolli fl-intrapriżi.

4 —   Verifika esterna

Qorti tal-Awdituri.

5 —   Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

Baġit totali:

EUR 122 (102) miljun, inkluż:

Dħul miġbur:

Dħul minn drittijiet u ħlasijiet:

EUR 54,9 (67,2) miljun (60 %)

Sussidju tal-Unjoni:

EUR 33,9 (30,5) miljun (37 %)

Dħul u sovvenzjonijiet oħra:

EUR 3,9 (3,2) miljun (3 %)

Riżerva ta' dħul assenjat għan-nefqa tad-drittijiet u ħlasijiet: EUR 29,5 (14,8) miljun

Persunal fil-31ta’ Diċembru 2009

506 (452) persunal temporanju fil-pjan ta' stabbiliment.

karigi okkupati: 460 (403)

persunal ieħor: 56 (39), persunal kuntrattwali 49 (37), esperti nazzjonali ssekondati 6 (1), konsulent speċjali 1 (1)

Total tal-persunal temporanju: 460 (403)

iffinanzjati mis-sussidju: 185

iffinanzjati bid-drittijiet: 275

Opinjonijiet

5 Opinjonijiet dwar emendi għar-Regolamenti (KE) Nru 2042/2003 u (KE) Nru 1702/2003

Deċiżjonijiet dwar l-għemil tar-regoli

20 Deċiżjoni relatati mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni (13), u Mezzi Aċċettabbli ta' Konformità u Materjal ta' Gwida (5), programm tal-għemil tar-regoli (2)

Riżultati addizzjonali fl-2009 (li jwasslu għal Regoli fis-snin li ġejjin)

24 ToRs, 12 NPAs, 15 CRDs

Koperazzjoni Internazzjonali

21 Arranġament ta' Ħidma ma: CAAC-iċ-Ċina (5), CAA il-Vjetnam (1), CAA Taipei (1), CAAs ta' Stati li mhumiex Membri tal-UE fil-qafas tat-tranżizzjoni tal-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni (14)

13-il ittra ta' emendi għall-Arranġamenti ta' Ħidma fuq l-iskambju SAFA mal-Awtoritajiet tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Istati Membri mhux tal-UE tal-ECAC skont il-qafas regolatorju l-ġdid u inkluża d-Dikjrazzjoni ta' Kunflitt ta' Interess

Modifikazzjoni waħda għal-Arranġament ta' Ħidma bejn il-JCAB/il-Ġappun u l-EASA.

Parteċipazzjoni f’BASA fin-negozjati mal-Brażil

22 rakkomandazzjoni mogħtija lill-Ittri tal-Istati ICAO

Tħejjija ta' żewġ laqgħat CMR mal-FAA u mat-TCCA

Deċiżjonijiet ta' Ċertifikazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2009

Ċertifikati tat-Tip/ Ċertifikati tat-Tip Restritt (TCs/RTCs): 10

Ċertifikati ta' tip supplimentari (STCs): 594

Direttivi dwar in-navigabbiltà fl-ajru (ADs): 244

Metodu Alternattiv ta' Konformità (AMOC): 82

European Technical Standard Order Authorisation (L-Awtorizzazzjoni Ewropea dwar l-Ordni tal-Istandards Tekniċi) (ETSOA): 180

Bidliet kbar/Tiswijiet kbar/Derivattivi Ġodda TC: 933

Bidliet żgħar/Tiswijiet żgħar: 1 708

Il-Manwal tat-titjir tal-ajruplan i(AFM): 407

Approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir (PTF): 400

Approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-Iddisinjar: 509

Approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' Manutenzjoni (bilaterali) (12): 1 372

Approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' Manutenzjoni (barranin) (12): 233

Approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ dwar il-Manutenzjoni (12): 28

Approvazzjoni tal-Manifattura (12): 20

Ispezzjonijiet dwar l-istandardizzazzjoni (numru ta' pajjiżi skont it-tip) fil-31 ta' Diċembru 2008

Fil-qasam tal-Manutenzjoni (CAW): 29

Fil-qasam tal-Produzzjoni (IAW): 13

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

Il-Baġit Operattiv tal-Aġenzija (speċifikament Titolu III) huwa kompost minn żewġ linji tal-baġit speċifikament marbuta ma' attivitajiet u dawk li huma relatati mad-dħul. Għal tal-aħħar, l-Aġenzija hija kapaċi tikkalkula l-ispiża għal kull attività permezz ta' sistema ta' kontabilità analitika tal-ispejjeż tagħha. L-Aġenzija tevolvi ulterjorament biex tadotta l-istruttura sħiħa ta' ħruġ relatata mal-baġit (baġit ibbażat fuq l-attività).

14.

Matul is-sena l-baġit tat-Titolu III - tal-attivitajiet operattivi żdied b' EUR 6,7 miljun permezz ta' trasferimenti u baġits ta' emenda approvati mill-Bord ta' Tmexxija. Għal dawn l-attivitajiet miżjuda, proċeduri t’akkwist kellhom jiġu mnedija li jieħu ż-żmien u rriżultaw f’ammonti miġjuba ’l quddiem. Madwar EUR 3,5 miljun ta’ impenji trasferiti ’l quddiem huma relatati ma' spejjeż tal-IT li jiġu mħallsa ladarba proġetti jsiru b’mod sodisfaċenti.

15.

Huwa korrett li jingħad li l-proċess ta' esternament lill-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Verifika (f’ċerti każijiet) għandu tendenza li jirriżulta f’diffikultajiet biex jirċievu informazzjoni meta s-servizzi jiġu mogħtija. In-negozjati mal-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Verifika huma għaddejjin fir-rigward tal-introduzzjoni ta' “ftehim ta' rata fissa” għal ċerti servizzi (tibdil minuri, tiswijiet żgħar, l-STCs standard, affarijiet mhux previsti fl-organizzazzjoni, etc.). Dan ser jipprovdi għad-disponibbiltà ta' spejjeż tal-proġett affidabbli fil-mument meta servizz jiġi esternalizzat.

16.

L-Aġenzija indirizzat u kkorreġiet id-dgħjufija indikata bl-introduzzjoni ta' limitu minimu ffissat flimkien ma' għadd minimu ta' kandidati li ser jiġu mistiedna għal intervisti u limitu minimu għat-tqegħid ta' kandidati fuq il-lista ta' riżerva. Iż-żewġ limiti huma applikati għall-proċeduri ta' għażla sa minn Mejju 2010.


(1)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u tal-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludu d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma integrati fil-fatt fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-13 ta’ Lulju 2010 u rċevuti mill-Qorti fil-15 ta’ Lulju 2010. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew www.easa.europa.eu.

(12)  L-attività ta' approvazzjoni tal-organizzazzjoni hija subdiviża f’attività ta' sorveljanza prinċipali ta' organizzazzjonijiet diġà approvati (b’tiġdid kull 2/3 snin) u attività marbuta mal-approvazzjonijiet il-ġodda. Id-data mogħtija għandha x’taqsam man-numru totali tal-approvazzjonijiet fil-31 ta' Diċembru 2009.


Top