EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0426(08)

Estratt minn miżura ta' stralċ deċiża skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

ĠU C 106, 26.4.2008, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 106/28


Estratt minn miżura ta' stralċ deċiża skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

(2008/C 106/10)

Bis-sentenza tat-Tribunal tas-26 ta' Ottubru 2007 tad-distrett ta' u fil-Lussemburgu u li jservi bħala l-qorti tal-kummerċ, biż-żieda tal-paragrafi li ġejjin ġiet issupplementata s-sentenza li tqiegħed f'likwidazzjoni il-Bank of Credit and Commerce International S.A. (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “BCCI SA”), li huwa stabbilit u għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu f'L-1852 Luxembourg, 2a, Kalchesbruck:

Ma saritx l-allokazzjoni ta' l-interessi b'lura ta' dawk il-kredituri li kienu rċevew il-ħlas ta' wieħed jew aktar mid-dividendi tad-distribuzzjoni b'lura lil kredituri oħrajn.

Matul il-proċess tal-likwidazzjoni, id-dividendi interim li ma tħallsux, għandhom jinżammu mil-likwidaturi, u l-interessi fuq dawn l-ammonti jingħataw lura lill-korp tal-kredituri.

Ma saritx l-allokazzjoni ta' l-interessi b'lura ta' dawk il-kredituri li l-krediti tagħhom ġew aċċettati definitivament, wara li rċevew il-ħlas b'lura ta' kredituri oħrajn:

minħabba n-negliġenza tagħhom jew minħabba raġunijiet li ma kellhomx kontroll fuqhom,, ma pprovdewx lil-likwidaturi t-tagħrif meħtieġ għal trasferiment effettiv u, bħala konsegwenza, dawn ta' l-aħħar ma setgħux ikunu f'pożizzjoni li jwettqu d-distibuzzjoni tad-dividend jew tad-dividiendi interim li ngħatawlhom,

minħabba l-ostakli ġuridiċi li rriżultaw f'leġiżlazzjoni barranija relatati mal-pagament f'dollari jew li qajmet diffikultà dwar l-identifikazzjoni ta' kreditur jew kredituri,

inżammet id-distribuzzjoni tad-dividend(i) interim mil-likwidaturi tal-BCCI Sa minħabba l-eżistenza tad-dejn ta' dawn il-kredituri fir-rigward ta' l-entitajiet l-oħra tal-grupp BCCI.

Li għalihom inżammu l-assi tat-titolu fiduċjarju:

It-titoli, id-dħul dirett, u l-flus kontanti, miġburin minn dawn id-depożiti ta' titoli li ma ġewx ikklejmjati jew li ma sarx klejm fuqhom iżjed, huma, mid-data fis-seħħ tat-tħabbir ta' din is-sentenza, ddestinati, wara t-tnaqqis ta' l-ispejjeż, mil-likwidaturi fl-Uffiċċju tad-Depożiti li għandu jżommhom għad-dispożizzjoni tat-titulari tagħhom, wara li dawn ġew infurmati mil-likwidaturi b'ittra rreġistrata u b'talba għal konferma tal-wasla fl-aħħar indirizz domiċiljat magħruf tagħhom.

L-interessi minn dan id-dħul dirett u l-flus kontanti għaldaqstant għandhom fil-prinċipju jintraddu lura lid-depożitarji permezz ta' pagament fl-Uffiċċju tad- Depożiti.

Fi kwalunkwe każ il-BCCI għandha d-dritt għar-rimbors ta' l-ispejjeż imġarrba minħabba ż-żamma ta' dawn l-assi kemm dawk fil-ġejjieni kif ukoll tal-passat mill-ftuħ tal-likwidazzjoni, permezz ta' kumpens bl-interessi ġġenerati fuq dawn il-fondi.

Jacques DELVAUX, Yvette HAMILIUS

Għall-Qorti fuq il-likwidazzjoni tal-BCCI SA


Top