EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1283

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1283 tat-2 ta’ Awwissu 2021 dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fi prodotti bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/5603

OJ L 279, 3.8.2021, p. 32–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1283/oj

3.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/32


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1283

tat-2 ta’ Awwissu 2021

dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fi prodotti bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-Anness II tiegħu, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista tal-kombinamenti ta’ sustanzi attivi/tipi ta’ prodotti eżistenti li huma inklużi fil-programm ta’ rieżami tas-sustanzi eżistenti li jinsabu fil-prodotti bijoċidali fit-30 ta’ Marzu 2019.

(2)

Għal għadd ta’ kombinamenti ta’ sustanzi attivi/tipi ta’ prodotti inklużi f’dik il-lista, il-parteċipanti kollha rtiraw, jew qed jitqiesu li rtiraw, l-appoġġ tagħhom fil-ħin.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) ippubblikat stedina miftuħa biex tikseb ir-rwol ta’ parteċipant għal dawk il-kombinamenti ta’ sustanzi attivi/tipi ta’ prodotti li għalihom ir-rwol ta’ parteċipant ma kienx inkiseb qabel. Għal uħud minn dawk il-kombinazzjonijiet ma ġiet sottomessa l-ebda notifika jew in-notifika ġiet rifjutata skont l-Artikolu 17(4) jew (5) ta’ dak ir-Regolament. Dawk il-kombinamenti ta’ sustanzi attivi/tipi ta’ prodott li, skont il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, jenħtieġ ma jiġux approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali, huma dawn li ġejjin: il-metam-sodju (prodotti tat-tipi 9 u 11); it-tiram (prodott tat-tip 9); il-bronopol (prodott tat-tip 9); l-aċidu perossiottanojku (prodotti tat-tipi 2, 3, 4); estratti tal-malt – estratti u d-derivati modifikati fiżikament tagħhom bħal tinturi, konkreti, assoluti, żjut essenzjali, oleoreżini, terpeni, frazzjonijiet ħielsa mit-terpeni, distillati, residwi, u l-bqija, miksuba minn Hordeum, Gramineae (prodott tat-tip 19); 2,2-Dibromo-2-ċjanoaċetamid (prodott tat-tip 13).

(4)

Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, l-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni b’dawk il-kombinamenti ta’ sustanzi attivi/tipi ta’ prodotti li għalihom il-parteċipanti kollha rtiraw, jew qed jitqiesu li rtiraw, l-appoġġ tagħhom fil-ħin, u li għalihom ir-rwol ta’ parteċipant kien inkiseb qabel. Dawk il-kombinamenti ta’ sustanzi attivi/tipi ta’ prodott li, skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, jenħtieġ ma jiġux approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali, huma dawn li ġejjin: il-fidda, bħala nanomaterjal (prodotti tat-tipi 2, 4, 9); żejt tal-eucalyptus citriodora u ċitronellal, idratat, ċikliżat (prodott tat-tip 19); 2-Idrossi-α,α,4-trimetilċikloeżanemetanol (prodott tat-tip 19); diossidu tal-kloru ġġenerat mill-klorit tas-sodju u mill-persulfat tas-sodju (prodotti tat-tipi 2, 3, 4, 5, 11); ammini, C10-16-alkildimetil, N-ossidi (prodotti tat-tip 4); capsicum oleoresin (prodotti tat-tip 19); capsicum annuum, est. (prodotti tat-tip 19); massa tar-reazzjoni ta’ (6E)-N-(4-idrossi-3-metossi-2-metilfenil)-8-metilnon-6-enammid u N-(4-idrossi-3-metossi-2-metilfenil)-8-metilnonanammid (prodotti tat-tip 19).

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness mhumiex approvati għat-tipi ta’ prodotti indikati fih.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).


ANNESS

Kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott mhux approvati:

Numru tal-Entrata fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1062/2014

Isem is-sustanza

Stat Membru Relatur

Numru KE

Numru CAS

Tip(i) ta’ prodott(i)

9

Bronopol

ES

200-143-0

52-51-7

9

206

Tiram

BE

205-286-2

137-26-8

9

210

Metam-sodju

BE

205-293-0

137-42-8

9, 11

1023

Fidda, bħala nanomaterjal

SE

231-131-3

7440-22-4

2, 4, 9

494

2,2-Dibromo-2-ċjanoaċetamid (DBNPA)

DK

233-539-7

10222-01-2

13

1047

żejt tal-eucalyptus citriodora u ċitronellal, idratat, ċikliżat

CZ

n/a

n/a

19

609

2-Idrossi-α,α,4-trimetilċikloeżanemetanol

CZ

255-953-7

42822-86-6

19

813

Aċidu perossiottanojku

FR

n/a

33734-57-5

2, 3, 4

1044

Diossidu tal-kloru ġġenerat mill-klorit tas-sodju u mill-persulfat tas-sodju

DE

n/a

n/a

2, 3, 4, 5, 11

1064

Estratt tal-malt Estratti tal-malt – estratti u d-derivati modifikati fiżikament tagħhom bħal tinturi, konkreti, assoluti, żjut essenzjali, oleoreżini, terpeni, frazzjonijiet ħielsa mit-terpeni, distillati, residwi, u l-bqija, miksuba minn Hordeum, Gramineae

AT

232-310-9

8002-48-0

19

692

Ammini, C10-16-alkildimetil, N-ossidi

PT

274-687-2

70592-80-2

4

1059

Capsicum oleoresin

Estratti u d-derivati modifikati fiżikament tagħhom. Hu prodott li jista’ jkun fih aċidi tar-reżina u l-esteri tagħhom, it-terpeni, u l-prodotti ta’ l-ossidizzazzjoni jew il-polimerizzazzjoni ta’ dawn it-terpeni. (Capsicum frutescens, Solanaceae)

BE

Mhux disponibbli

8023-77-6

19

1060

Capsicum annuum, est.

Estratti u d-derivati modifikati fiżikament tagħhom bħal tinturi, konkreti, assoluti, żjut essenzjali, oleoreżini, terpeni, frazzjonijiet ħielsa mit-terpeni, distillati, residwi, u l-bqija, miksuba minn Capsicum annuum, Solanaceae.

BE

283-403-6

84625-29-6

19

1061

Massa tar-reazzjoni ta’ (6E)-N-(4-idrossi-3-metossi-2-metilfenil)-8-metilnon-6-enammid u N-(4-idrossi-3-metossi-2-metilfenil)-8-metilnonanammid

BE

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

19


Top