EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0695

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/695 tas-7 ta' April 2017 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (notifikata bid-dokument C(2017) 2198)

C/2017/2198

OJ L 101, 13.4.2017, p. 37–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/695/oj

13.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/37


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/695

tas-7 ta' April 2017

li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi

(notifikata bid-dokument C(2017) 2198)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) u (4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness 1, it-Taqsima I.3 u l-Anness II, it-Taqsima II.3 tad-Direttiva 2008/68/KE fihom listi ta' derogi nazzjonali, li jippermettu li jiġu kkunsidrati ċirkustanzi speċifiċi nazzjonali. Ċerti Stati Membri talbu diversi derogi nazzjonali u emendi ġodda għal derogi awtorizzati.

(2)

Dawn id-derogi jenħtieġ li jiġu awtorizzati.

(3)

Għalhekk, billi l-Anness I, it-Taqsima I.3 u l-Anness II, it-Taqsima II.3 għandhom jiġu adattati, huwa xieraq li, għal raġunijiet ta' ċarezza, dawn jinbidlu fl-intier tagħhom.

(4)

Id-Direttiva 2008/68/KE jenħtieġ li għalhekk tiġi emendata skont dan:

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-kumitat dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi stabbilit permezz tad-Direttiva 2008/68/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri elenkati fl-Anness huma awtorizzati sabiex jimplimentaw id-derogi stipulati fiha dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom.

Dawn id-derogi għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni.

Artikolu 2

L-Anness I, it-Taqsima I.3 u l-Anness II, it-Taqsima II.3 tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


ANNESS

L-Anness I u l-Anness II tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, it-Taqsima I.3 tinbidel b'dan li ġej:

“I.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta' oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RO-a/bi/bii-MS-nn

RO= Triq

a/bi/bii= Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS= Taqsira għal Stat Membru

Nn= numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

AT l-Awstrija

RO–a–AT–-1

Suġġett: Kwantitajiet żgħar tal-klassijiet kollha ħlief 1, 6.2 u 7.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Trasport ta' oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sa 30 kg jew (1) litru ta' oġġetti perikolużi, li ma jagħmlux parti mill-kategorija tat-trasport 0 jew 1 f'imballaġġi interni għal kwantitajiet limitati jew f'imballaġġi li huma konformi mal-ADR jew li jkunu oġġetti robusti, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f'kaxxi X ittestjati.

L-utenti aħħarin huma awtorizzati li jmorru jġibuhom mill-ħanut u jieħduhom lura, filwaqt li l-bejjiegħa bl-imnut huma awtorizzati li jieħduhom għand l-utenti aħħarin jew minn ħanut tagħhom għal ieħor.

Il-limitu għal kull unità ta' trasport huwa ta' 333 kg jew 1, u l-perimetru permess huwa ta' 100 km.

Il-kaxxi għandhom jiġu mmarkati b'mod uniformi u akkumpanjati minn dokument tat-trasport simplifikat.

Rigward it-tagħbija u l-immaniġġar ftit dispożizzjonijiet biss japplikaw.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Kummenti:

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2022.

BE il-Belġju

RO–a–BE–1

Suġġett: Klassi 1 — Kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: 1.1.3.6 jillimita sa 20 kg il-kwantità ta' splussiv għall-minjieri li jista' jiġi trasportat f'vettura ordinarja.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-operaturi ta' depożiti 'l bogħod minn żoni ta' provvista jistgħu jkunu awtorizzati li jġorru sa massimu 25 kg ta' dinamite jew ta' splussivi qawwija u 300 detonatur f'vetturi bil-mutur ordinarji, suġġett għal kondizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mis-servizz dwar l-isplussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Article 111 de l'arrêté royal 23 septembre 1958 sur les produits explosifs.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2020.

RO–a–BE– 2

Suġġett: It-trasport ta' kontejners vojta mhux imnaddfa li kien fihom prodotti ta' klassijiet differenti.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni dwar id-dokument tat-trasport “pakketti vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta' klassijiet differenti”.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 6-97.

Kummenti: Id-deroga rreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 21 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2020.

RO–a–BE–3

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–a–UK–4.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchandises dangereuses par route.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2020.

RO–a–BE–4

Suġġett: eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR kollha għat-trasport nazzjonali ta' massimu ta' 1 000 detettur joniku tad-duħħan użat, minn djar privati sal-faċilità tat-trattament fil-Belġju permezz taċ-ċentri tal-ġbir previsti fix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan.

Referenza għall-ADR: ir-rekwiżiti kollha.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE:

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu domestiku tad-detetturi joniċi tad-duħħan mhuwiex sottomess għall-kontroll regolatorju mil-lat radjoloġiku ladarba d-detettur tad-duħħan ikun ta' tip approvat. It-trasport ta' dawn id-detetturi tad-duħħan għal għand l-utent aħħari huwa wkoll eżentat mir-rekwiżiti ADR (ara 2.2.7.1.2(d)).

Id-Direttiva 2002/96/KE (dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku) tirrikjedi l-ġbir selettiv tad-detetturi użati tad-duħħan għat-trattament ta' bordijiet taċ-ċirkwiti u, għad-detetturi joniċi tad-duħħan, sabiex jitneħħew is-sustanzi radjuattivi. Biex dan il-ġbir selettiv ikun possibbli ġie żviluppat xenarju biex iħajjar lid-djar privati sabiex jieħdu d-detetturi tad-duħħan użati tagħhom f'ċentru tal-ġbir minn fejn dawn id-detetturi jkunu jistgħu jinġarru lejn il-faċilità tat-trattament xi drabi minn ċentru tal-ġbir ieħor jew minn post ta' ħżin intermedju.

Fiċ-ċentri tal-ġbir ikun hemm disponibbli imballaġġi tal-metall li jesgħu sa massimu ta' 1 000 detettur tad-duħħan. Minn dawn iċ-ċentri, imballaġġ wieħed bħal dan li jkun fih id-detetturi tad-duħħan jista' jiġi trasportat flimkien ma' skart ieħor lejn maħżen intermedju jew lejn il-faċilità tat-trattament. Il-pakkett ikun ittikkettat bil-kliem “detettur tad-duħħan”.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan jagħmel parti mill-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-istrumenti approvati previsti fl-Artikolu 3.1.d.2 tad-digriet amministrattiv tal-20.7.2001: ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni.

Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex ikun possibbli l-ġbir selettiv tad-detetturi joniċi tad-duħħan użati.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2020.

DE il-Ġermanja

RO–a–DE–1

Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta' partijiet tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma' ċerti oġġetti perikolużi (n4).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10 u 7.5.2.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: NU 0431 u NU 0503 jistgħu jitgħabbew flimkien ma' ċerti oġġetti perikolużi (prodotti relatati mal-manifattura tal-karrozzi) f'ċerti ammonti, elenkati fl-eżenzjoni. Il-valur ta' 1 000 (komparabbli ma' 1.1.3.6.4) ma għandux jinqabeż.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 28.

Kummenti: L-eżenzjoni hija meħtieġa sabiex partijiet tas-sikurezza tal-karozzi jkunu jistgħu jitwasslu malajr, skont id-domanda lokali. Minħabba l-firxa wiesgħa ta' prodotti, il-ħżin ta' dawn il-prodotti f'garaxxijiet lokali mhuwiex komuni.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–DE–2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-ispeditur għal ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi, kif definit f'1.1.3.6 (n1)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassi 7: mhu meħtieġ l-ebda dokument tat-trasport, jekk il-kwantità tal-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet mogħtija f'1.1.3.6.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-informazzjoni mogħtija fl-immarkar u t-tikketti tal-imballaġġi titqies li hija biżżejjed għat-trasport nazzjonali, minħabba li d-dokument tat-trasport mhux dejjem ikun xieraq fejn tkun involuta d-distribuzzjoni lokali.

Id-deroga rreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–DE–3

Suġġett: It-trasportazzjoni tal-istandards tal-kejl u tal-pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Dispożizzjonijiet għan-numri NU 1202, 1203 u 1223.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-imballaġġ, l-immarkar, id-dokumenti, l-istruzzjonijiet tat-trasport u tal-immaniġġar, l-istruzzjonijiet għall-ekwipaġġi tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispeċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u tad-dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: komparabbli ma' imballaġġi vojta, mhux imnaddfa; aktar minn 1 000 l: Konformità ma' ċerti regolamenti għat-tankijiet; trasportazzjoni vojta u mhux imnaddfa biss.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 24.

Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–DE–5

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-imballaġġ ikkombinat.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta' imballaġġ ikkombinat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta' imballaġġ ikkombinat ta' oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u tat-trattamenti fil-Klassijiet 3 u 6.1 (in-numri NU elenkanti) bħala settijiet li għandhom jinbiegħu f'imballaġġ ikkombinat fil-grupp tal-imballaġġ II u fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30g.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

DK id-Danimarka

RO–a–DK–2

Suġġett: It-trasport bit-triq ta' imballaġġ li jkun fih sustanzi splussivi u ta' imballaġġ li jkun fih id-detonaturi fl-istess vettura.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar imħallat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli tal-ADR għandhom jiġu osservati meta jkunu qed jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 of 15. august 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. l.

Kummenti: Teżisti ħtieġa prattika sabiex ikunu jistgħu jiġu ppakkjati sustanzi splussivi flimkien ma' detonaturi fl-istess vettura meta dawn l-oġġetti jiġu trasportati minn fejn ikunu maħżuna lejn il-post tax-xogħol u lura.

Meta l-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-trasport skont dawn il-kundizzjonijiet:

1.

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 25 kg ta' sustanzi splussivi taħt il-grupp D.

2.

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 200 biċċa ta' detonaturi taħt il-grupp B.

3.

Id-detonaturi u s-sustanzi splussivi għandhom ikunu ppakkjati separatament f'imballaġġ iċċertifikati min-NU f'konformità mar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2000/61/KE li temenda d-Direttiva 94/55/KE.

4.

Id-distanza bejn l-imballaġġ li jkun fih id-detonaturi u dak li jkun fih is-sustanzi splussivi għandha tkun mill-inqas metru (1). Din id-distanza għandha tibqa' tapplika anki wara li l-brejkijiet jiġu magħfusa ħesrem. L-imballaġġ li jkun fih sustanzi splussivi u dak li jkun fih detonaturi jrid jitpoġġa b'mod li jkun possibbli li jitneħħa malajr mill-vettura.

5.

Iridu jitħarsu r-regoli kollha l-oħra dwar it-trasport bit-triq ta' oġġetti perikolużi.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–DK–3

Suġġett: It-trasport bit-triq ta' imballaġġi u ta' oġġetti li jkun fihom skart jew fdalijiet ta' oġġetti perikolużi ta' ċerti klassijiet minn djar privati u impriżi għall-iskop ta' rimi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet u l-Kapitoli 2, 3, 4.1, 5.1, 5.2, 5.4, 6, 8.1 u 8.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, ir-rekwiżiti ġenerali li jikkonċernaw l-unitajiet tat-trasport u t-tagħmir abbord u r-rekwiżiti ta' taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġi interni u oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta' oġġetti perikolużi ta' ċerti klassijiet miġbura minn djar privati jew impriżi biex jintremew, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f'ċertu imballaġġ estern u/jew overpacks u jinġarru skont proċeduri speċjali tal-kunsinna inklużi restrizzjonijiet speċjali għall-ippakkjar u l-immarkar. Il-kwantità ta' oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta' trasport hija ristretta.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta' oġġetti perikolużi minn djar privati u impriżi biex jinġarr għar-rimi. L-iskart normalment jinżamm f'imballaġġi li jkunu inbiegħu f'bejgħ bl-imnut.

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2019.

FI il-Finlandja

RO–a–FI–1

Suġġett: It-trasport ta' oġġetti perikolużi f'ċerti ammonti fix-xarabanks.

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, ta' din id-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 1, 4 u 5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet, Dispożizzjonijiet għall-Imballaġġ, Immarkar u Dokumentazzjonijiet.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

F'xarabanks bil-passiġġieri, jistgħu jiġu trasportati ammonti żgħar ta' oġġetti perikolużi speċifikati bħala merkanzija sabiex il-kwantità totali ma taqbiżx il-200 kilo. F'xarabank, individwu privat jista' jittrasporta l-oġġetti perikolużi msemmija fit-Taqsima 1.1.3 jekk l-oġġetti inkwistjoni jkunu ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut u jkunu maħsubin għall-użu personali tiegħu. Il-kwantità totali ta' likwidi li jaqbdu mimlija f'kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew ma tistax taqbeż il-5 litri.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tas-Sikurezza fit-Trasport dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq u d-Digriet tal-Gvern dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq (194/2002).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–FI–2

Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta fid-dokument tat-trasport.

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5, 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva:

Dispożizzjonijiet speċjali għal ġarr f'vetturi b'tank jew f'unitajiet ta' trasport b'aktar minn tank wieħed.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Meta jiġu trasportati vetturi b'tank vojt u mhux imnaddaf jew unitajiet ta' trasport li għandhom tank wieħed jew aktar immarkati f'konformità ma' 5.3.2.1.3, l-aħħar sustanza trasportata mmarkata fid-dokument tat-trasport tista' tkun is-sustanza bl-inqas punt ta' fjammabbiltà.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tas-Sikurezza fit-Trasport dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–FI–3

Suġġett: Plakards u mmarkar tal-unità tat-trasport għall-isplussivi.

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi oranġjo

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Unitajiet tat-trasport (normalment vannijiet) li jittrasportaw ammonti żgħar ta' splussivi (b'massa netta massima ta' 1 000 kg) lejn il-barrieri u s-siti tax-xogħol jistgħu jitwaħħlulhom plakards tal-mudell Nru 1 fuq quddiem u fuq wara.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tas-Sikurezza fit-Trasport dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

FR Franza

RO–a–FR–2

Suġġett: It-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert minn NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR għat-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert minn NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 12.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–FR–5

Suġġett: It-trasport ta' oġġetti perikolużi f'vetturi pubbliċi għat-trasport tal-passiġġieri (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-trasport ta' passiġġieri u oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' oġġetti perikolużi, għajr dawk tal-klassi 7, awtorizzat f'vetturi tat-trasport pubbliku bħala bagalja tal-idejn: japplikaw biss id-dispożizzjonijiet relatati mal-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta' pakketti stabbiliti f'4.1, 5.2 u 3.4.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I paragraphe 3.1.

Kummenti: Oġġetti perikolużi għall-użu personali jew għall-użu professjonali proprju biss jistgħu jinġarru f'bagalji tal-idejn. Huma permessi kontenituri portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għal pazjenti bi problemi respiratorji.

Data ta' skadenza: it-28 ta' Frar 2022.

RO–a–FR–6

Suġġett: It-trasport personali ta' kwantitajiet żgħar ta' oġġetti perikolużi (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu ta' dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport personali ta' kwantitajiet żgħar ta' oġġetti perikolużi għajr dawk tal-klassi 7, li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f'1.1.3.6. mhuwiex soġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport kif previst f'5.4.1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres annexe I, paragraphe 3.2.1.

Data ta' skadenza: it-28 ta' Frar 2022.

RO–a–FR–7

Suġġett: It-trasport bit-triq ta' kampjuni ta' sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom oġġetti perikolużi għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet ġenerali, il-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżenzjonijiet dwar il-ġarr ta' oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati, id-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' imballaġġ u tankijiet, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni tal-imballaġġ, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tat-trasport, l-immaniġġar, it-tagħbija u l-ħatt, ir-rekwiżiti dwar it-tagħmir u l-operat tat-trasport, ir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Kampjuni ta' sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom oġġetti perikolużi li jinġarru għall-analiżi bħala parti minn attività ta' sorveljanza tas-suq għandhom ikunu ppakkjati f'imballaġġ ikkombinat. Dawn għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar il-kwantitajiet massimi għall-imballaġġ intern skont it-tip ta' oġġett perikoluż involut. L-imballaġġ estern għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għall-kaxxi tal-plastik solidu (4H2, il-Kapitolu 6.1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE). L-imballaġġ estern jeħtieġ li jkollu l-immarkar tat-Taqsima 3.4.7, tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u l-kliem “Kampjuni għall-analiżi” (bil-Franċiż: “Echantillons destinés à l'analyse”). Sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jiġu mħarsa, il-ġarr mhuwiex soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 12 décembre 2012 modifiant l'arrêté du 29 mai 2009 relatif aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres.

Kummenti: L-eżenzjoni tat-Taqsima 1.1.3, l-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE ma tipprevedix it-trasport tal-kampjuni ta' oġġetti perikolużi għall-analiżi li ssir mill-awtoritajiet kompetenti jew f'isimhom. Sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tas-suq, Franza introduċiet proċedura msejsa fuq is-sistema applikabbli għall-kwantitajiet limitati biex tiżgura s-sikurezza tat-trasport tal-kampjuni li jkun fihom oġġetti perikolużi. Peress li mhux dejjem ikun fattibbli li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-tabella A, il-limitu tal-kwantità għall-imballaġġ intern ġie definit b'mod aktar operattiv.

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2019.

HU l-Ungerija

RO–a–HU–1

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-DE-2.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020.

RO–a–HU–2

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-UK-4.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020.

IE l-Irlanda

RO–a–IE–1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta' 5.4.0 tal-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr ta' pestiċidi tal-Klassi 3 tal-ADR, elenkati fil-punt 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (f.p. < 23 °C) u l-Klassi 6.1 tal-ADR, elenkati fil-punt 2.2.61.3 bħala pestiċidi likwidi T6 (b'punt ta' fjammabilità ta' mhux anqas minn 23 °C), fejn il-kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi li qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet stabbiliti f'1.1.3.6 tal-ADR.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għal dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhuwiex meħtieġ għall-ġarr tal-pestiċidi tal-Klassi 3 u 6.1 tal-ADR, fejn il-kwantità tal-oġġetti perikolużi li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(9) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”.

Kummenti: Rekwiżiti iebsa u bla ħtieġa għat-trasport lokali u t-tqassim ta' dawn il-pestiċidi.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–IE–4

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR, fir-rigward tal-ġarr ta' ċilindri tal-gass li jintużaw f'distributuri awtomatiċi (tax-xorb) meta jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li se jintużaw għalih).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3, 5.4, 7 u l-Anness B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li għandha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-operazzjonijiet tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR għaċ-ċilindri tal-gass li jintużaw fid-distributuri awtomatiċi tax-xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gass ikunu qed jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li se jintużaw għalih).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: L-attività prinċipali tikkonsisti fit-tqassim ta' pakketti tax-xorb, li ma jkunux sustanzi skont l-ADR, flimkien ma' kwantitajiet żgħar ta' ċilindri żgħar ta' gassijiet assoċjati mal-użu fix-xorb.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–IE–5

Suġġett: Eżenzjoni, għat-trasport nazzjonali fl-Irlanda, mir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-kontenituri, u mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom, li jinsabu fi 6.2 u 4.1 tal-ADR, għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2 li ġew trasporti b'mod multimodali, fosthom dak marittimu, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ġew magħmula, ittestjati u użati skont il-Kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fl-Irlanda iżda ttieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-vjaġġ b'trasport multimodali, u (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment fi kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-trasport multimodali, inkluż it-trasport marittimu, dwar l-użu taċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR, u dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta' dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta' 4.1 u 6.2 ma japplikawx għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2, diment li (i) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ġew magħmula u ġew ittestjati f'konformità mal-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jintużaw skont il-Kodiċi IMDG, (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu ġew trasportati lejn l-ispeditur permezz ta' trasport multimodali, inkluż il-ġarr marittimu, (iv) it-trasport ta' dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni sa għand l-utent aħħari sar fi vjaġġ wieħed, tlesta fl-istess ġurnata, mid-destinatarju tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmi fi (iii)), (v) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fl-Istat u jittieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjoni ta' trasport multimodali (imsemmi fi (iii)) u (vi) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu tqassmu lokalment fl-Istat fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Il-gassijiet li jinsabu f'dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għandhom speċifikazzjonijiet, mitluba mill-utent aħħari, li jirriżultaw fil-ħtieġa li jiġu importati minn barra ż-żona tal-ADR. Ladarba użati, dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni nominalment vojta jeħtieġ li jittieħdu lura fil-pajjiż tal-oriġini, sabiex jimtlew mill-ġdid bil-gassijiet partikolarment speċifikati — ma għandhomx jimtlew mill-ġdid fl-Irlanda u fl-ebda parti oħra taż-żona tal-ADR. Minkejja li mhumiex konformi mal-ADR, huma konformi mal-Kodiċi IMDG u aċċettati għall-finijiet ta' dan il-Kodiċi. It-trasport multimodali, li jibda barra miż-żona tal-ADR, huwa maħsub sabiex jintemm fil-bini tal-importatur, fejn ikun intenzjonat li ċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu fi kwantitajiet żgħar lill-utent aħħari lokalment fl-Irlanda. Dan il-ġarr fl-Irlanda għandu jsir fi ħdan l-Artikolu 6(9) emendat tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–IE–6

Suġġett: L-eżenzjoni, minn xi dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta' kwantitajiet żgħar (inqas mil-limiti f'1.1.3.6) ta' oġġetti pirotekniċi skaduti u bil-kodiċijiet tal-klassifikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE, li għandhom in-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404, NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari biex jiġu mormija.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1, 2, 4, 5 u 6.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali. Klassifikazzjoni. Dispożizzjonijiet għall-imballaġġ. Dispożizzjonijiet għall-kunsinna. Kostruzzjoni u ttestjar tal-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta' materjal pirotekniku skadut, bin-numri NU rispettivi NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri jew medda militari ma japplikawx diment li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-imballaġġ tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE u jiġi inkluż tagħrif addizzjonali fid-dokument tat-trasport. Din id-deroga tapplika biss għat-trasport lokali, lejn kwartieri jew medda militari, ta' kwantitajiet żgħar ta' dan il-materjal pirotekniku skadut bil-għan li jiġu eliminati b'mod sikur.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: S.I. 349 tal-2011 tar-Regolament 57(f) u (g).

Kummenti: Il-ġarr fi kwantitajiet żgħar ta' materjal pirotekniku marittimu “skadut”, speċjalment minn sidien ta' dgħajjes għad-delizzju u fornituri marittimi, lejn kwartieri jew medda militari biex jiġu eliminati b'mod sikur, ħoloq diffikultajiet partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti għall-imballaġġ. Id-deroga hija għal kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati f'1.1.3.6) għal trasport lokali, li jħaddan in-numri NU kollha assenjati għal materjal pirotekniku marittimu.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020.

RO–a–IE–7

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-UK-4.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2022.

PT il-Portugall

RO–a–PT–3

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-UK-4.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: —

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2022.

SE l-Iżvezja

RO–a–SE–1

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-FR-7.

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a) (Kwantitajiet żgħar).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 1 sa 9

Kuntest tad-Direttiva:

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om visa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti:

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2022.

UK ir-Renju Unit

RO–a–UK–1

Suġġett: It-trasport ta' ċerti oġġetti b'radjuattività baxxa bħal arloġġi, arloġġi tal-idejn, detetturi tad-duħħan, boxxli (E1).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-ADR.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-trasport ta' materjal tal-Klassi 7.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali dwar ċerti prodott kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta' materjal radjuattiv. (Tagħmir luminuż maħsub sabiex jintlibes min-nies; fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja, mhux iktar minn 500 detettur tad-duħħan għall-użu domestiku b'attività individwali li ma taqbiżx l-40 kBq; jew fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja, mhux aktar minn ħames tagħmir tad-dawl bil-gass tat-tritju b'attività individwali li ma taqbiżx l-10 GBq).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d). The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(10).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal żmien qasir, li ma tibqax aktar meħtieġa meta emendi simili għar-regolamenti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (“IAEA”) jiġu inkorporati fl-ADR.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–UK–2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi (minbarra tal-Klassi 7) kif definit f'1.1.3.6 (E2).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.2 u 1.1.3.6.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti għal ċerti kwantitajiet għal kull unità ta' trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument ta' trasport mhuwiex meħtieġ għal kwantitajiet limitati, ħlief meta dawn jagħmlu parti minn tagħbija akbar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(a).

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija adatta għat-trasport nazzjonali, fejn id-dokument tat-trasport ma jkunx dejjem xieraq fil-każijiet li jinvolvu d-distribuzzjoni lokali.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–UK–3

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit għall-vetturi li jġorru materjal radjuattiv ta' livell baxx biex iġorru tagħmir tat-tifi tan-nar (E4).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għall-vetturi li jġorru apparat tat-tifi tan-nar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jitneħħa r-rekwiżit biex jinġarr apparat tat-tifi tan-nar meta jkunu qed jiġu trasportati biss pakketti ta' eċċezzjoni (NU 2908, 2909, 2910 u 2911).

Jirrestrinġi r-rekwiżit meta jinġarr biss għadd żgħir ta' pakketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d).

Kummenti: Il-ġarr ta' tagħmir tat-tifi tan-nar huwa fil-prattika irrilevanti għat-trasport ta' NU 2908, 2909, 2910, NU 2911, li ħafna drabi jkunu jistgħu jinġarru f'vetturi żgħar.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–UK–4

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta' oġġetti fl-imballaġġi interni lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti (bl-esklużjoni ta' dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożiti ta' distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarija (N1).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ mhux meħtieġ li jkollu l-marka RID/ADR jew NU u lanqas li jkun immarkat b'xi mod ieħor jekk ikun fih oġġetti stabbiliti fl-Iskeda 3.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(4) and Regulation 36 Authorisation Number 13.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-ADR mhumiex adegwati għall-aħħar stadji ta' ġarr minn depożitu ta' distribuzzjoni għal għand bejjiegħ bl-imnut jew utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand l-utent aħħari. L-għan ta' din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-imballaġġ estern.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–UK–5

Suġġett: Sabiex tkun permessa “kwantità massima totali differenti għal kull unità ta' trasport” għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-Tabella f'1.1.3.6.3 (N10).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.3 u 1.1.3.6.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jinġarru f'kull unità ta' trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistabbilixxi r-regoli dwar l-eżenzjonijiet għal kwantitajiet limitati u għal tagħbija mħallta ta' splussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13 and Schedule 5; reg. 14 and Schedule 4.

Kummenti: Biex jiġu permessi limiti differenti ta' kwantità għall-oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri “50” għall-Kategorija 1 u “500” għall-Kategorija 2. Għall-finijiet tal-kalkolu tat-tagħbijiet imħallta, il-fatturi ta' multiplikazzjoni għandhom ikunu ta' “20”, għall-Kategorija tat-Trasport 1 u “2” għall-Kategorija tat-Trasport 2.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–UK–6

Suġġett: Iż-żieda tal-massa netta massima ta' oġġetti splussivi permissibbli f'vetturi EX/II (N13).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.5.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta' sustanzi u ta' oġġetti splussivi li jinġarru.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta' sustanzi u ta' oġġetti splussivi li jinġarru.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13, Schedule 3.

Kummenti: Ir-Regolamenti tar-Renju Unit jippermettu massa netta massima ta' 5 000 kg f'vetturi tat-Tip II għall-Gruppi ta' Kompatibbiltà 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1 J.

Ħafna oġġetti tal-Klassi 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1 J li jittieħdu lejn l-Unjoni jkunu kbar jew goffi u jkollhom tul li jaqbeż iż-2,5 m. Primarjament ikunu oġġetti splussivi għall-użu militari. Il-limitazzjonijiet fuq il-kostruzzjoni tal-vetturi EX/III (li jeħtieġu jkunu vetturi magħluqa) jagħmluha ferm diffiċli sabiex dawn l-oġġetti jitgħabbew u jinħattu. Xi oġġetti jkunu jeħtieġu tagħmir tat-tagħbija u tal-ħatt speċjalizzat kemm fil-bidu kif ukoll fit-tmiem tal-vjaġġ. Fil-prattika dan it-tagħmir rarament jeżisti. Fir-Renju Unit hemm biss ftit vetturi EX/III użati u jkun ta' piż kbir fuq l-industrija jekk tintalab il-kostruzzjoni ta' aktar vetturi EX/III speċjalizzati biex jinġarr dan it-tip ta' splussiv.

Fir-Renju Unit, l-isplussivi militari jiġu trasportati l-aktar permezz ta' vetturi kummerċjali u għalhekk ma jistgħux jittieħdu vantaġġi mill-eżenzjoni għal vetturi militari tad-Direttiva 2008/68/KE. Sabiex tingħeleb din il-problema, ir-Renju Unit minn dejjem ippermetta l-ġarr sa 5 000 kg ta' oġġetti bħal dawn f'vetturi EX/II. Il-limitu attwali mhux dejjem ikun biżżejjed peress li oġġett jista' jkun fih aktar minn 1 000 kg ta' splussiv.

Mill-1950, seħħew biss żewġ inċidenti (it-tnejn li huma fis-snin ħamsin) li kienu jinvolvu l-isplużjoni ta' materjal splussiv b'toqol ta' aktar minn 5 000 kg. L-inċidenti ġraw meta ħa n-nar tajer u minn sistema taħraq tal-egżost li tat in-nar lill-għata tad-drapp. In-nirien setgħu qabdu b'tagħbija iżgħar. Ma kien hemm l-ebda vittma jew korrimenti.

Hemm evidenza empirika li turi li oġġetti splussivi li jkunu ppakkjati sew huwa improbabbli li jisplodu minħabba xi impatt, eż. meta l-vettura tkun involuta f'xi ħabta. L-evidenza minn rapporti militari u minn dejta ta' testijiet li saru fuq l-impatt ta' missili turi li biex l-iskrataċ jieħdu n-nar irid ikun hemm veloċità tal-impatt akbar minn dik li tintlaħaq waqt prova ta' tfigħ minn għoli ta' 12-il metru.

L-istandards attwali ta' sikurezza ma jiġux affettwati.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–UK–7

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' superviżjoni għal kwantitajiet żgħar ta' ċerti oġġetti tal-Klassi 1 (N12).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.4 u 8.5 S1(6).

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti ta' superviżjoni għal vetturi li jġorru ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tipprevedi parkeġġ sikur u faċilitajiet ta' superviżjoni iżda ma titlobx li ċerti tagħbijiet tal-Klassi 1 issirilhom superviżjoni kostanti kif meħtieġ f'8.5 S1(6) tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 24.

Kummenti: Ir-rekwiżiti ta' superviżjoni tal-ADR mhumiex dejjem fattibbli f'kuntest nazzjonali.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–UK–8

Suġġett: Tnaqqis tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta' tagħbijiet imħallta ta' splussivi, u ta' splussivi ma' oġġetti oħra perikolużi, ġewwa vaguni, vetturi u kontejners (N4/5/6)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta' tagħbija mħallta

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta' tagħbija mħallta ta' splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista' jitwettaq mingħajr riskju.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, Regulation 18.

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit tal-isplussiv ma' splussiv ieħor kif ukoll ta' splussiv ma' oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni għandu jkollha limitu ta' kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk “ikunu ttieħdu il-miżuri raġonevolment prattikabbli kollha sabiex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f'kuntatt ma' kwalunkwe oġġett minn dawn, jew inkella li jpoġġu tali oġġetti fil-periklu jew li jkunu mhedda minn tali oġġetti”.

Eżempji ta' varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista' jippermetti huma:

1.

Splussiv bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jista' jinġarr fl-istess vettura ma' oġġetti perikolużi bin-numru tal-klassifikazzjoni NU Numru 1942. Il-kwantità ta' NU 1942 li titħalla tinġarr għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv ta' 1.1D.

2.

Splussivi kklassifikati bin-Numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431 jew 0453 jistgħu jinġarru fl-istess vettura ma' oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta' gassijiet fjammabbli, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tal-kategorija tat-trasport 2 jew tal-oġġetti perikolużi tal-kategorija tat-trasport 3, jew kull taħlita tagħhom, sakemm il-massa jew il-volum totali ta' oġġetti perikolużi tal-kategorija tat-trasport 2 ma jaqbżux il-500 kg jew (1) litru u l-massa totali netta ta' dawn l-splussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3.

Splussivi ta' 1.4G jistgħu jinġarru flimkien ma' likwidi u gassijiet fjammabbli fil-kategorija tat-trasport 2 jew ma' gassijiet li mhumiex fjammabbli jew tossiċi fil-kategorija tat-trasport 3, jew f'xi taħlita tagħhom fl-istess vettura, sakemm li l-massa jew il-volum totali ta' oġġetti perikolużi flimkien ma jaqbiżx il-200 kg jew (1) litru u l-massa totali netta ta' splussiv ma taqbiżx l-20 kg.

4.

Oġġetti splussivi bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma' oġġetti splussivi fil-Grupp ta' Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom huma komponenti. Il-kwantità totali ta' splussivi bin-Numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex taqbeż l-20 kg.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a–UK–9

Suġġett: Alternattiva sabiex jintwerew il-pjanċi oranġjo għal kunsinni żgħar ta' materjal radjuattiv f'vetturi żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit biex jintwerew il-pjanċi oranġjo f'vetturi żgħar li jkunu qed iġorru materjal radjuattiv.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti kwalunkwe deroga approvata skont dan il-proċess. Id-deroga meħtieġa hija:

Il-vetturi jridu jew:

(a)

ikollhom plakard skont id-diżpożizzjonijiet applikabbli tal-paragrafu 5.3.2 tal-ADR; jew

(b)

fil-każ ta' vetturi li jġorru mhux aktar minn għaxar pakketti li jkun fihom materjal radjuattiv mhux fissili jew li huwa fissili u fejn is-somma tal-indiċi tat-trasport ta' dawn il-pakketti ma tkunx taqbeż il-valur ta' 3, jistgħu minflok iġorru nota f'konformità mar-rekwiżiti elenkati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002, Regulation 5(4)(d).

Kummenti:

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–a-UK–10

Suġġett: It-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert minn NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: id-dispożizzjonijiet kollha

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-Anness I, it-Taqsima I.1 għat-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert min-NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Din id-deroga kienet inizjalment inħarġet skont The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2009 kif emendata.

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2023.

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE il-Belġju

RO–bi–BE–4

Suġġett: Trasport ta' oġġetti perikolużi f'tankijiet biex jiġu eliminati permezz ta' inċinerazzjoni.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Permezz ta' deroga mit-tabella fi 3.2 huwa permess l-użu ta' kontejner tank bil-kodiċi tat-tank L4BH minflok bil-kodiċi tat-tank L4DH għall-ġarr ta' likwidu idroreattiv, tossiku, III, mhux speċifikati b'mod ieħor f'kundizzjonijiet speċifiċi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dérogation 012002.

Kummenti: Dan ir-regolament jista' jkun applikat biss għat-trasport ta' skart perikoluż fuq distanzi qosra.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2020.

RO–bi–BE–5

Suġġett: Ġarr ta' skart lejn faċilitajiet tat-trattament tal-iskart.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2, 5.4, 6.1 (ir-Regolament il-qadim: A5, 2X14, 2X12).

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti dwar l-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat l-iskart skont l-ADR, l-iskart jinqasam fi gruppi differenti (solventi fjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f'wieħed minn dawn il-gruppi. Ir-rekwiżiti għall-manifattura tal-imballaġġ huma inqas restrittivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchandises dangereuses par route.

Kummenti: Dan ir-Regolament jista' jintuża għall-ġarr ta' kwantitajiet żgħar ta' skart lejn impjanti ta' rimi.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2020.

RO–bi–BE–6

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE–5.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchandises dangereuses par route.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2020.

RO–bi–BE–7

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–6.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchandises dangereuses par route.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2020.

RO–bi–BE–8

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–UK–2.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchandises dangereuses par route.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2020.

RO–bi–BE–9

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–3.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchandises dangereuses par route.

Data ta' skadenza: il-15 ta' Jannar 2018.

RO–bi–BE–10

Suġġett: It-trasport fil-viċinanzi ta' żoni industrijali inkluż it-trasport f'toroq pubbliċi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, it-tikkettar u l-immarkar ta' pakketti, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-sewwieq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchandises dangereuses par route.

Kummenti: Il-lista li ġejja tipprovdi n-numru tad-deroga fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, id-distanza permessa u l-oġġetti perikolużi involuti.

deroga 2-2001

:

300 m (il-klassijiet 3, 6.1 u 8) — data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

deroga 6-2004

:

massimu ta' 5 km (sustanzi kimiċi f'pakketti) — data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

deroga 7-2005

:

qsim ta' triq pubblika (NU 1202) — data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

deroga 1-2006

:

600 m (sustanzi kimiċi f'pakketti) — data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

deroga 13-2007

:

8 km (sustanzi kimiċi f'pakketti) — data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

deroga 2-2009

:

350 m (sustanzi kimiċi f'pakketti) — data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

deroga 3-2009

:

massimu ta' 4,5 km (sustanzi kimiċi f'pakketti) — data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

deroga 5-2009

:

massimu ta' 4,5 km (sustanzi kimiċi f'pakketti) — data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2015

deroga 9-2009

:

massimu ta' 20 km (Klassi 2 f'pakketti) — data ta' skadenza: id-9 ta' Settembru 2015

deroga 16-2009

:

200 m (IBC) — data ta' skadenza: il-15 ta' Jannar 2018

Data ta' skadenza: il-15 ta' Jannar 2018.

DE il-Ġermanja

RO–bi–DE–1

Suġġett: Rinunzja ta' ċerti indikazzjonijiet fid-dokument ta' trasport (n2).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha ħlief il-klassijiet 1 (ħlief 1.4S), 5.2 u 7:

Mhix meħtieġa indikazzjoni fid-dokument tat-trasport

(a)

għad-destinatarju fil-każ ta' distribuzzjoni lokali (bl-eċċezzjoni għal tagħbija mimlija u għat-trasport f'ċerti rotot);

(b)

għall-ammont u t-tipi ta' imballaġġ, jekk 1.1.3.6 ma jkunx applikat u jekk il-vettura tkun f'konformità mad-dispożizzjonijiet kollha tal-Annessi A u B;

(c)

għal tankijiet vojta u mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli fir-rigward tat-tip tat-traffiku kkonċernat.

Id-deroga kienet irreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–DE–3

Suġġett: Trasport ta' skart perikoluż ippakkjat.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta' skart perikoluż f'pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f'imballaġġ intern (kif jinġabar) u maqsum f'kategoriji speċifiċi ta' skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f'xi grupp ta' skart); użu ta' struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta' skart u bħala polza tal-vjeġġ; ġbir ta' skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–DE–4

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–BE-1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: —

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017.

RO–bi–DE–5

Suġġett: It-trasport lokali ta' NU 3343 (taħlita ta' nitrogliċerina, disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b'mhux aktar minn 30 % ta' nitrogliċerina skont il-massa) f'kontejners tank, b'deroga mis-Subtaqsima 4.3.2.1.1. tal-Anness I, it-Taqsima I.1. tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-kontejners tank.

Il-kontenut tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: it-trasport lokali tan-nitrogliċerina (NU 3343) f'kontejners tank, fuq distanzi qosra, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Rekwiżiti għall-kontejners tank

1.1.

Jistgħu jintużaw biss il-kontejners tank li huma awtorizzati speċifikament għal dan l-iskop, li f'kuntesti oħra jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-awtorizzazzjoni ta' mudelli ta' kostruzzjoni, testijiet, tikkettar u operat fil-Kapitolu 6.8 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

1.2.

Il-mekkaniżmu ta' għeluq tal-kontejner tank għandu jkollu sistema ta' rilaxx tal-pressjoni li titla' sa pressjoni interna ta' 300 kPa (3 bar) ogħla mill-pressjoni normali u permezz ta' dan tillibera apertura li tħares 'il fuq b'erja għar-rilaxx tal-pressjoni ta' mill-inqas 135 cm2 (dijametru ta' 132 mm). L-apertura ma għandhiex tingħalaq mill-ġdid wara li tiġi attivata. Bħala installazzjoni ta' sikurezza, jistgħu jintużaw wieħed mill-elementi ta' sikurezza jew aktar bl-istess proċess ta' attivazzjoni u erja għar-rilaxx tal-pressjoni korrispondenti. It-tip ta' kostruzzjoni tal-installazzjoni ta' sikurezza jeħtieġ li jkun għadda b'suċċess minn ittestjar tat-tip u minn approvazzjoni tat-tip magħmula mill-awtorità responsabbli.

2.

It-tikkettar

Kull kontejner tank għandu jkun ittikkettat fuq iż-żewġ naħat b'tikketta ta' periklu skont il-mudell 3 fis-Subtaqsima 5.2.2.2.2 tat-Taqsima I.1 tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE.

3.

Dispożizzjonijiet operattivi

3.1.

Għandu jiġi żgurat li waqt it-trasport, in-nitrogliċerina tkun iddistribwita b'mod indaqs fil-midjum ta' flemmatizzazzjoni u li ma tkun tista' sseħħ l-ebda separazzjoni tal-komponenti tat-taħlita.

3.2.

Waqt it-tagħbija u l-ħatt, mhuwiex permess li xi ħadd jibqa' fil-vettura jew fuqha, ħlief biex jiġi operat it-tagħmir għat-tagħbija u l-ħatt.

3.3.

Fil-post tal-ħatt, il-kontejners tank għandhom jitbattlu kompletament. Jekk ma jistgħux jitbattlu kompletament, dawn għandhom jingħalqu b'mod issikkat wara l-ħatt sakemm jerġgħu jimtlew.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: deroga North Rhine-Westphalia

Osservazzjonijiet: Dan jikkonċerna t-trasport lokali f'kontejners tank bit-triq fuq distanzi qosra bħala parti minn proċess industrijali bejn żewġ siti ta' produzzjoni fissi. Sabiex jiġi mmanifatturat prodott farmaċewtiku, sit tal-produzzjoni A jipprovdi, bħala parti minn trasport konformi mar-regola, f'kontejners tank tas-600 l, soluzzjoni reżina, fjammabbli (NU 1866), grupp tal-imballaġġ II, lis-sit ta' produzzjoni B. Hawnhekk, soluzzjoni tan-nitrogliċerina tiġi miżjuda u jsir it-taħlit li jipproduċi taħlita ta' kolla li tinkludi n-nitrogliċerina disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b'mhux aktar minn 30 % ta' nitrogliċerina skont il-massa (NU 3343) għal użu ulterjuri. It-trasport ta' ritorn ta' din is-sustanza lejn is-sit tal-produzzjoni A jseħħ ukoll fil-kontejners tank imsemmija hawn fuq, li jkunu ġew speċjalment iċċekkjati u approvati mill-awtorità rilevanti għal din l-operazzjoni speċifika tat-trasport u li turi l-kodiċi tat-tank L10DN.

Tmiem il-perjodu ta' validità: it-30 ta' Ġunju 2022

RO–bi–DE–6

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–6.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: § 1 Absatz 3 Nummer 1 der Gefahrgutverordnung Straße, Eisenbahn und Binnenschifffahrt (GGVSEB).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–DE–7

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–BE-10.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta' skadenza: l-20 ta' Marzu 2021.

DK id-Danimarka

RO–bi–DK–1

Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u l-Klassi 2 — ebda dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Meħtieġ dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Waqt it-trasport ta' prodotti minerali taż-żejt tal-Klassi 3, NU 1202, 1203 u 1223 u ta' gassijiet tal-Klassi 2 b'rabta mad-distribuzzjoni (oġġetti biex jiġu kkonsenjati lil żewġ destinatarji jew aktar u l-ġbir ta' oġġetti ritornati f'sitwazzjonijiet bħal dawn), mhux meħtieġ dokument tat-trasport sakemm l-istruzzjonjiet bil-miktub, minbarra t-tagħrif mitlub fl-ADR, ikun fihom tagħrif dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15.8.2001 om vejtransport af farligt gods.

Kummenti: Ir-raġuni għal dik id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp tat-tagħmir elettroniku jippermetti pereżempju lill-kumpaniji taż-żejt li jużaw dan it-tagħmir sabiex kontinwament jittrażmettu informazzjoni dwar il-klijenti lill-vetturi. Peress li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-bidu tal-operat tat-trasport u tintbagħat lill-vettura waqt il-vjaġġ tat-trasport, mhux possibbli — qabel ma jibda t-trasport — li jinkitbu d-dokumenti tat-trasport. Dawn it-tipi ta' trasport huma ristretti għal żoni limitati.

Deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni simili skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–DK–2

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–6.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendata.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–DK–3

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–UK–1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendata.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–DK–4

Suġġett: It-trasport bit-triq ta' oġġetti perikolużi ta' ċerti klassijiet minn djar privati u impriżi lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew il-faċilitajiet intermedji ta' pproċessar għall-iskop ta' rimi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali, dispożizzjonijiet ta' klassifikazzjoni, dispożizzjonijiet speċjali, dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, proċeduri tal-kunsinna, rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ġarr, tagħbija, ħatt u mmaniġġar, rekwiżiti għall-ekwipaġġ tal-vettura, tagħmir, operazzjoni u dokumentazzjoni u rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Oġġetti perikolużi minn djar privati u impriżi jistgħu taħt ċerti kundizzjonijiet jinġarru lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew il-faċilitajiet intermedji ta' pproċessar għall-iskop ta' rimi. Dispożizzjonijiet differenti għandhom jiġu osservati skont il-karattru u r-riskji relatati mat-trasport; bħall-kwantità tal-oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta' trasport, u jekk il-ġarr ta' oġġetti perikolużi huwiex anċillari għall-attività ewlenija tal-intrapriżi jew le.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart u l-impriżi japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta' oġġetti perikolużi minn djar privati u/jew intrapriżi biex jinġarr lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib għall-iskop ta' rimi. Ġeneralment l-iskart ikun imballaġġi li oriġinarjament ikunu nġarru skont l-eżenzjoni tas-Subtaqsima 1.1.3.1 (c) tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u/jew mibjugħ bl-imnut. Madankollu, l-eżenzjoni 1.1.3.1(c) ma tapplikax għall-ġarr lejn ċentri tal-ġbir tal-iskart, u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3.4 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE mhumiex adattati għal ġarr ta' skart ta' imballaġġi interni.

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2019.

EL il-Greċja

RO–bi–EL–1

Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti tas-sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi b'tank) b'massa grossa ta' inqas minn 4 tunnellati użati għat-trasport lokali tad-diżil (NU 1202), li ġew irreġistrati l-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta' Jannar 1991 u l-31 ta' Diċembru 2002.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, l-ispezzjonijiet u t-testijiet, u l-immarkar tat-tankijiet fissi (vetturi b'tank), tat-tankijiet li jistgħu jitneħħew u tal-kontejners tank u tal-vetturi b'tank li jinbidel, bil-qoxra magħmula minn materjal metalliku, u tal-vetturi tal-batterija u MEGCs.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżitorji: Tankijiet fissi (vetturi b'tank) b'massa grossa ta' inqas minn 4 tunnellati użati għat-trasport lokali tad-diżil biss (UN 1202) li ġew irreġistrati l-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta' Jannar 1991 u l-31 ta' Diċembru 2002 li l-ħxuna minima tal-qoxra ta' barra tagħhom tkun inqas minn 3 mm jistgħu jibqgħu jintużaw. Maħsuba biex tkopri t-trasport lokali għal vetturi reġistrati matul dak il-perjodu. Din id-dispożizzjoni tranżitorja tkun fis-seħħ għal vetturi b'tank biss jekk jinbidlu skont 6.8.2.1.20 u jiġu adattati skont:

1.

Il-paragrafi tal-ADR dwar l-ispezzjonijiet u t-testijiet: 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5.

2.

It-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' 6.8.2.1.28, 6.8.2.2.1 u 6.8.2.2.2.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία. (Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi b'tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta' oġġetti perikolużi).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2018.

ES Spanja

RO–bi–ES–2

Suġġett: Tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni ta' ammonijaka anidra.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Biex jiġi evitat kull telf ta' kontenut fil-każ ta' ħsara lill-attrezzaturi esterni (pajpijiet, mezzi laterali ta' għeluq), il-valv intern ta' interċetazzjoni u l-post fejn ikun imqiegħed għandhom ikunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn pressjonijiet esterni jew jitfasslu b'mod li jirreżistu pressjonijiet bħal dawn. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u għotjien protettivi (jekk ikun hemm) iridu jkunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tankijiet użati għall-finijiet agrikoli għal distribuzzjoni u applikazzjoni ta' ammonijaka anidra li nġiebu fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 1997 jistgħu jkunu mgħammra b'attrezzaturi ta' sikurezza esterni minflok interni, bil-kundizzjoni li joffru protezzjoni li tkun tal-anqas ekwivalenti għall-protezzjoni mogħtija mill-ħajt tat-tank.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 97/2014. Anejo 1. Apartado 3.

Kummenti: Qabel l-1 ta' Jannar 1997 fl-agrikoltura kien jintuża b'mod esklussiv tip ta' tank mgħammar b'attrezzaturi esterni ta' sikurezza biex tiġi applikata l-ammonijaka anidra direttament għal fuq l-art. Tankijiet varji ta' dan it-tip għadhom jintużaw sal-lum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw mgħobbijin fit-toroq iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f'azjendi agrikoli kbar.

Data ta' skadenza: it-28 ta' Frar 2022.

FI il-Finlandja

RO–bi–FI–1

Suġġett: Modifika tat-tagħrif fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi.

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.2.1(a).

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Fid-dokument tat-trasport huwa permessibbli li jintuża l-għadd ta' detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondi għal 1 kg splussiv) minflok il-massa netta preżenti tas-sustanzi splussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tas-Sikurezza fit-Trasport dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq.

Kummenti:

It-tagħrif jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga hija applikata prinċipalment għall-użu ta' splussiv mill-industrija tal-minjieri fir-rigward ta' kwantitajiet żgħar trasportati lokalment.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–FI–3

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–DE–1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta' skadenza: it-28 ta' Frar 2022.

FR Franza

RO–bi–FR–1

Suġġett: L-użu ta' dokumenti marittimi bħala dokumenti tat-trasport għal vjaġġi qosra wara li tinħatt it-tagħbija minn fuq il-vapur.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-informazzjoni li għandha tidher fid-dokument użat bħala dokument tat-trasport ta' oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu għandu jintuża bħala dokument tat-trasport f'raġġ ta' 15 km.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 23-4.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–FR–3

Suġġett: It-trasport ta' tankijiet fissi ta' ħażna ta' LPG (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' tankijiet fissi għall-ħżin tal-LPG huwa soġġett għal regoli speċifiċi. Japplikaw biss għal distanzi qosra.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 30.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–FR–4

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-bi-UK-2.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 modifié relatif aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2022.

HU l-Ungerija

RO–bi–HU–1

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-bi-SE-3

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020.

IE l-Irlanda

RO–bi–IE–3

Suġġett: Eżenzjoni biex it-tagħbija u l-ħatt ta' oġġetti perikolużi, li għalihom tkun assenjata d-dispożizzjoni speċjali CV1 f'7.5.11 jew S1 f'8.5, jitħallew isiru f'post pubbliku mingħajr permess speċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 u 8.5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta' oġġetti perikolużi f'post pubbliku jistgħu isiru mingħajr permess speċjali mill-awtorità kompetenti, b'deroga mir-rekwiżiti ta' 7.5.11 jew 8.5.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(5) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fl-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi obbligu serju ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–IE–6

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit tal-punt 4.3.4.2.2, li jeħtieġ li l-pajpijiet flessibbli tal-mili u t-tbattil, li ma jkunux mqabbda b'mod permanenti mal-qoxra ta' vettura b'tank, ikunu vojta matul it-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Użu ta' vetturi b'tank.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rombli tal-pajp flessibbli (inklużi l-pajpijiet fissi relatati magħhom) imwaħħla ma' vetturi b'tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta' prodotti petrolifiċi bin-numru tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 1011, NU 1202, NU 1223 u NU 1863 u NU 1978 mhumiex meħtieġa li jkunu vojta matul il-ġarr bit-triq sakemm jiġu adottati miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe telf ta' kontenut.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(8) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Il-pajpijiet flessibbli mwaħħla ma' vetturi b'tank li jagħmlu kunsinni fid-djar għandhom ikunu l-ħin kollu mimlijin, anki waqt it-trasport. Is-sistema tat-tbattil hija magħrufa bħala sistema bil-“wet-line” li tirrikjedi li l-arloġġ u l-pajp tal-vettura b'tank ikunu mimlijin sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu l-kwantità korretta ta' prodott.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–IE–7

Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti ta' 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11 tal-ADR għat-trasport fi kwantitajiet kbar ta' Fertilizzant bin-Nitrat tal-Ammonju NU 2067 mill-portijiet s'għand id-destinatarji.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument separat tat-trasport, li jkun fih il-kwantità totali korretta tat-tagħbija partikolari inkluża, għal kull vjaġġ ta' trasport; u r-rekwiżit għall-vettura biex titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta li tippermetti modifiki fir-rekwiżiti tal-ADR għad-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-prattikalitajiet tat-trasport fi kwantitajiet kbar bejn il-port u d-destinatarju.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Proposed amendment to “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR jeħtieġu (a) dokument separat tat-trasport, li fih il-massa totali tal-oġġetti perikolużi li qed tinġarr għat-tagħbija partikolari, u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali “CV24” dwar it-tindif tal-vettura għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u d-destinatarju waqt il-ħatt minn bastiment tal-merkanzija. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment tal-merkanzija, jinvolvi tagħbijiet multipli għat-trasport (fl-istess ġurnata jew fi ġranet konsekuttivi) tal-istess sustanza bejn il-bastimenti tal-merkanzija u d-destinatarji, dokument wieħed tat-trasport, b'massa totali approssimattiva ta' kull tagħbija, għandu jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun meħtieġa d-Dispożizzjoni Speċjali “CV24”.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–IE–8

Suġġett: It-trasport ta' oġġetti perikolużi bejn bini privat u vettura oħra fil-viċinanza immedjata tal-bini, jew bejn żewġ partijiet ta' bini privat li jkunu jinsabu fil-viċinanza immedjata ta' xulxin iżda separati minn triq pubblika.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: L-Anness I, it-Taqsima 1.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr bit-triq ta' oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-waqfien tal-applikazzjoni tar-regolamenti meta vettura tkun qed tintuża għat-trasferiment ta' oġġetti perikolużi

(a)

bejn bini privat u vettura oħra fil-viċinanza immedjata ta' dak il-bini, jew

(b)

bejn żewġ partijiet ta' bini privat fil-viċinanza immedjata minn xulxin iżda li jistgħu jkunu separati bi triq pubblika,

sakemm it-trasport iseħħ permezz tal-aktar rotta diretta.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: European Communities (Carriage of Dangerous Goods by Road and Use of Transportable Pressure Equipment) Regulations 2011 and 2013, Regulation 56.

Kummenti: Meta l-merkanzija tiġi trasferita bejn żewġ partijiet ta' bini privat jew bejn bini privat u vettura assoċjata li huma separati bi triq pubblika jistgħu jiżvolġu diversi sitwazzjonijiet. Dan it-tip ta' trasport ma jinvolvix il-ġarr ta' oġġetti perikolużi fis-sens tas-soltu, u għaldaqstant ir-regolamenti li jikkonċernaw it-trasport ta' oġġetti perikolużi m'hemmx bżonn li jiġu applikati. Ara wkoll RO-bi-SE-3 u RO-bi-UK-1.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020.

NL in-Netherlands

RO–bi–NL–13

Suġġett: L-iskema tal-2015 għat-trasport ta' skart domestiku perikoluż.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.1.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 6.1, 7.5.4, 7.5.7, 7.5.9, 8 u 9.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet għal ċerti kwantitajiet; dispożizzjonijiet speċjali; l-użu tal-imballaġġ; l-użu ta' imballaġġ żejjed; id-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ; it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar; il-ħaddiema; it-tagħmir; it-tħaddim; il-vetturi u d-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: id-dispożizzjonijiet marbuta mat-trasport ta' skart żgħir domestiku perikoluż miġbur kif ukoll skart domestiku perikoluż minn negozji, li jiġi pprovdut f'imballaġġ xieraq b'kapaċità massima ta' 60 litru. Minħabba l-kwantitajiet żgħar involuti f'kull każ u minħabba n-natura differenti tas-sustanzi varji, mhux possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta' trasport f'konformità totali mar-regoli tal-ARD. Varjant simplifikat li jiddevja minn għadd ta' dispożizzjonijiet tal-ARD huwa għalhekk stipulat skont l-iskema msemmija hawn fuq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Scheme for transport of domestic hazardous waste 2015.

Kummenti: L-iskema ġiet stabbilita sabiex tippermetti lill-individwi u lin-negozji jarmu l-iskart zgħir kimiku f'sit wieħed. Is-sustanzi involuti għalhekk jikkonsistu minn fdalijiet bħal skart taż-żebgħa. Il-livell ta' periklu huwa mnaqqas permezz tal-għażla tal-mezzi tat-trasport, li tinvolvi, fost l-oħrajn, l-użu ta' elementi speċjali tat-trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip kif ukoll dawl isfar jixgħel u jitfi li jidher b'mod ċar mill-membri tal-pubbliku. Il-punt kruċjali fir-rigward tat-trasport huwa li tkun żgurata s-sikurezza. Din tista' tinkiseb, pereżempju, billi s-sustanzi jiġu trasportati f'imballaġġ issiġillat sabiex jiġi evitat it-tixrid, jew ir-riskju li joħroġ jew jinġema' fwar tossiku fil-vettura. Inkorporati fil-vettura hemm unitajiet adatti għall-ħżin ta' kategoriji varji ta' skart u li jipprovdu protezzjoni kontra l-iskossi u kontra l-ispostament aċċidentali kif ukoll kontra l-ftuħ involontarju. Fl-istess ħin, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta' skart ippreżentati, l-operatur tat-trasport irid ikollu ċertifikat ta' kompetenza professjonali, minħabba n-natura diversa tas-sustanzi involuti. Minħabba n-nuqqas ta' tagħrif, min-naħa tal-individwi privati, dwar il-livelli ta' periklu assoċjati ma' dawn is-sustanzi, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet bil-miktub, kif stipulat fl-Anness tal-iskema.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

PT il-Portugall

RO–bi–PT–1

Suġġett: Dokumentazzjoni tat-trasport għal NU 1965.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem proprju tal-kumpanija tat-trasport għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif previst fis-Taqsima 5.4.1 tal-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għal gassijiet kummerċjali tal-butan u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva “NU No 1965 hydrocarbon gas mixture, liquefied, n.o.s.”, trasportati f'ċilindri, jista' jinbidel f'ismijiet kummerċjali oħra kif ġej:

“NU 1965 Butan” fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritti fis-Subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportati f'ċilindri;

“NU 1965 Propan” fil-każ tat-taħlita C, kif deskritt fis-Subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportat f'ċilindri.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, is-16 ta' April 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei Nru 267-A/2003 tas-27 ta' Ottubru.

Kummenti: L-importanza li l-affarijiet isiru aktar faċli biex l-operaturi ekonomiċi jimlew id-dokumenti tat-trasport ta' oġġetti perikolużi hija rikonoxxuta, sakemm ma tkunx effettwata s-sikurezza ta' dawn l-operazzjonijiet.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–PT-2

Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta' tankijiet u ta' kontejners vojta u mhux imnaddfa.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta' ritorn ta' tankijiet u ta' kontejners vojta li jkunu trasportaw oġġetti perikolużi, id-dokument tat-trasport imsemmi fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE jista' jitbiddel bid-dokument tat-trasport maħruġ għall-vjaġġ li jkun sar immedjatament qabel biex jitwasslu l-oġġetti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, it-28 ta' Lulju 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei Nru 267-A/2003, tas-27 ta' Ottubru.

Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta' tankijiet u ta' kontejners vojta li jkunu trasportaw oġġetti perikolużi jrid ikun akkumpanjat minn dokument tat-trasport skont l-RPE, f'ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu għall-minimu mingħajr ebda preġudizzju għas-sikurezza.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

SE l-Iżvezja

RO–bi–SE–1

Suġġett: Ġarr ta' skart perikoluż għal postijiet fejn jintrema l-iskart perikoluż.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5 u 6.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr ta' imballaġġi li jkun fihom oġġetti perikolużi bħala skart għandhom jitwettqu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ADR li minnhom huma permessi biss ftit eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet mhumiex permessi għat-tipi kollha ta' sustanzi u oġġetti.

L-eżenzjonijiet prinċipali huma:

L-imballaġġ żgħir (inqas minn 30 kg) ta' oġġetti perikolużi bħala skart jista' jiġi ppakkjat f'imballaġġ, inkluż IBCs u imballaġġ kbir, mingħajr ma jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tas-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tat-Taqsima I.1, tal-Anness I, ta' din id-Direttiva. L-imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġ kbir ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati bl-istess mod bħal meta dawn jiġu ttestjati meta jkunu ppreparati għall-ġarr b'kampjun rappreżentattiv ta' imballaġġ zgħir ġo fihom.

Dan huwa permess sakemm:

l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ikunu konformi mat-tip li jkun ġie ttestjat u approvat skont il-grupp tal-ippakkjar I jew II tad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Taqsimiet 6.1, 6.5 jew 6.6, tal-Anness I, it-Taqsima I.1 ta' din id-Direttiva;

l-imballaġġi ż-żgħar jiġu ppakkjati b'materjal assorbenti li jżomm kwalunkwe likwidu li jista' joħroġ fl-imballaġġi esterni, l-IBCs jew fl-imballaġġi l-kbar waqt it-trasport; u

l-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar kif imħejjija għall-ġarr ikollhom massa grossa ta' mhux aktar mill-massa grossa permessa ddikjarata fuq l-immarkar tat-tip ta' disinn tan-NU għall-gruppi tal-ippakkjar I jew II għall-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar; u

s-sentenza li ġejja hija inkluża fid-dokument tat-trasport “Ippakkjat skont il-parti 16 tal-ADR-S”.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Specific regulations for the domestic transport of dangerous goods by road issued in accordance with the Transport of Dangerous Goods Act.

Kummenti: Is-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3, tal-Anness I, it-Taqsima I.1 ta' din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu applikati għaliex l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar għandhom jiġu ttestjati b'kampjun rappreżentattiv ta' skart, li huwa diffiċli li jitbassar minn qabel.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–SE–2

Suġġett: L-isem u l-indirizz tal-ispeditur fid-dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tgħid li l-isem u l-indirizz tal-ispeditur mhumiex meħtieġa jekk il-pakkett vojt u mhux imnaddaf jiġi ritornat bħala parti minn sistema ta' distribuzzjoni.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: L-imballaġġ vojt u mhux imnaddaf li jintbagħat lura bosta drabi jkun għad fih kwantitajiet żgħar ta' oġġetti perikolużi.

Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jirritornaw kontenituri tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi bdil ma' oħrajn mimlija.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–SE–3

Suġġett: It-trasport ta' oġġetti perikolużi fil-viċinanzi ta' sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f'toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta' oġġetti perikolużi fuq toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta' sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f'toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw it-tikkettar u l-immarkar tal-pakketti, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni skont 9.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Ikun hemm bosta sitwazzjonijiet li fihom l-oġġetti perikolużi jinġarru bejn bini li jkun jinsab fuq naħat opposti ta' triq pubblika. Dan it-tip ta' trasport ma jinvolvi l-ebda ġarr ta' oġġetti perikolużi minn triq privata, u għalhekk dan għandu jkun marbut mar-rekwiżiti rilevanti. Qabbel ukoll mal-Artikolu 6(14) tad-Direttiva 96/49/KE.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–4

Suġġett: Trasport ta' oġġetti perikolużi li jkunu nqabdu mill-awtoritajiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Anness A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport bit-triq ta' oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu mmotivati minn raġunijiet ta' protezzjoni tal-ħaddiema, riskji waqt il-ħatt, is-sottomissjoni ta' provi, eċċ.

Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta' sikurezza sodisfaċenti taħt kundizzjonijiet normali tal-ġarr.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw l-oġġetti perikolużi.

Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta' oġġetti konfiskati mill-pulizija bħal splussivi jew beni misruqa. Il-problema b'dawn it-tipi ta' oġġetti hija li wieħed qatt ma jista' jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn l-oġġetti sikwit ma jkunux ppakkjati, immarkati jew tikkettati skont l-ADR. Kull sena, il-pulizija twettaq bosta mijiet ta' operazzjonijiet ta' trasport ta' dan it-tip. Fil-każ ta' alkoħol bil-kuntrabandu, dan irid jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat sa faċilità fejn jinżammu l-provi, u wara lejn faċilità biex jinqered; dawn it-tnejn tal-aħħar jistgħu jkunu 'l bogħod mhux ħażin minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: (a) kull pakkett ma jeħtiġlux ikollu tikketta, u (b) ma jkunx meħtieġ li jintużaw pakketti approvati. Madankollu, kull palit li jkollu imballaġġ bħal dan għandu jkollu tikketti korretti. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha jeħtieġ li jiġu ssodisfati. Kull sena isiru madwar 20 operazzjoni ta' trasport ta' dan it-tip.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–SE–5

Suġġett: Trasport ta' oġġetti perikolużi ġewwa u qrib ħafna ta' portijiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokumenti li għandhom jinġarru fl-unità ta' trasport; kull unità ta' trasport li ġġorr oġġetti perikolużi għandha tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Mhuwiex meħtieġ li jinġarru dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fl-unità tat-trasport.

Mhuwiex meħtieġ li l-unità tat-trasport tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat fil-punt 8.1.5.

It-tratturi ma jeħtiġux ċertifikat tal-approvazzjoni.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Qabbel id-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–SE–6

Suġġett: Iċ-ċertifikat tal-ispetturi tat-taħriġ tal-ADR.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi jeħtieġ li jattendu korsijiet ta' taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispetturi li jwettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vetturi ma jeħtiġilhomx jattendu l-korsijiet tat-taħriġ imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: F'xi każijiet vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati bl-ispezzjoni teknika jistgħu jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi bħala tagħbija, eż. tankijiet mhux imnaddfa u vojta.

Ir-rekwiżiti f'1.3 u 8.2.3 għadhom japplikaw.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–SE–7

Suġġett: Id-distribuzzjoni lokali tan-NU 1202, 1203 u 1223 f'tankers.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal kontejners tank, id-deskrizzjoni għandha tkun skont 5.4.1.1.6. L-isem u l-indirizz ta' aktar minn destinatarju wieħed jistgħu jitniżżlu f'dokumenti oħra.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta, mhux imnaddfa jew kontejners tank id-deskrizzjoni fid-dokument ta' trasport skont 5.4.1.1.6 ma tkunx meħtieġa jekk l-ammont ta' sustanza fil-pjan ta' tagħbija ikun immarkat b'0. L-isem u l-indirizz tad-destinatarji mhumiex meħtieġa fl-ebda dokument abbord il-vettura.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–SE–9

Suġġett: It-trasport lokali b'rabta ma' siti agrikoli jew siti ta' kostruzzjoni.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4, 6.8 u 9.1.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport; Il-kostruzzjoni tat-tankijiet; Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali b'rabta ma' siti agrikoli jew siti ta' kostruzzjoni jista' ma jikkonformax ma' xi regolamenti:

(a)

id-dikjarazzjoni ta' oġġetti perikolużi mhix meħtieġa.

(b)

tankijiet/kontejners qodma mhux magħmula b'mod konformi mal-Kapitolu 6.8, iżda b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali aktar antika, u li jkunu mwaħħla fuq vaguni tal-ekwipaġġ, xorta jistgħu jibqgħu jintużaw;

(c)

tankers eqdem, li ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 6.7 jew 6.8, u li huma maħsuba għat-trasport ta' sustanzi tan-NU 1268, 1999, 3256 u 3257, b'tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, xorta jista' jibqa' jintuża għat-trasport lokali u fil-viċinanzi ta' postijiet fejn ikun qed isiru xogħlijiet fuq it-toroq;

(d)

ċertifikat ta' approvazzjoni għal vaguni tal-ekwipaġġ u tankers b'tagħmir ta' kisi ta' wiċċ it-triq jew mingħajru ma jkunx meħtieġ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Vagun tal-ekwipaġġ huwa xorta ta' karavan għall-ekwipaġġ tax-xogħol, b'kamra għall-ekwipaġġ u mwaħħal b'tank/kontejner mhux approvat għad-diżil maħsub għat-tħaddim ta' tratturi tal-foresti.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–SE–10

Suġġett: Trasport ta' splussiv f'tankijiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-isplussivi jistgħu jkunu ppakkjati skont il-punt 4.1.4 biss.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport tal-isplussivi f'tankijiet. It-trasport f'tankijiet huwa biss permess għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta' awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti.

Vettura mgħobbija bi splussivi f'tankijiet jeħtieġ li tkun immarkata skont 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2. u 5.3.1.4. Vettura waħda biss fl-unità ta' trasport jista' jkun fiha oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Specific regulations for the domestic transport of dangerous goods by road issued in accordance with the Transport of Dangerous Goods Act and the Swedish regulation SÄIFS 1993:4.

Kummenti: Din tapplika biss għal trasport domestiku u meta l-operazzjoni tat-trasport tkun fil-parti l-kbira ta' natura lokali. Ir-regolamenti kkonċernati kienu fis-seħħ qabel ma l-Iżvezja saret membru tal-Unjoni Ewropea.

Żewġ kumpaniji biss iwettqu operazzjonijiet ta' trasport tal-isplussivi f'vetturi b'tank. Fil-futur qarib huwa mistenni li sseħħ tranżizzjoni għal emulsjonijiet.

Id-deroga l-antika Nru 84.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–SE–11

Suġġett: Il-liċenzja ta' sewwieq.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-taħriġ ta' sewwieqa ma jitħalliex isir għal kull vettura msemmija fi 8.2.1.1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Specific regulations for the domestic transport of dangerous goods by road issued in accordance with the Transport of Dangerous Goods Act.

Kummenti: Trasport lokali.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–SE–12

Suġġett: Trasport ta' logħob tan-nar NU 0335.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: l-Anness B, 7.2.4, V2(1).

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu ta' vetturi EX/II u EX/III.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jinġarr logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2(1) f'7.2.4 tapplika biss għall-kontenut nett ta' splussiv ta' iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), sakemm il-logħob tan-nar jiġi assenjat b'NU 0335 skont it-tabella standard tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar f'2.1.3.5.5 tal-erbatax-il edizzjoni riveduta tan-NU.

Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi.

Assenjament bħal dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika tal-assenjament fuq l-unità tat-trasport.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi SSpecific regulations for the domestic transport of dangerous goods by road issued in accordance with the Transport of Dangerous Goods Act.

Kummenti: It-trasport ta' logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta jaqleb minn April għal Mejju. Il-ġarr mingħand l-ispedituri sat-terminals jista' jsir mill-flotta attwali tal-vetturi bl-approvazzjoni EX mingħajr problemi kbar. Madankollu, id-distribuzzjoni kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni tax-xiri kif ukoll ta' dak li jibqa' lura lejn it-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta' vetturi bl-approvazzjoni EX. It-trasportaturi mhumiex interessati li jinvestu f'approvazzjonijiet bħal dawn minħabba li ma jkunux jistgħu jirkupraw l-ispejjeż tagħhom. Dan jipperikola l-eżistenza tal-ispedituri tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq.

Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar għandha ssir abbażi tal-lista standard fir-Rakkomandazjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb l-aktar klassifikazzjoni aġġornata possibbli.

Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-Dispożizzjoni Speċjali 651, 3.3.1 tal-ADR 2005.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–SE–13

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-bi-DK-4.

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(b)(i) (Trasport lokali fuq distanzi qosra).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva:

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om visa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti:

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2022.

UK ir-Renju Unit

RO–bi–UK–1

Suġġett: Il-passaġġ minn toroq pubbliċi b'vetturi li jġorru oġġetti perikolużi (N8).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta' oġġetti perikolużi fuq toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-waqfien tal-applikazzjoni tar-regolamenti dwar oġġetti perikolużi għall-ġarr ġewwa bini privat separat bi triq. Għall-Klassi 7, din id-deroga ma tapplika għal ebda dispożizzjoni tar-Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 3 Schedule 2(3)(b); Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 3(3)(b).

Kummenti: Sitwazzjoni tista' sseħħ faċilment meta oġġetti jiġu trasferiti bejn binjiet privati li jkunu jinsabu fuq iż-żewġ naħat ta' triq. Dan ma jkunx jikkostitwixxi ġarr ta' oġġetti perikolużi minn triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u l-ebda mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar l-oġġetti perikolużi ma għandha tapplika f'każ bħal dan.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–UK–2

Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew l-assistent ta' sewwieq jiftaħ pakketti ta' oġġetti perikolużi f'katina ta' distribuzzjoni lokali minn depożitu ta' distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent finali u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut s'għand l-utent finali (għajr il-Klassi 7) (N11).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni li s-sewwieq jew l-assistent ta' sewwieq jiftaħ pakketti ta' oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni ta' ftuħ ta' pakketti hija kkwalifikata bil-kundizzjoni “Unless authorised to do so by the operator of the vehicle” (Għajr f'każ ta' awtorizzazzjoni mill-operatur tal-vettura).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 12(3).

Kummenti: Jekk dan jinftiehem litteralment, il-projbizzjoni kif miktuba fl-Anness tista' toħloq problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–UK–3

Suġġett: Dispożizzjonijiet alternattivi għat-trasport ta' btieti tal-injam li fihom NU 3065 tal-Grupp tal-Ippakkjar III.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.4, 4.1, 5.2 u 5.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti tal-imballaġġ u tat-tikkettar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-ġarr ta' xorb alkoħoliku b'kontenut ta' alkoħol iktar minn 24 %, iżda inqas minn 70 % f'termini ta' volum (Grupp tal-Ippakkjar III) fi btieti tal-injam li mhumiex approvati mill-NU li ma għandhomx tikketti ta' periklu, soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti għat-tagħbija u għall-vetturi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(13) and (14).

Kummenti: Dan huwa prodott b'valur għoli soġġett għad-dazju tas-sisa tal-gvern li jrid jinġarr bejn id-distillerija u l-imħażen marbuta magħha f'vetturi ssiġillati u sikuri li juru s-siġilli tad-dazju tal-gvern. It-tnaqqis tar-rekwiżiti fuq l-imballaġġ u t-tikkettar jitqies fir-rekwiżiti addizzjonali biex tkun żgurata s-sikurezza.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–UK–4

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–12.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007 Part 1.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RO–bi–UK–5

Suġġett: Il-ġbir ta' batteriji użati għar-rimi jew riċiklaġġ.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-Dispożizzjoni Speċjali 636.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin għad-Dispożizzjoni Speċjali 636 tal-Kapitolu 3.3:

Iċ-ċelluli u l-batteriji użati tal-litju (NU 3090 u NU 3091) miġbura u miġjuba għall-ġarr biex jintremew bejn il-punt ta' ġbir tal-konsumatur u l-faċilità intermedjarja tal-ipproċessar, flimkien ma' ċelluli jew batteriji oħra li mhumiex tal-litju (NU 2800 u NU 3028), mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-ADR jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Għandhom ikunu ppakkjati fi krietel IH2 jew f'kaxxi 4H2 li jikkonformaw mal-livell ta' prestazzjoni tal-grupp II tal-ippakkjar għas-solidi;

Mhux aktar minn 5 % ta' kull pakkett għandu jkun litju u batteriji tal-litju;

Il-massa grossa massima ta' kull pakkett ma għandhiex taqbeż il-25 kg;

Il-kwantità totali tal-pakketti għal kull Unità tat-Trasport ma għandhiex taqbeż it-333 kg;

Ma jista' jinġarr l-ebda oġġett perikoluż ieħor.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment 2007 part 1.

Kummenti: Il-punti ta' ġbir tal-konsumaturi ġeneralment ikunu fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u mhuwiex prattiku li jitħarrġu għadd kbir ta' nies biex jifirdu u jippakkjaw il-batteriji użati skont l-ADR. Is-sistema tar-Renju Unit tkun topera skont linji gwida stabbiliti mill-“UK Waste and Resources Action Programme” u tkun tinvolvi l-forniment ta' imballaġġ adattat u konformi mal-ADR u struzzjonijiet xierqa.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.”

(2)

Fl-Anness II, it-Taqsima II.3 tinbidel b'dan li ġej:

“II.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta' oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RA-a/bi/bii-MS-nn

RA= Ferrovija

a/bi/bii= Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS= Taqsira għal Stat Membru

nn= numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE il-Ġermanja

RA–a–DE–2

Suġġett: Awtorizzazzjoni għal imballaġġ ikkombinat.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta' imballaġġ ikkombinat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta' imballaġġ ikkombinat ta' oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u tat-trattamenti fil-Klassijiet 3 u 6.1 (numri NU elenkati) bħala settijiet li għandhom jinbiegħu f'imballaġġ ikkombinat fil-grupp tal-imballaġġ II u fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30g.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

FR Franza

RA–a–FR–3

Suġġett: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħrif dwar il-materjali perikolużi jrid ikun imniżżel fuq in-nota tal-kunsinna.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju ta' kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti preskritti f'1.1.3.6 mhuwiex soġġett għad-dikjarazzjoni dwar it-tagħbija.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer — Article 20.2.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RA–a–FR–4

Suġġett: Eżenzjoni mit-twaħħil ta' tikketti fuq ċerti vaguni tal-posta.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-obbligu tat-twaħħil ta' tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dawk il-vaguni tal-posta biss li jġorru aktar minn 3 tunnellati ta' materjal tal-istess klassi (li mhux dak tal-Klassi 1, 6.2 jew 7) jeħtieġ li jitwaħħlulhom tikketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer — Article 21.1.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

SE l-Iżvezja

RA–a–SE–1

Suġġett: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b'tikketti.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Vaguni tal-ferrovija li jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi għandhom ikunu mmarkati bit-tikketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b'tikketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Jeżistu limiti għall-kwantitajiet fl-RID għall-oġġetti definiti bħala oġġetti express. Għalhekk hija kwistjoni ta' kwantitajiet żgħar.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

UK ir-Renju Unit

RA–a–UK–1

Suġġett: Trasport ta' oġġetti li fihom ċertu materjal b'radjuattività baxxa bħal arloġġi, detetturi tad-duħħan, boxxli.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tar-RID.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-trasport ta' materjal tal-Klassi 7.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali dwar ċerti prodott kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta' materjal radjuattiv.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal perjodu qasir, li ma tibqax aktar meħtieġa meta emendi simili għar-regoli tal-IAEA jiġu inkorporati fl-RID.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RA–a–UK–2

Suġġett: Tnaqqis tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta' tagħbijiet imħallta ta' splussivi, u ta' splussivi ma' oġġetti oħra perikolużi, ġewwa vaguni, vetturi u kontejners (N4/5/6).

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta' tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta' tagħbija mħallta ta' splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista' jitwettaq mingħajr riskju.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit tal-isplussiv ma' splussiv ieħor kif ukoll ta' splussiv ma' oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni se jkollha limitu ta' kwantità fuq waħda jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk “il-miżuri prattiċi kollha jkunu ttieħdu b'mod raġonevoli sabiex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f'kuntatt ma', jew inkella jpoġġu fil-periklu jew ikunu mhedda minn dawn l-oġġetti”.

Eżempji ta' varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista' jippermetti huma:

1.

Splussivi li ġew allokati n-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jistgħu jiġu trasportati fl-istess vettura mal-oġġetti perikolużi bin-numru ta' klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta' NU 1942 li tista' tinġarr għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv 1.1D.

2.

Splussivi kklassifikati bin-Numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431 jew 0453 jistgħu jinġarru fl-istess vettura ma' oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta' gassijiet fjammabbli, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tal-kategorija tat-trasport 2 jew tal-oġġetti perikolużi tal-kategorija tat-trasport 3, jew kull taħlita tagħhom, sakemm il-massa jew il-volum totali ta' oġġetti perikolużi tal-kategorija tat-trasport 2 ma jaqbżux il-500 kg jew (1) litru u l-massa totali netta ta' dawn l-splussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3.

Splussivi ta' 1,4G jistgħu jinġarru flimkien ma' likwidi u gassijiet fjammabbli fil-kategorija tat-trasport 2 jew ma' gassijiet mhux fjammabbli u mhux tossiċi fil-kategorija tat-trasport 3, jew fi kwalunkwe taħlita tagħhom fl-istess vettura, sakemm il-massa jew il-volum totali ta' oġġetti perikolużi flimkien ma jaqbżux il-200 kg jew (1) litru u l-massa totali netta ta' splussiv ma taqbiżx l-20 kg.

4.

Oġġetti splussivi bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma' oġġetti splussivi fil-Grupp ta' Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom huma komponenti. Il-kwantità totali ta' splussivi bin-Numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex taqbeż l-20 kg.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RA–a–UK–3

Suġġett: Li tkun permessa kwantità totali massima għal kull unità ta' trasport għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-tabella fil-punt 1.1.3.1.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet relatati man-natura tal-operazzjoni tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Biex jiġu stabbiliti regoli li jirrigwardaw eżenzjonijiet fuq il-kwantitajiet limitati u l-ġarr imħallat ta' splussiv.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(b).

Kummenti: Biex jiġu permessi limiti differenti ta' kwantitajiet limitati u fatturi ta' multiplikazzjoni għat-tagħbija mħallta ta' oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri “50” għall-Kategorija 1 u “500” għall-Kategorija 2. Għal raġunijiet ta' kalkolu tat-tagħbija mħallta, il-fatturi ta' multiplikazzjoni għandhom jinqraw “20” għall-Kategorija tat-Trasport 1 u “2” għall-Kategorija tat-Trasport 2.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RA–a–UK–4

Suġġett: Adozzjoni ta' RA–a–FR–6.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.3.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-tnaqqis tar-rekwiżit tal-plakards għall-hekk imsejjaħ “piggyback carriage”.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-rekwiżit tal-plakards ma japplikax f'każijiet meta l-plakards tal-vettura jkunu viżibbli b'mod ċar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(12).

Kummenti: Din minn dejjem kienet dispożizzjoni nazzjonali tar-Renju Unit.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RA–a–UK–5

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta' oġġetti f'imballaġġi interni lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti (bl-esklużjoni ta' dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożitu ta' distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarin.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u għall-ittestjar tal-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġi mhumiex meħtieġa li jkollhom il-marka RID/ADR jew NU.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007: Regulation 26.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-RID mhumiex adatti għall-aħħar stadji tal-ġarr minn ċentru ta' distribuzzjoni għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-iskop ta' din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-imballaġġ ta' barra.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE il-Ġermanja

RA–bi–DE–2

Suġġett: Trasport ta' skart perikoluż ippakkjat.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta' skart perikoluż f'pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f'imballaġġ intern (kif jinġabar) u maqsum f'kategoriji speċifiċi ta' skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f'xi grupp ta' skart); l-użu ta' struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta' skart u bħala polza tal-vjeġġ; il-ġbir ta' skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

RA–bi–DE–3

Suġġett: It-trasport lokali ta' NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-imballaġġ I, f'vaguni b'tank tal-ferrovija.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8, 6.8.2.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni ta' tankijiet u ta' vaguni b'tank. Is-Subtaqsima 6.8.2.3 tal-Kapitolu 6.8, tirrikjedi l-approvazzjoni tat-tip għal tankijiet li jġorru NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali ta' NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-imballaġġ I, fuq distanzi qosra (minn Sassnitz-Mukran sa Lutherstadt Wittenberg-Piesteritz u Bitterfeld) f'vaguni b'tank tal-ferrovija mibnija skont l-istandards Russi. It-trasport tal-oġġetti huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 1/92.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020 (awtorizzazzjoni estiża).

DK id-Danimarka

RA–bi–DK–1

Suġġett: Ġarr ta' oġġetti perikolużi minn mini.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanżi protettivi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fit-Taqsima II.1 tal-Anness II tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi minn taħt il-Great Belt. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta' oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, il-15 ta' Frar 2005.

Kummenti:

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2022.

RA–bi–DK–2

Suġġett: Ġarr ta' oġġetti perikolużi minn mini.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanżi protettivi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fit-Taqsima II.1 tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi minn Øresund. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta' oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, il-15 ta' Frar 2005.

Kummenti:

Data ta' skadenza: it-28 ta' Frar 2022.

SE l-Iżvezja

RA–bi–SE–1

Suġġett: Ġarr ta' skart perikoluż għal impjanti ta' rimi ta' skart perikoluż.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5 u 6.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr ta' pakketti li jkun fihom oġġetti perikolużi bħala skart għandu jitwettaq f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li minnha huma biss permessi ftit eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet mhumiex permessi għat-tipi kollha ta' sustanzi u oġġetti.

L-eżenzjonijiet prinċipali huma:

Imballaġġi żgħar (inqas minn 30 kg) ta' oġġetti perikolużi bħala skart jistgħu jiġu ppakkjati f'imballaġġi, inklużi IBCs u imballaġġi kbar, mingħajr ma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tat-Taqsima II.1 tal-Anness II ta' din id-Direttiva. L-imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġ kbir ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati bl-istess mod bħal meta dawn jiġu ttestjati meta jkunu ppreparati għall-ġarr b'kampjun rappreżentattiv ta' imballaġġ zgħir ġo fihom.

Dan huwa permess sakemm:

l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ikunu konformi mat-tip li jkun ġie ttestjat u approvat skont il-grupp tal-ippakkjar I jew II tad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Taqsimiet 6.1, 6.5 jew 6.6 tat-Taqsima II.1 tal-Anness II ta' din id-Direttiva;

l-imballaġġi ż-żgħar jiġu ppakkjati b'materjal assorbenti li jżomm kwalunkwe likwidu li jista' joħroġ fl-imballaġġi esterni, l-IBCs jew fl-imballaġġi l-kbar waqt it-trasport; u

l-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar kif imħejjija għall-ġarr ikollhom massa grossa ta' mhux aktar mill-massa grossa permessa ddikjarata fuq l-immarkar tat-tip ta' disinn tan-NU għall-gruppi tal-ippakkjar I jew II għall-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar; u

is-sentenza li ġejja hija inkluża fid-dokument tat-trasport “Ippakkjat skont il-parti 16 tal-RID-S”

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Specific regulations for the domestic transport of dangerous goods by rail issued in accordance with the Transport of Dangerous Goods Act.

Kummenti: Is-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tat-Taqsima II.1 tal-Anness II, ta' din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu applikati għax l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar għandhom jiġu ttestjati b'kampjun rappreżentattiv ta' skart, li huwa diffiċli li jitbassar minn qabel.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021.

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(ii) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE il-Ġermanja

RA–bi–DE–1

Suġġett: It-trasport lokali ta' NU 1051 (Ċjanur tal-Idroġenu, stabbilizzat, likwidu, li fih 1 % jew inqas ta' ilma skont il-massa), f'vaguni b'tank tal-ferrovija, li jidderogaw mis-Subtaqsima 1 tal-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni fuq it-trasport ta' NU 1051 (ċjanur tal-idroġenu), stabbilizzat, likwidu li fih 1 % jew inqas ta' ilma skont il-massa, f'vaguni b'tank tal-ferrovija (tankijiet RID).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija fuq rotot identifikati partikolari, li jifforma parti minn proċess industrijali definit, u li jkun ikkontrollat mill-qrib f'kondizzjonijiet speċifikati b'mod ċar. It-trasport iseħħ f'vaguni b'tank li għandhom liċenzja speċifika għal dan l-iskop u li l-kostruzzjoni u l-immuntar tagħhom jiġu kontinwament adattati skont l-aħħar teknoloġija tas-sikurezza. Il-proċess tat-trasport huwa regolat fid-dettall permezz ta' dispożizzjonijiet ulterjuri tas-sikurezza operattiva bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti għas-sikurezza u kontra l-periklu u jiġi mmonitorjat mill-awtoritajiet ta' sorveljanza rilevanti.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: Ausnahmezulassung Eisenbahn-Bundesamt, No E 1/97.

Tmiem il-perjodu ta' validità: l-1 ta' Jannar 2023.

RA–bii–DE–2

Suġġett: it-trasport lokali fuq rotot iddeżinjati ta' NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-imballaġġ I, f'kontejners fuq vaguni.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 7.3.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għat-trasport fi kwantitajiet kbar. Il-Kapitolu 3.2, it-Tabella A, ma jippermettix li l-karbur tal-kalċju jinġarr fi kwantitajiet kbar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija tan-NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-imballaġġ I, fuq rotot speċifikament iddeżinjati, bħala parti minn proċess industrijali ddefinit u kkontrollat mill-qrib f'kundizzjonijiet speċifikati b'mod ċar. It-tagħbijiet jinġarru f'kontejners f'vaguni mibnija apposta. It-trasport tal-oġġetti huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 3/10.

Data ta' skadenza: il-15 ta' Jannar 2024”


Top