EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0047

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/47 tat-18 ta' Jannar 2016 li jemenda għall-241 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

OJ L 12, 19.1.2016, p. 42–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/47/oj

19.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/42


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/47

tat-18 ta' Jannar 2016

li jemenda għall-241 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-30 ta' Diċembru 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jemenda annotazzjoni waħda mil-lista tal-persuni, tal-gruppi u tal-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Fis-7 ta' Jannar 2016 ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 ġie emendat għall-240 darba. Għad hemm bżonn ta' aktar emendi sabiex jiġu aġġornati wħud minn dawn l-annotazzjonijiet. Barra minn hekk, fil-11 ta' Jannar 2016, il-KSNU ddeċieda li jneħħi annotazzjoni waħda minn din il-lista. Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” huma emendati kif ġej:

(a)

L-annotazzjoni “Ibrahim Mohamed Khalil (magħruf bħala (a) Khalil Ibrahim Jassem, (b) Khalil Ibrahim Mohammad, (c) Khalil Ibrahim Al Zafiri, (d) Khalil). Data tat-twelid: (a) 2.7.1975, (b) 2.5.1972, (c) 3.7.1975, (d) 1972, (e) 2.5.1975. Post tat-twelid: (a) Day Az-Zawr, is-Sirja, (b) Bagdad, l-Iraq, (c) Mosul, l-Iraq. Nazzjonalità: Sirjana. Numru tal-passaport: T04338017 (Awtorizzazzjoni provviżorja għal applikanti għall-ażil maħruġa mill-Uffiċċju tal-Barranin tal-belt ta' Mainz, skadiet fit-8.5.2013). Indirizz: Il-post ta' kenn għar-Refuġjati Alte Ziegelei, 55128 Mainz, il-Ġermanja. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 6.12.2005.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Ibrahim Mohamed Khalil (magħruf bħala (a) Khalil Ibrahim Jassem, (b) Khalil Ibrahim Mohammad, (c) Khalil Ibrahim Al Zafiri, (d) Khalil, (e) Khalil Ibrahim al-Zahiri). Data tat-twelid: (a) 2.7.1975, (b) 2.5.1972, (c) 3.7.1975, (d) 1972, (e) 2.5.1975. Post tat-twelid: (a) Dayr Az-Zaw, is-Sirja, (b) Bagdad, l-Iraq, (c) Mosul, l-Iraq. Nazzjonalità: Sirjana. Numru tal-passaport: T04338017. Indirizz: Il-post ta' kenn għar-Refuġjati Alte Ziegelei, 55128 Mainz, il-Ġermanja. Ir-ritratt u l-marki tas-swaba' huma disponibbli biex jiddaħħlu fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 6.12.2005.”

(b)

L-annotazzjoni “Najmuddin Faraj Ahmad (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Krekar, (b) Fateh Najm Eddine Farraj, (c) Faraj Ahmad Najmuddin). Indirizz: Heimdalsgate 36-V, 0578 Oslo, in-Norveġja. Data tat-twelid: (a) 7.7.1956, (b) 17.6.1963. Post tat-twelid: Olaqloo Sharbajer, il-governorat ta' Al-Sulaymaniyah, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina.” Hija sostitwita b'dan li ġej:

“Najmuddin Faraj Ahmad (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Krekar, (b) Fateh Najm Eddine Farraj, (c) Faraj Ahmad Najmuddin). In-Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: In-numru tal-kard tar-raxin 0075258. Indirizz: Heimdalsgate 36-V, 0578 Oslo, in-Norveġja. Data tat-twelid: (a) 7.7.1956, (b) 17.6.1963. Post tat-twelid: Olaqloo Sharbajer, il-governorat ta' Al-Sulaymaniyah, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Tagħrif ieħor: Isem l-omm: Masouma Abd al-Rahman. Ir-ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.”

(c)

L-annotazzjoni “Ibrahim Awwad Ibrahim Ali Al-Badri Al-Samarrai (magħruf bħala (a) Dr. Ibrahim ‘Awwad Ibrahim’ Ali al-Badri al-Samarrai', (b) Ibrahim 'Awad Ibrahim al-Badri al-Samarrai, (c) Ibrahim 'Awad Ibrahim al-Samarra'i, (d) Dr. Ibrahim Awwad Ibrahim al-Samarra'i, (e) Abu Du'a, (f) Abu Duaa, (g) Dr. Ibrahim, (h) Abu Bakr al-Baghdadi al-Husayni al-Quraishi, (i) Abu Bakr al-Baghdadi. Titlu: Dott. Indirizz: l-Iraq. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: (a) Samarra, l-Iraq, (b) l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Tagħrif ieħor: (a) Mexxej tal-Al-Qaida fl-Iraq; (b) Bħalissa bbażat fl-Iraq; (c) Huwa l-aktar magħruf bin-nom de guerre (Abu Du'a, Abu Duaa'). Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 5.10.2011.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Ibrahim Awwad Ibrahim Ali Al-Badri Al-Samarrai (magħruf bħala (a) Dr. Ibrahim ‘Awwad Ibrahim’ Ali al-Badri al-Samarrai', (b) Ibrahim 'Awad Ibrahim al-Badri al-Samarrai, (c) Ibrahim 'Awad Ibrahim al-Samarra'i, (d) Dr. Ibrahim Awwad Ibrahim al-Samarra'i, (e) Abu Du'a, (f) Abu Duaa, (g) Dr. Ibrahim, (h) Abu Bakr al-Baghdadi al-Husayni al-Quraishi, (i) Abu Bakr al-Baghdadi. Titlu: Dott. Indirizz: (a) l-Iraq; (b) is-Sirja. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: (a) Samarra, l-Iraq, (b) l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. In-numru ta' identifikazzjoni: In-numru tal-kard tar-raxin 0134852. Tagħrif ieħor: (a) Bħalissa bbażat fl-Iraq u fis-Sirja; (b) Huwa l-aktar magħruf bin-nom de guerre (Abu Du'a, Abu Duaa'); (c) Isem martu: Saja Hamid al-Dulaimi; (d) Isem martu: Asma Fawzi Mohammed al-Kubaissi; (e) Deskrizzjoni: Tul: 1,65 m. Piż: 85 kg. Għajnejn u xagħar suwed. Ġilda bajda. Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 5.10.2011.”

(d)

L-annotazzjoni “Akhmed Rajapovich Chataev (magħruf bħala (a) Akhmad Shishani, (b) David Mayer, (c) Elmir Sene, (d) Odnorukiy) Data tat-twelid: 14.7.1980; Post tat-twelid: Il-villaġġ Vedeno, id-distrett ta' Vedenskiy, ir-Repubblika taċ-Ċeċenja, il-Federazzjoni Russa; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lokalizzat f'Awwissu 2015), b) l-Iraq (lok alternattiv possibbli f'Awwissu 2015); In-Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: 9600133195 (in-numru tal-passaport nazzjonali Russu maħruġ fid-distrett ta' Vedenskiy, ir-Repubblika taċ-Ċeċenja, il-Federazzjoni Russa mid-Dipartiment tal-Affarijiet Interni); Tagħrif ieħor: a) Deskrizzjoni fiżika: kulur l-għajnejn: kannella, kulur ix-xagħar: iswed, sura: magħqud; marki distintivi: wiċċ ovali, id-daqna, għandu neqsin idu l-leminija u siequ x-xellugija, jitkellem bir-Russu, biċ-Ċeċen u possibbilment bil-Ġermaniż u bl-Għarbi. b) Ir-ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Akhmed Rajapovich Chataev (magħruf bħala (a) Akhmad Shishani, (b) David Mayer, (c) Elmir Sene, (d) Odnorukiy) Data tat-twelid: 14.7.1980; Post tat-twelid: Il-villaġġ Vedeno, id-distrett ta' Vedenskiy, ir-Repubblika taċ-Ċeċenja, il-Federazzjoni Russa; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lokalizzat f'Awwissu 2015), b) l-Iraq (lok alternattiv possibbli f'Awwissu 2015); Nazzjonalità: Russa In-Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: 9600133195 (in-numru tal-passaport nazzjonali Russu maħruġ fid-distrett ta' Vedenskiy, ir-Repubblika taċ-Ċeċenja, il-Federazzjoni Russa mid-Dipartiment tal-Affarijiet Interni); Tagħrif ieħor: a) Deskrizzjoni fiżika: kulur l-għajnejn: kannella, kulur ix-xagħar: iswed, sura: magħqud; marki distintivi: wiċċ ovali, id-daqna, għandu neqsin idu l-leminija u siequ x-xellugija, jitkellem bir-Russu, biċ-Ċeċen u possibbilment bil-Ġermaniż u bl-Għarbi. b) Ir-ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.”

(2)

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija mħassra:

“Abd Al Wahab Abd Al Hafiz (magħruf bħala (a) Mouloud Ferdjani, (b) Abdelwahab Abdelhafid, (c) Abdel Wahab Abdelhafid, (d) Abdewahab Abdel Hafid, (e) Abedel Wahad Abdelhafio, (f) Abdelouahab Abdelhafid, (g) Mourad, (h) Said, (i) Rabah Di Roma). Data tat-twelid: 7.9.1967, (b) 30.10.1968. Post tat-twelid: (a) l-Alġier, l-Algerija; (b) l-Algerija, (c) El Harrach, l-Algerija. Nazzjonalità: In-numru tal-passaport Alġerin: 3525282 (in-numru Alġerin. Maħruġ taħt l-isem Abdelouahab Abdelhafid). Tagħrif ieħor: Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.3.2004.”


Top