Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1317

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1317 tat-28 ta' Lulju 2016 li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Belġju fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 208, 2.8.2016, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1317/oj

    2.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 208/45


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1317

    tat-28 ta' Lulju 2016

    li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Belġju fil-Kumitat tar-Reġjuni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

    (2)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandat sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta' dan is-Sur Hicham IMANE (Député wallon) ġie propost,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

    Is-Sur Hicham IMANE, Conseiller communal de la Ville de Charleroi (bidla tal-mandat).

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. LAJČÁK


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

    (3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


    Top