EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0718

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 718/2012 tas- 7 ta’ Awwissu 2012 li jemenda għall-174 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

ĠU L 211, 8.8.2012, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/718/oj

8.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 718/2012

tas-7 ta’ Awwissu 2012

li jemenda għall-174 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-26 ta’ Lulju 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista tiegħu ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat b’dan li ġej:

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha titħassar:

“Bekkay Harrach (alias (a) Abu Talha al Maghrabi, (b) al Hafidh Abu Talha der Deutsche (‘al Hafidh Abu Talha l-Ġermaniż’)). Data tat-twelid: 4.9.1977. Post tat-twelid: Berkane, il-Marokk. Nazzjonalità: Ġermaniż. Numru tal-passaport: 5208116575 (passaport Ġermaniż maħruġ f’Bonn, il-Ġermanja, validu sas-7.9.2013). Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: (a) 5209243072 (Bundespersonalausweis Ġermaniż (karta tal-identità nazzjonali), maħruġa f’Bonn, il-Ġermanja, valida sas-7.9.2013, (b) J17001W6Z12 (liċenzja tas-sewqan Ġermaniża, maħruġa f’Bonn, il-Ġermanja). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 27.5.2009. Tagħrif ieħor: Huwa meqjus li kien fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan/Pakistan f’April 2009.”


Top