EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0513

2012/513/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUMM GEORGIA/1/2012 tal- 14 ta’ Settembru 2012 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia)

ĠU L 257, 25.9.2012, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/09/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/513/oj

25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUMM GEORGIA/1/2012

tal-14 ta’ Settembru 2012

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia)

(2012/513/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (1), kifemendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/536/PESK (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini li jeżerċita kontroll politiku u direzzjoni strateġika ta' EUMM Georgia, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fl-1 ta' Lulju 2011, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (GħR), il- KPS adotta d-Deċiżjoni EUMM/1/2011 (3) li taħtar lis-Sur Andrzej TYSZKIEWICZ bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Settembru 2011. Il-mandat tiegħu ġie estiż sal-14 ta' Settembru 2012 bid-Deċiżjoni tal-KPS 2011/539/PESK (4).

(3)

Fit-13 ta' Settembru, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/503/PESK (5) li testendi t-tul tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Settembru 2013.

(4)

Fit-12 ta' Settembru 2012, ir-RGħ ipproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Andrzej TYSZKIEWICZ bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Settembru 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Andrzej TYSZKIEWICZ bħala Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia) huwa b'dan estiż sal-14 ta' Settembru 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.

(2)  ĠU L 236, 13.9.2011, p. 7.

(3)  ĠU L 175, 2.7.2011, p. 27.

(4)  ĠU L 238, 15.9.2011, p. 32.

(5)  ĠU L 249, 14.9.2012, p. 13.


Top