EUR-Lex Dostop do prava EU

Nazaj na domačo stran EUR-Lex

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 32011L0082

Direttiva 2011/82/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2011 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinarju ta' informazzjoni fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq

ĠU L 288, 5.11.2011, str. 1–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Pravni status dokumenta Ne velja več, Datum konca veljavnosti: 16/03/2015; Annullat minn 62012CJ0043 U Mibdul minn 32015L0413

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/82/oj

5.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/1


DIRETTIVA 2011/82/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Ottubru 2011

li tiffaċilita l-iskambju transkonfinarju ta' informazzjoni fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 87(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

It-titjib tas-sikurezza fit-toroq huwa għan prinċipali tal-politika tat-trasport tal-Unjoni. L-Unjoni qed issegwi politika għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, bil-għan li jitnaqqsu l-imwiet, il-korrimenti u l-ħsarat materjali. Element importanti ta' dik il-politika huwa l-infurzar konsistenti tas-sanzjonijiet għal dawk ir-reati tat-traffiku mwettqa fl-Unjoni li jipperikolaw b'mod konsiderevoli s-sikurezza fit-toroq.

(2)

Madankollu, minħabba nuqqas ta' proċeduri adegwati u minkejja l-possibilitajiet eżistenti taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (2) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (3) (id-"Deċiżjonijiet ta' Prüm"), sanzjonijiet fil-forma ta' pieni finanzjarji għal ċerti reati tat-traffiku ħafna drabi ma jkunux infurzati jekk dawk ir-reati jkunu twettqu b'vettura li tkun irreġistrata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn seħħ ir-reat. Din id-Direttiva timmira li tiżgura li f'tali każi wkoll għandha tkun żgurata l-effettività tal-investigazzjoni tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq.

(3)

Il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta' Lulju 2010 bl-isem " Lejn żona Ewropea ta' sikurezza tat-triq: orjentazzjonijiet ta' politika dwar is-sikurezza tat-triq 2011-2020", saħqet li l-infurzar jibqa' fattur ewlieni fil-ħolqien tal-kundizzjonijiet għal tnaqqis konsiderevoli fl-għadd ta' mwiet u korrimenti. Il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tat-2 ta' Diċembru 2010 dwar is-sikurezza fit-toroq, talab ukoll biex titqies il-ħtieġa li l-Istati Membri jsaħħu aktar l-infurzar tar-regoli tat-traffiku fit-toroq u, fejn xieraq, f'livell tal-Unjoni. Stieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibilitajiet li r-regoli tat-traffiku jkunu armonizzati f'livell tal-Unjoni meta jkun xieraq. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li tipproponi fil-futur miżuri oħra dwar il-faċilitazzjoni tal-infurzar transkonfinarju fir-rigward ta' reati tat-traffiku fit-toroq, l-aktar ta' dawk marbutin ma' inċidenti serji tat-traffiku.

(4)

Għandha tkun inkoraġġuta wkoll aktar konverġenza tal-miżuri ta' kontroll bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha teżamina f'dan ir-rigward il-ħtieġa li jiġu żviluppati standards komuni għal tagħmir ta' kontroll awtomatiku għall-kontrolli ta' sikurezza fit-toroq.

(5)

Għandha titqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini tal-Unjoni fir-rigward tar-regoli tat-traffiku għas-sikurezza fit-toroq fis-seħħ fi Stati Membri differenti u fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari permezz ta' miżuri adegwati li jiggarantixxu l-provvediment ta' informazzjoni suffiċjenti dwar il-konsegwenzi f'każ li ma jiġux rispettati r-regoli tat-traffiku għas-sikurezza fit-toroq waqt vjaġġar fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

(6)

Sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq fl-Unjoni Ewropea kollha u biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tas-sewwieqa, jiġifieri min iwettaq reat u jkun resident u min iwettaq reat u ma jkunx resident, l-infurzar għandu jiġi ffaċilitat irrispettivament mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-vettura. Għal dan il-għan, għandha tiġi stabbilita sistema għall-iskambju transkonfinarju ta' informazzjoni għal ċerti reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, irrispettivament min-natura amministrattiva jew kriminali tagħhom taħt il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat, li tagħti aċċess lill-Istat Membru tar-reat għad-data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi (VRD) tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-vettura.

(7)

Skambju transkonfinarju aktar effiċjenti ta' VRD, li għandu jiffaċilita l-identifikazzjoni ta' persuni suspettati li wettqu reat tat-traffiku fir-rigward tas-sikurezza fit-toroq, jista' jżid l-effett ta' deterrent u jħajjar imġiba aktar kawta mis-sewwieq ta' vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru tar-reat u b'hekk ikunu evitati vittmi minħabba inċidenti tat-traffiku fit-triq.

(8)

Ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq koperti minn din id-Direttiva mhumiex suġġetti għal trattament omoġenju fl-Istati Membri. Xi Stati Membri jikkwalifikaw tali reati bħala reati "amministrattivi" taħt il-liġi nazzjonali filwaqt li oħrajn jikkwalifikawhom bħala reati "kriminali". Din id-Direttiva għandha tapplika irrispettivament minn kif jikkwalifikaw dawk ir-reati taħt il-liġi nazzjonali.

(9)

Fil-qafas tad-Deċiżjonijiet ta' Prüm, l-Istati Membri jagħtu lil xulxin id-dritt tal-aċċess għall-VRD tagħhom sabiex itejbu l-iskambju tal-informazzjoni u jgħaġġlu l-proċeduri fis-seħħ. Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-disponibbiltà tal-iskambju ta’ data awtomatizzat stabbilit fid-Deċiżjonijiet ta' Prüm għandhom jiġu inklużi f'din id-Direttiva, safejn hu possibbli.

(10)

L-applikazzjonijiet tas-software eżistenti għandhom ikunu l-bażi għall-iskambju tad-data skont din id-Direttiva u fl-istess ħin għandhom jiffaċilitaw ir-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Tali applikazzjonijiet għandhom jipprovdu għal skambju mħaffef, sikur u konfidenzjali ta' VRD speċifika bejn l-Istati Membri. Għandu jittieħed vantaġġ mill-applikazzjoni tas-software tas-Sistema ta’ Informazzjoni Ewropea tal-Liċenzji tal-Vetturi u tas-Sewqan (Eucaris), li hija mandatorja għall-Istati Membri taħt id-Deċiżjonijiet ta' Prüm fir-rigward tal-VRD. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar valutazzjoni tal-funzjonament tal-applikazzjonijiet tas-software li ntużaw għall-fini ta' din id-Direttiva.

(11)

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-applikazzjonijiet tas-software msemmija hawn fuq għandu jkun limitat għall-proċessi użati fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-punti ta' kuntatt nazzjonali fl-Istati Membri. Il-proċeduri u l-proċessi awtomatizzati fejn tkun ser tintuża l-informazzjoni huma 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' tali applikazzjonijiet.

(12)

L-Istrateġija tal-Ġestjoni tal-Informazzjoni għas-sigurtà interna fl-UE timmira li ssib is-soluzzjonijiet l-aktar sempliċi u dawk l-aktar faċli biex ikunu traċċati u effettivi meta mqabbla man-nefqa għall-iskambju tad-data.

(13)

L-Istati Membri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jikkuntattjaw lis-sid, id-detentur tal-vettura jew lill-persuna identifikata b'mod ieħor li jkunu suspettati li wettqu r-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq sabiex iżommu l-persuna konċernata informata dwar il-proċeduri applikabbli u l-konsegwenzi legali taħt il-liġi tal-Istat Membru tar-reat. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jikkonsidraw li jibagħtu l-informazzjoni dwar ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq fil-lingwa tad-dokumenti ta' reġistrazzjoni jew il-lingwa li għandha l-akbar probabbiltà li tinftiehem mill-persuna kkonċernata, biex ikun żgurat li dik il-persuna tifhem b'mod ċar l-informazzjoni li tkun qed tiġi kondiviża mal-persuna konċernata. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri adegwati biex ikun żgurat li l-persuna konċernata biss tiġi infurmata u mhux parti terza. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw arranġamenti dettaljati simili għal dawk adottati sabiex dawn ir-reati jingħataw segwitu, inklużi mezzi bħal, meta jkun il-każ, kunsinna reġistrata. Dan jippermetti lil dik il-persuna tirrispondi għall-informazzjoni b'mod xieraq, partikolarment billi titlob għal aktar informazzjoni, tħallas il-multa jew billi teżerċita d-drittijiet tagħha ta' difiża, partikolarment f'każ ta' identità żbaljata. Aktar proċedimenti huma koperti mill-istrument legali applikabbli, li jinkludu strumenti dwar l-assistenza reċiproka jew dwar ir-rikonoxximent reċiproku, pereżempju d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta' Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal penali finanzjarji (4).

(14)

L-Istati Membri għandhom jikkonsidraw li jipprovdu traduzzjoni ekwivalenti fir-rigward tal-ittra ta' informazzjoni mibgħuta mill-Istat Membru tar-reat, kif previst fid-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (5).

(15)

Bl-iskop li titwettaq politika ta' sikurezza fit-toroq immirata lejn livell għoli ta' ħarsien għall-utenti tat-toroq kollha fl-Unjoni u li tqis id-differenzi kbar bejn iċ-ċirkostanzi rilevanti fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jaġixxu, bla ħsara għal linji politiċi u liġijiet aktar restrittivi, sabiex tiġi żgurata aktar konverġenza tar-regoli tat-traffiku għat-toroq u l-infurzar tagħhom fost l-Istati Membri. Fil-qafas tar-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha teżamina l-ħtieġa li jiġu żviluppati standards komuni sabiex jiġu stabbiliti metodi, prattika u standards minimi kumparabbli fil-livell tal-Unjoni filwaqt li jitqiesu l-koperazzjoni internazzjonali u l-ftehimiet eżistenti fil-qasam tas-sikurezza tat-toroq, b'mod partikolari il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar it-Traffiku tat-Triq tat-8 ta' Novembru 1968.

(16)

Fil-qafas tar-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha teżamina l-ħtieġa għal kriterji komuni dwar proċeduri ta' segwitu mill-Istati Membri fil-każ li ma titħallasx penali finanzjarja, f'konformità mal-liġijiet u l-proċeduri tal-Istati Membri. F'dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tindirizza kwistjonijiet bħall-proċeduri bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għat-trażmissjoni tad-deċiżjoni finali sabiex tiġi imposta sanzjoni u/jew piena finanzjarja kif ukoll l-għarfien u l-infurzar tad-deċiżjoni finali.

(17)

Fit-tħejjija tar-reviżjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-partijiet interessati rilevanti, bħall-awtoritajiet jew il-korpi tal-infurzar tal-liġi u tas-sikurezza fit-toroq, l-assoċjazzjonijiet tal-vittmi u organizzazzjonijiet mhux governattivi oħra li jkunu attivi fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq.

(18)

Il-kooperazzjoni eqreb bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandha timxi id f'id mar-rispett għad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-dritt ta' rispett għall-privatezza u għall-protezzjoni ta' data personali, garantita minn arranġamenti speċjali ta' protezzjoni tad-data, li għandhom jieħdu kont partikolari tan-natura speċifika tal-aċċess online transkonfinarju għall-bażijiet tad-data. Jeħtieġ li l-applikazzjonijiet tas-software li se jiġu stabbiliti jippermettu li l-iskambju ta' informazzjoni jsir f'kundizzjonijiet sikuri u li jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data mibgħuta. Id-data miġbura skont din id-Direttiva m'għandhiex tintuża għal skopijiet oħra għajr dawk ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom ikunu konformi mal-obbligi dwar il-kundizzjonijiet tal-użu u tal-ħżin temporanju tad-data.

(19)

Ladarba d-data relatata mal-identifikazzjoni ta' persuna li wettqet reat hija data personali, l-Istati Membri għadhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (6). Bla ħsara għall-konformità mar-rekwiżiti proċedurali tal-mekkaniżmi ta’ appell u rikors tal-Istat Membru kkonċernat, il-persuna kkonċernata għandha tkun infurmata kif xieraq, meta tiġi nnotifikata dwar ir-reat, dwar id-dritt għall-aċċess, id-dritt għar-rettifika u t-tħassir ta’ data personali kif ukoll dwar il-perijodu legali massimu ta' ħżin tad-data u għandu jkollha d-dritt li tikseb il-korrezzjoni ta’ kull data personali impreċiża jew it-tħassir immedjat ta’ kull data li tkun ġiet irreġistrata b'mod illegali.

(20)

Għandu jkun possibbli għal pajjiżi terzi li jipparteċipaw fl-iskambju ta' VRD kemm-il darba jkunu kkonkludew ftehim mal-Unjoni għal dan il-għan. Tali ftehim ikollu jinkludi dispożizzjonijiet meħtieġa dwar il-protezzjoni tad-data.

(21)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b' mod partikolari bil-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(22)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u bla ħsara għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokol, dawk l-Istati Membri mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u mhumiex marbutin biha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(23)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhix marbuta biha jew sogġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(24)

Sabiex jinkiseb l-għan ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri permezz ta' mezzi interoperabbli, is-setgħa li jkunu adottati atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-fatt li jitqiesu bidliet rilevanti għad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jew meta dan ikun meħtieġ minn atti ġuridiċi tal-Unjoni direttament rilevanti għall-aġġornament tal-Anness I. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha anke f'livell espert. Il-Kummissjoni, waqt li tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u adegwata ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(25)

F'konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (7), l-Istati Membri huma mħeġġa biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess li, sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u biex jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku.

(26)

Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-utenti kollha tat-toroq fl-Unjoni bil-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinarju tal-informazzjoni fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, fejn ir-reat ikun seħħ b'vettura rreġistrata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn seħħ ir-reat, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant jista' minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(27)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat u adotta opinjoni (8),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għan

Din id-Direttiva timmira li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-utenti kollha tat-toroq fl-Unjoni billi tiffaċilita l-iskambju transkonfinarju tal-informazzjoni fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq u għaldaqstant tal-infurzar ta' sanzjonijiet, meta dawk ir-reati jitwettqu b'vettura rreġistrata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn ikun seħħ ir-reat.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tapplika għar-reati tat-traffiku li ġejjin relatati mas-sikurezza fit-toroq:

(a)

l-eċċess ta’ veloċità;

(b)

in-nuqqas ta’ użu taċ-ċinturin tas-sikurezza;

(c)

il-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku;

(d)

is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb;

(e)

is-sewqan taħt l-influwenza tad-drogi;

(f)

in-nuqqas li jintlibes elmu ta' sigurtà;

(g)

l-użu ta' karreġġjata pprojbita;

(h)

l-użu illegali ta' telefown ċellulari jew ta' kwalunkwe tagħmir ieħor ta' komunikazzjoni waqt is-sewqan.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"vettura" tfisser vettura mmexxija permezz ta’ qawwa ta’ magna, li tinkludi muturi, li hija normalment użata biex tittrasporta persuni jew oġġetti fuq it-triq;

(b)

"Stat Membru tar-reat" tfisser l-Istat Membru fejn sar ir-reat;

(c)

"Stat Membru tar-reġistrazzjoni" tfisser l-Istat Membri fejn hija rreġistrata l-vettura li biha sar ir-reat;

(d)

"eċċess ta' veloċità" tfisser il-qbiż tal-limiti ta’ veloċità fis-seħħ fl-Istat Membru tar-reat għat-triq u t-tip ta’ vettura kkonċernati;

(e)

"nuqqas ta’ użu taċ-ċinturin tas-sikurezza" tfisser in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu li jintlibes iċ-ċinturin tas-sikurezza jew li tintuża sistema għat-trażżin tat-tfal skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-użu obbligatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà u s-sistemi tat-trażżin għat-tfal fil-vetturi (9) u l-liġi tal-Istat Membru tar-reat;

(f)

"il-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku" tfisser sewqan minn dawl tat-traffiku aħmar jew kull sinjal ta' waqfien ieħor rilevanti, kif iddefinit fil-liġi tal-Istat Membru tar-reat;

(g)

"sewqan taħt l-influwenza tax-xorb" tfisser sewqan waqt li s-sewwieq ikun imxekkel mill-alkoħol, kif iddefinit fil-liġi tal-Istat Membru tar-reat;

(h)

"sewqan taħt l-influwenza tad-drogi" tfisser sewqan waqt li s-sewwieq ikun imxekkel mid-drogi jew sustanzi oħra li għandhom effett simili, kif iddefinit fil-liġi tal-Istat Membru tar-reat;

(i)

"nuqqas li jintlibes elmu ta' sigurtà" tfisser li ma jintlibisx elmu ta' sigurtà, kif iddefinit fil-liġi tal-Istat Membru tar-reat;

(j)

"l-użu ta' karreġġjata pprojbita" tfisser l-użu illegali ta' sezzjoni tat-triq bħal karreġġjata ta’ emerġenza, karreġġjata għat-trasport pubbliku jew karreġġjata magħluqa temporanjament minħabba raġunijiet ta' konġestjoni jew xogħlijiet fit-triq, kif iddefinit fil-liġi tal-Istat Membru tar-reat;

(k)

"l-użu illegali ta' telefown ċellulari jew ta' kwalunkwe tagħmir ieħor ta' komunikazzjoni waqt is-sewqan" tfisser l-użu illegali ta' telefown ċellulari jew kwalunkwe mezz ieħor ta' komunikazzjoni waqt is-sewqan, kif iddefinit fil-liġi tal-Istat Membru tar-reat;

(l)

"punt ta' kuntatt nazzjonali" tfisser l-awtorità kompetenti maħtura għall-iskambju ta' VRD;

(m)

"tiftix awtomatizzat" tfisser proċedura ta’ aċċess online għall-konsultazzjoni tal-bażijiet tad-data ta’ Stat Membru jew pajjiż parteċipant wieħed, ta' bosta Stati Membri jew pajjiżi parteċipanti jew tal-Istati Membri jew pajjizi parteċipanti kollha;

(n)

"detentur tal-vettura" tfisser il-persuna li f'isimha tkun irreġistrata l-vettura, kif iddefinit fil-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

Artikolu 4

Proċedura għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri

1.   Għall-investigazzjoni tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq imsemmija fl-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' Stati Membri oħrajn, kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, aċċess għall-VRD nazzjonali segwenti, bis-setgħa li jagħmlu tiftix awtomatizzat fuq:

(a)

data relatata ma' vetturi; u

(b)

data relatata ma' proprjetarji jew detenturi tal-vettura.

L-elementi tad-data msemmija fil-punti (a) u (b) li huma meħtieġa biex isir it-tiftix għandhom ikunu konformi mal-Anness I.

2.   Kwalunkwe tiftix fil-forma ta' talbiet maħruġa għandu jsir mill-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reat bl-użu ta' numru sħiħ ta' reġistrazzjoni.

Dak it-tiftix għandu jitwettaq f'konformità mal-proċeduri kif deskritti fil-Kapitolu 3 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, minbarra l-punt 1 tal-Kapitolu 3 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, li għalih għandu japplika l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

L-Istat Membru tar-reat għandu, skont din id-Direttiva, juża d-data miksuba sabiex jiġi stabbilit min hu personalment responsabbli għar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq imsemmija fl-Artikoli 2 u 3.

3.   Għall-finijiet tal-iskambju ta' data kif imsemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt nazzjonali. Is-setgħat tal-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu rregolati mil-liġi applikabbli tal-Istat Membru kkonċernat.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex ikun żgurat li l-iskambju ta' informazzjoni jitwettaq permezz ta' mezzi elettroniċi interoperattivi mingħajr skambju ta’ data li tinvolvi bażijiet tad-data oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan l-iskambju ta' informazzjoni jitwettaq b'mod effettiv meta mqabbel man-nefqa u b'mod sikur biex ikunu żgurati s-sigurtà u l-protezzjoni tad-data trażmessa, sa fejn possibbli bl-użu ta' applikazzjonijiet ta' software eżistenti bħal dak iddiżinjat b'mod speċjali għall-finijiet tal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, u l-verżjonijiet emendati ta' dawk l-applikazzjonijiet tas-software, f'konformità mal-Anness I ta’ din id-Direttiva u mal-punti 2 u 3 tal-Kapitolu 3 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI. Il-verżjonijiet emendati tal-applikazzjonijiet tas-software għandhom jipprovdu kemm għal mod ta' skambju online f'ħin reali kif ukoll għal mod ta' skambju bil-lott, li permezz ta' dan tal-aħħar jista' jkun hemm skambju ta' diversi talbiet jew risposti fil-forma ta' messaġġ uniku.

5.   Kull Stat Membru għandu jħallas l-ispejjeż tiegħu li jirriżultaw mill-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni tal-applikazzjonijiet tas-software imsemmija fil-paragrafu 4.

Artikolu 5

Ittra ta' informazzjoni dwar ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq

1.   L-Istat Membru tar-reat għandu jiddeċiedi jekk għandux jibda proċedimenti ta' segwitu fir-rigward tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq imsemmija fl-Artikolu 2 jew le.

Fil-każ li l-Istat Membru tar-reat jiddeċiedi li jibda tali proċedimenti, dak l-Istat Membru, b'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, għandu jinforma kif xieraq lill-proprjetarju, lid-detentur tal-vettura jew lill-persuna identifikata b'mod ieħor issuspettata li wettqet ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq.

Din l-informazzjoni, kif applikabbli skont il-liġi nazzjonali, għandha tinkludi l-konsegwenzi legali tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru tar-reat skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru.

2.   Meta jibgħat l-ittra ta' informazzjoni lill-proprjetarju, lid-detentur tal-vettura jew lill-persuna identifikata b'mod ieħor issuspettata li wettqet ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, l-Istat Membru tar-reat għandu, skont il-liġi tiegħu, jinkludi kwalunkwe informazzjoni rilevanti, partikolarment in-natura tar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq imsemmi fl-Artikolu 2, il-post, id-data u l-ħin tar-reat, it-titolu tat-testi tal-liġi nazzjonali li tkun inkisret u s-sanzjoni u, fejn xieraq, id-data li tikkonċerna t-tagħmir li ntuża biex ir-reat jiġi rreġistrat. Għal dak il-għan, l-Istat Membru tar-reat jista' juża l-mudell stabbilit fl-Anness II.

3.   Meta l-Istat Membru tar-reat jiddeċiedi li jibda proċedimenti ta' segwitu fir-rigward tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq imsemmi fl-Artikolu 2, l-Istat Membru tar-reat, għall-fini li jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, jibgħat l-ittra ta' informazzjoni bil-lingwa tad-dokument ta' reġistrazzjoni, jekk disponibbli, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

Artikolu 6

Rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni

L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport preliminari lill-Kummissjoni sa 7 ta' Novembru 2014. Għandhom jibagħtu wkoll rapport komprensiv lill-Kummissjoni sa 6 ta' Mejju 2016 u mbagħad kull sentejn.

Ir-rapport komprensiv għandu jindika n-numru tat-tiftix awtomatizzat imwettaq mill-Istat Membru tar-reat indirizzat lill-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni wara li jitwettqu reati fit-territorju tiegħu, flimkien mat-tipi ta' reati li għalihom ġew indirizzati talbiet u man-numru ta' talbiet li fallew.

Ir-rapport kompensiv għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tas-sitwazzjoni fil-livell nazzjonali b'rabta mas-segwitu mogħti lir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, abbażi tal-proporzjon ta' tali reati li ngħataw segwitu b'ittri ta' informazzjoni.

Artikolu 7

Protezzjoni tad-data

1.   Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fid-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI għandhom japplikaw għad-data personali pproċessata skont din id-Direttiva.

2.   B'mod partikolari, kull Stat Membru għandu jiżgura li data personali pproċessata skont din id-Direttiva għandha, f'perijodu ta' żmien xieraq, tiġi rettifikata jekk tkun ineżatta, titħassar jew tiġi mblukkata meta ma tkunx meħtieġa aktar, skont l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI, u li jiġi stabbilit limitu ta' żmien għall-ħżin tad-data skont l-Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni Qafas.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li d-data personali kollha proċessata taħt din id-Direttiva tintuża biss għall-għan stipulat fl-Artikolu 1, u li l-persuni li jkunu s-suġġetti ta’ tali data jkollhom l-istess dritt għall-informazzjoni, għall-aċċess, għar-rettifika, għat-tħassir u għall-imblukkar, għall-kumpens u għar-rimedju ġuridiku bħal dawk adottati taħt il-liġi nazzjonali fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

Id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fid-Deċiżjonijiet ta' Prüm għandhom japplikaw ukoll għad-data personali pproċessata skont din id-Direttiva.

3.   Kwalunkwe persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb informazzjoni dwar liema data personali rreġistrata fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni ġiet trażmessa lill-Istat Membru tar-reat, inklużi d-data tat-talba u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reat.

Artikolu 8

Informazzjoni għal min juża t-toroq fl-Unjoni

1.   Fis-sit elettroniku tagħha l-Kummissjoni għandha tagħmel aċċessibbli sommarju bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni tar-regoli fis-seħħ fl-Istati Membri fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar dawn ir-regoli.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-utenti tat-toroq it-tagħrif meħtieġ dwar ir-regoli applikabbli fit-territorju tagħhom u l-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva f’assoċjazzjoni ma’, fost organizzazzjonijiet oħra, korpi tas-sikurezza fit-toroq, organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq u l-klabbs tal-karozzi.

Artikolu 9

Atti delegati

Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 10 fir-rigward tal-aġġornar tal-Anness I fid-dawl tal-progress tekniku biex jitqiesu bidliet rilevanti għad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jew fejn dan ikun meħtieġ minn atti ġuridiċi tal-Unjoni direttament rilevanti għall-aġġornar tal-Anness I.

Artikolu 10

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin minn 6 ta' Novembru 2011. Il-Kummissoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 9 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 9 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 11

Reviżjoni tad-Direttiva

Sa 7 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tiffoka b’mod partikolari fuq l-aspetti li ġejjin u għandha, jekk ikun il-każ, tagħmel proposti biex tkopri dawk l-aspetti:

valutazzjoni ta’ jekk reati oħra tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq għandhomx jiżdiedu mal-ambitu ta’ din id-Direttiva,

valutazzjoni tal-effikaċja ta’ din id-Direttiva fuq it-tnaqqis fil-għadd tal-imwiet fit-toroq tal-Unjoni, b’mod partikolari jekk l-effikaċja ta' din id-Direttiva hijiex affettwata mill-kopertura ġeografika tagħha,

valutazzjoni tal-ħtieġa li jiġu żviluppati standards komuni għal tagħmir ta' kontroll awtomatiku u għal proċeduri. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni hija mistiedna tiżviluppa linji gwida dwar is-sikurezza fit-toroq fil-livell tal-Unjoni fil-qafas tal-politika komuni tat-trasport bil-għan li tiġi żgurata konverġenza akbar tal-infurzar tar-regoli tat-traffiku tat-toroq mill-Istati Membri permezz ta’ metodi u prattiċi komparabbli. Dawn il-linji gwida jistgħu jkopru mill-anqas in-nuqqas ta’ rispett għal-limiti tal-veloċità, is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, in-nuqqas tal-użu taċ-ċinturini tas-sikurezza u l-qbiż tad-dawl l-aħmar,

valutazzjoni tal-ħtieġa li jiġi msaħħaħ l-infurzar tas-sanzjonijiet fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq u li jiġu proposti kriterji komuni rigward il-proċeduri ta’ segwitu fil-każ tan-nuqqas ta’ ħlas ta’ penali finanzjarja, fil-qafas tal-linji politiċi rilevanti kollha tal-UE, inkluża l-politika komuni tat-trasport,

possibilitajiet biex jiġu armonizzati r-regoli tat-traffiku, meta jkun xieraq,

valutazzjoni tal-applikazzjonijiet tas-software kif imsemmija fl-Artikolu 4(4), bil-ħsieb li tiġi żgurata implimentazzjoni korretta ta’ din id-Direttiva kif ukoll li jiġi ggarantit skambju effettiv, bil-ħeffa, sikur u kunfidenzjali ta' VRD speċifika.

Artikolu 12

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa 7 ta' Novembru 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 (ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 149) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fis-17 ta' Marzu 2011 (ĠU C 136 E, 6.5.2011, p. 1). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2011.

(2)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.

(4)  ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16.

(5)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1.

(6)  ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

(7)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(8)  ĠU C 310, 5.12.2008, p. 9.

(9)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 26.


ANNESS I

ELEMENTI TAD-DATA RELATATI MAT-TIFTIX IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4

Punt

M/O (1)

Rimarki

Data relatata mal-vettura

M

 

L-Istat Membru ta' reġistrazzjoni

M

 

Numru tal-liċenzja

M

(A (2))

Data relatata mar-reat

M

 

L-Istat Membru tar-reat

M

 

Data ta’ referenza tar-reat

M

 

Ħin ta’ referenza tar-reat

M

 

Għan tat-tiftix

M

Kodiċi li jindika t-tip ta’ reat kif elenkat fl-Artikolu 2

1

=

Veloċità eċċessiva

2

=

Sewqan taħt l-influwenza ta' xorb alkoħoliku

3

=

Nuqqas ta’ użu taċ-ċinturin tas-sikurezza

4

=

Qbiż tad-dawl l-aħmar

5

=

Sewqan f’korsija pprojbita

10

=

Sewqan taħt l-influwenza tad-drogi

11

=

Nuqqas li jintlibes elmu tas-sigurtà

12

=

Użu illegali ta' telefown ċellulari jew ta' kwalunkwe tagħmir ieħor ta' komunikazzjoni waqt is-sewqan

ELEMENTI TAD-DATA PPROVDUTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

Parti I.   Data relatata ma' vetturi

Punt

M/O (3)

Rimarki

Numru tal-liċenzja

M

 

Numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura/NIV

M

 

Pajjiż ta’ reġistrazzjoni

M

 

Għamla

M

(D.1 (4)) eż. Ford, Opel, Renault.

Deskrizzjoni kummerċjali tal-vettura

M

(D.3) eż. Focus, Astra, Megane.

Kodiċi tal-Kategorija tal-UE

M

(J) eż. motorini, ċiklomuturi, karozzi.


Parti II.   Data relatata ma' proprjetarji jew detenturi tal-vettura

Punt

M/O (5)

Rimarki

Data relatata mad-detenturi tal-vettura

 

(C.1 (6))

Id-data tirreferi għad-detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni speċifiku.

Isem id-detentur ta' reġistrazzjoni (kumpannija)

M

(C.1.1)

Għandhom jintużaw spazji separati għall-kunjom, l-infissi, it-titoli, eċċ.,

u

l-isem f'forma li tista' tiġi stampata għandu jiġi komunikat.

Isem

M

(C.1.2)

Għandhom jintużaw spazji separati għall-isem/ismijiet u l-inizjali,

u

l-isem f'forma li tista' tiġi stampata għandu jiġi komunikat.

Indirizz

M

(C.1.3)

Għandhom jintużaw spazji separati għat-Triq, in-Numru tad-dar u l-Anness, il-Kodiċi postali, il-Post ta' residenza, il-Pajjiż ta' residenza, eċċ.,

u

l-Indirizz f'forma li tista' tiġi stampata għandu jiġi komunikat.

Ġeneru

O

Raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

Individwu, assoċjazzjoni, kumpanija, ditta, eċċ.

Post tat-twelid

O

 

Numru tal-karta tal-identità

O

Mezz ta’ identifikazzjoni li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija.

Data relatata mas-sidien tal-vettura

 

(C.2) Id-data tirreferi għas-sid tal-vettura.

L-isem tas-sid (kumpanija)

M

(C.2.1)

Isem

M

(C.2.2)

Indirizz

M

(C.2.3)

Ġeneru

O

Raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

Individwu, assoċjazzjoni, kumpanija, ditta, eċċ.

Post tat-twelid

O

 

Numru tal-karta tal-identità

O

Mezz ta’ identifikazzjoni li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija.

 

 

Fil-każ ta’ vetturi għall-iskart, vetturi misruqa jew pjanċi tan-numru tal-karozza misruqin, jew reġistrazzjoni ta’ karozza li żmienha għadda ma għandu jiġi pprovdut l-ebda tagħrif dwar is-sid jew id-detentur. Minflok, għandu jintbagħat lura l-messaġġ “Tagħrif mhux żvelat”.


(1)  M = mandatorju meta jkun disponibbli fir-reġistru nazzjonali, O = fakultattiv.

(2)  Abbrevjazzjoni dokumentarja armonizzata, ara d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).

(3)  M = mandatorju meta jkun disponibbli fir-reġistru nazzjonali, O = fakultattiv.

(4)  Abbrevjazzjoni dokumentarja armonizzata, ara d-Direttiva 1999/37/KE.

(5)  M = mandatorju meta jkun disponibbli fir-reġistru nazzjonali, O = fakultattiv.

(6)  Abbrevjazzjoni dokumentarja armonizzata, ara d-Direttiva 1999/37/KE.


ANNESS II

MUDELL GĦALL-ITTRA TA' INFORMAZZJONI

msemmija fl-Artikolu 5

[Paġna ta’ quddiem]

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI DWAR IL-BAŻI LEGALI

"Il-Kummissjoni tinnota li kemm il-Kunsill kif ukoll il-Parlament Ewropew jaqblu dwar is-sostituzzjoni tal-bażi legali proposta mill-Kummissjoni, jiġifieri l-Artikolu 91, il-paragrafu 1c, TFUE bl-Artikolu 87, il-paragrafu 2, TFUE. Filwaqt li l-Kummissjoni tikkondividi l-fehma taż-żewġ koleġislaturi dwar l-importanza li jiġu segwiti l-għanijiet tad-Direttiva proposta biex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq, madankollu minn perspettiva legali u istituzzjonali tikkunsidra li l-Artikolu 87, il-paragratu 2, TFUE ma jikkostitwix il-bażi legali adatta u għalhekk, tirriżerva d-dritt li tuża l-mezzi legali kollha għad-dispożizzjoni tagħha."


Na vrh