Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D1130(01)

    Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta' Novembru 2011 li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali

    ĠU C 349, 30.11.2011, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/09/2012

    30.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 349/2


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-14 ta' Novembru 2011

    li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali

    2011/C 349/02

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

    Wara li kkunsidra n-nomina mressqa lill-Kunsill mill-Kummissjoni fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-impjegati,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2009 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2009 sas-17 ta' Settembru 2012.

    (2)

    Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-impjegati sar vakanti minħabba r-riżenja tas-Sinjura Leslie MANASSEH.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura bħala membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2012:

    RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-IMPJEGATI:

    RENJU UNIT

    Is-Sur Iain MURRAY

    TUC (UK)

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. SAWICKI


    (1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

    (2)  ĠU C 226, 19.9.2009, p. 2.


    Top