Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0487

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 487/2008 tat- 2 ta' Ġunju 2008 reġistrazzjoni ta’ isem fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Casatella Trevigiana (DPO))

    ĠU L 143, 3.6.2008, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/487/oj

    3.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 143/12


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 487/2008

    tat-2 ta' Ġunju 2008

    reġistrazzjoni ta’ isem fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Casatella Trevigiana (DPO))

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunita’ Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skond l-Artikolu 17(2) tiegħu, l-applikazzjoni ta’ l-Italja għar-reġistrazzjoni ta’ l-isem “Casatella Trevigiana” ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2).

    (2)

    Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-isem mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu jitniżżel fir-Reġistru.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Ġunju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2008 (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 27).

    (2)  ĠU C 204, 1.9.2007, p. 20.


    ANNESS

    Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem, elenkati fl-Anness I tat-Trattat

    Klassi 1.3.   Ġobon

    L-ITALJA

    Casatella Trevigiana (DPO)


    Top