EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0274

2008/274/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta' Marzu 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

ĠU L 87, 29.3.2008, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/274/oj

Related international agreement

29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 87/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Marzu 2008

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

(2008/274/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Ġunju ta’ l-2003 tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi strumenti ta’ ftehim bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ftehim mar-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru (“il-Ftehim”) konformement mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi strumenti ta’ ftehim bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju.

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/953/KE (2).

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru huwa approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  Opinjoni tas-16 ta’ Mejju 2006 (għadha mhix ipubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 17.


Top