EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0080

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 1 ta' Frar 2007 li tawtorizza ċerti Stati Membri sabiex jużaw informazzjoni minn sorsi oħra apparti stħarriġ statistiku għall-istħarriġ ta' l-2005 dwar l-istruttura ta' proprjetà agrikola (notifikat bid-dokument numru C(2006) 7173) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 28, 3.2.2007, p. 19–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 93–96 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/80(1)/oj

24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

93


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-1 ta' Frar 2007

li tawtorizza ċerti Stati Membri sabiex jużaw informazzjoni minn sorsi oħra apparti stħarriġ statistiku għall-istħarriġ ta' l-2005 dwar l-istruttura ta' proprjetà agrikola

(notifikat bid-dokument numru C(2006) 7173)

(It-testi bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Iżvediż, bil-Malti, bl-Olandiż, bis-Sloven, u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/80/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 tad-29 ta' Frar 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' l-istħarriġ tal-Komunità dwar struttura ta' proprjetà agrikola (1) b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Waqt li jkunu stabbiliti l-karatteristiċi li għandhom jiġu mistħarrġa, għandu jsir sforz sabiex, kemm jista' jkun, il-piż fuq dawk li qegħdin iwieġbu l-istħarriġ, ikun limitat. Skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 571/88, ċerti Stati Membri talbu li jkunu awtorizzati sabiex jużaw informazzjoni li hija diġà disponibbli minn sorsi oħra apparti stħarriġ statistiku, fl-istħarriġ ta' l-2005 dwar l-istruttura ta' propjetà agrikola, għal ċerti karatteristiċi.

(2)

L-Istati Membri wara li talbu sabiex ikunu awtorizzati li jużaw data minn sorsi oħra apparti minn stħarriġ statistiku pprovdew lill-Kummissjoni b'dokumentazzjoni teknika f'dak li għandu x'jaqsam mar-relevanza u l-preċiżjoni ta' dawn is-sorsi. Il-Kummissjoni eżaminat id-dokumentazzjoni u sabet li kienet adattata. L-awtorizzazzjonijiet li ntalbu mill-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu konċessi.

(3)

Ir-riżultati ta' l-Istħarriġ dwar l-Istruttura ta' l-Irziezet huma ta' importanza kbira għall-Politika Agrikola Komuni. Għal dik ir-raġuni, huwa meħtieġ li tinżamm kwalità għolja ta' informazzjoni, u għalhekk l-użu ta' data minn sorsi oħra apparti l-istħarriġ statistiku jistgħu jkunu aċċettati biss jekk dawn id-data huma ta' min jorbot fuqhom daqs dawk mill-istħarriġ ta' l-istatistika. L-Istati Membri kkonċernati se jwettqu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li din l-informazzjoni hija mill-anqas ta' l-istess kwalità bħal dik ta' l-informazzjoni miksuba minn stħarriġ statistiku u biex jirrappurtaw fuq il-kwalità.

(4)

Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Istatistika ta' l-Agrikoltura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri mniżżlin fl-Anness huma awtorizzati sabiex jużaw informazzjoni li hija diġà disponibbli minn sorsi apparti stħarriġ statistiku fl-Istħarriġ ta' l-Istruttura ta' l-Irziezet 2005 għall-ċerti karatteristiċi.

Dawk is-sorsi se jkunu stipulati fl-Anness għal dan ir-regolament.

2.   L-Istati Membri kkonċernati se jwettqu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li din l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu hija mill-anqas ta' l-istess kwalità bħal dik ta' l-informazzjoni miksuba minn stħarriġ statistiku.

Għandhom jinkludu valutazzjoni tal-kwalità ta' l-informazzjoni fir-rapporti metodoloġiċi li għandhom jintgħataw lill-Kummissjoni bid-data ta' l-istħarriġ ivvalidata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, 1 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 2.3.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1928/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 406, 30.12.2006, p. 7).


ANNESS

Stat Membru

Sorsi

Kif ipprovvduti fi:

Id-Danimarka

Sistema ta' Amministrazzjoni u ta' Kontroll Integrati

Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1)

Reġistru tal-Biedja Organika

Regolament (KE) Nru 209/91 (2)

Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali bovini

Regolament (KE) Nru 1760/2000 (3)

Il-Ġermanja

Sistema ta' Amministrazzjoni u ta' Kontroll Integrati

Regolament (KE) Nru 1782/2003

Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali bovini

Regolament (KE) Nru 1760/2000

L-Estonja

Reġistru tal-Biedja Organika

Regolament (KE) Nru 2092/91

Il-Lussimburgu

Sistema ta' Amministrazzjoni u ta' Kontroll Integrati

Regolament (KE) Nru 1782/2003

Reġistru tal-Biedja Organika

Regolament (KE) Nru 2092/91

Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali bovini

Regolament (KE) Nru 1760/2000

L-Ungerija

Reġistru tal-Biedja Organika

Regolament (KE) Nru 2092/91

Malta

Sistema ta' Amministrazzjoni u ta' Kontroll Integrati

Regolament (KE) Nru 1782/2003

Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali bovini

Regolament (KE) Nru 1760/2000 u AL 311/2005 (Leġiżlazzjoni nazzjonali) (4)

Database dwar id-Diviżjoni Regolatorja ta' l-Ikel u Veterinarja fuq il-produzzjoni tat-tjur ta' l-irziezet u l-produzzjoni tan-nagħaġ u mogħoż fl-irziezet

AL 119/2005 (Leġiżlazzjoni nazzjonali) (5)

L-Olanda

Sistema ta' Amministrazzjoni u ta' Kontroll Integrati

Regolament (KE) Nru 1782/2003

Reġistru tal-Biedja Organika

Regolament (KE) Nru 2092/91

Reġistru Nazzjonali ta' l-Irziezet

HPA 16 (6), PPE 19 (7), PT 10 (8), PVV 38 (9) u Meststoffenwet van 27 Novembru 1986 (10) (Leġiżlazzjoni nazzjonali)

L-Awstrija

Sistema ta' Amministrazzjoni u ta' Kontroll Integrati

Regolament (KE) Nru 1782/2003

Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali bovini

Regolament (KE) Nru 1760/2000

Sistema Veterinarja ta' l-Informazzjoni

Direttiva 64/432/KEE (11)

Slovenja

Sistema ta' Amministrazzjoni u ta' Kontroll Integrati

Regolament (KE) Nru 1782/2003

Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali bovini

Regolament (KE) Nru 1760/2000

Il-Finladja

Sistema ta' Amministrazzjoni u ta' Kontroll Integrati

Regolament (KE) Nru 1782/2003

Reġistru tal-Biedja Organika

Regolament (KE) Nru 2092/91

L-Isvezja

Sistema ta' Amministrazzjoni u ta' Kontroll Integrati

Regolament (KE) Nru 1782/2003

Reġistru tal-Biedja Organika

Regolament (KE) Nru 2092/91

Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali bovini

Regolament (KE) Nru 1760/2000

Ir-Renju Unit

Sistema ta' Amministrazzjoni u ta' Kontroll Integrati

Regolament (KE) Nru 1782/2003

Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali bovini

Regolament (KE) Nru 1760/2000


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 265, 26. 9.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 780/2006 (ĠU L 137, 25.5.2006, p. 9).

(3)  ĠU L 204, 11.8.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(4)  Il-Gazzetta tal-Gvern ta' Malta Nru 17, 813 – 2.09.2005.

(5)  Il-Gazzetta tal-Gvern ta' Malta Nru 17, 757 – 22.04.2005.

(6)  Verordening HPA registratie en verstrekking van gegevens 2003, art. 2 – 4.

(7)  Verordening registratie en verstrekking van gegevens (PPE) 2003 art. 2.

(8)  Verordening PT algemene bepalingen 2006, art. 2:1, 2:2, 2:3.

(9)  Verordening registratie en verstrekking van gegevens (PVV) 2003, art. 2; Verordening registratie en verstrekking van gegevens vleesindustrie (PVV) 2002, art. 2.

(10)  Uitvoeringsbesluit Meststoffenwet, 9 november 2005, art. 31, juncto Uitvoeringsregeling Meststoffenwet, art. 37, art. 38, art 45.

(11)  ĠU L 121, 29.7.1964, p. 1977/64.


Top