EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1085

1085/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1085/2005 tat- 8 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa

OJ L 177, 9.7.2005, p. 27–30 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 330M, 9.12.2008, p. 206–209 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 064 P. 187 - 190
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 064 P. 187 - 190

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1085/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

206


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1085/2005

tat-8 ta' Lulju 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 60(2) u l-Artikolu 145(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 (2) jintroduċi regoli għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni mill-2005. L-esperjenza tal-implimentazzjoni amministrattiva u operattiva ta’ dik l-iskema f’livell nazzjonali wriet li f’ċerti aspetti jinħtieġu iktar regoli dettaljati u f’aspetti oħra r-regoli eżistenti jeħtieġu li jiġu ċċarati u addattati.

(2)

Biex tkun faċilitata l-ħidma tal-amministrazzjonijiet nazzjonali fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 54 (2) u 61 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema oqsma għandhom jitqiesu bħala mergħat permanenti għall-dawk l-oqsma fi skemi ta' tqassim tal-art mill-ġdid bejn id-data tal-applikazzjoni għall-għajnuna għall-2003 u d-data ta' applikazzjoni għall-iskema ta' ħlas waħdieni fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 50 (2) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004, fil-każ tal-implimentazzjoni reġjonali tal-iskema ta' ħlas waħdieni kif stipulat fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 50 (1) (a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 għal kull wieħed mir-reġjuni kkonċernati, u, mhux aktar tard mill-1 ta' Awwissu tal-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni, il-parti li tikkorrispondi tal-limitu stabbilit skont l-Artikolu 58(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Għal raġjunijiet ta' simplifikazzjoni, huwa xieraq li d-data tal-1 ta' Awwissu tinbidel bl-istess data stipulata għall-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 50 (1) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004.

(4)

L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 864/2004 u magħmul applikabbli mill-1 ta' Jannar 2005 mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 394/2005, jawtorizza lill-Istati Membri biex jippermettu l-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba' sekondarji fuq l-ettari eliġibbli matul perjodu ta' massimu ta' tliet xhur li jibda kull sena fil-15 ta' Awwissu. Huwa għalhekk xieraq li dik id-data titressaq 'il quddiem biex tippermetti t-tkabbir tal-uċuħ tar-raba' ta' ħxejjex temporanji f'reġjuni fejn iċ-ċereali huma s-soltu maħsuda qabel għal raġjunijiet ta' klima kif ikkomunikat mill-Istati Membri kkonċernati lill-Kummissjoni.

(5)

Skont l-Artikolu 60(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 l-Istati Membri li qed jimplimentaw l-għażla reġjonali stipulata fl-Artikolu 59 ta' dan ir-Regolament jistgħu wkoll jużaw il-pakketti ddikkjarati skont l-Artikolu 44(3) ta' dan ir-Regolament għall-produzzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (3) jew fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tal-frott u l-ħxejjex proċessati (4) u tal-patata għajr dawk maħsuba għall-manifattura tal-lamtu tal-patata.

(6)

L-Artikolu 60(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistipula li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-għadd ta' ettari li jistgħu jintużaw skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu billi jissoddividu, skont kriterji oġġettivi, il-medja tal-għadd ta' ettari li ntużaw għall-produzzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fl-livell nazzjonali matul il-perjodu ta' tliet snin mill-2000 sal-2002 fost ir-reġjuni ddefiniti skont l-Artikolu 58(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Huwa xieraq li jiġi stabbilit l-għadd medju ta' ettarji f'livell nazzjonali u reġjonali fuq il-bażi tad-dejta kkomunikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kkonċernati.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Minħabba fil-fatt li r-Regolament (KE) Nru 795/2004 japplika mill-1 ta' Jannar 2005, huwa xieraq li jkun stipulat li dan ir-Regolament japplika b'lura minn din id-data.

(9)

[Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 28a, it-terminu “l-Anness” qed jinbidel b“Anness I”.

(2)

Fl-Artikolu 32(4), jiddaħħal it-tielet subparagrafu li ġej:

“Fejn oqsma ġew allokati mill-ġdid fil-qafas ta' skema nazzjonali ta' tqassim tal-art mill-ġdid bejn id-data għall-applikazzjoni tal-għajnuna għall-2003 u d-data tal-applikazzjoni għall-iskema tal-ħlas waħdieni fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddetermina liema oqsma għandhom jitqiesu bħala mergħa permanenti għall-għan tal-Artikoli 54(2) u 61 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. F'dawn il-każijiet l-Istati Membri għandhom iqisu l-qagħda eżistenti fil-livell tal-bdiewa qabel it-tqassim tal-art mill-ġdid billi jimminimizzaw, safejn l-aktar possibbli, kwalunkwe effett fuq il-possibbiltajiet tal-bdiewa li jużaw id-drittijiet tal-ħlasijiet. Billi jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni biex jipprevjenu, fil-qasam affettwat mill-iskema tat-tqassim tal-art mill-ġdid, kwalunkwe żieda sinifikanti taż-żona totali eliġibbli għad-drittijiet tal-art imwarrba kif ukoll kwalunkwe tnaqqis sinifikanti ta' mergħa permanenti.”

(3)

Fl-Artikolu 41 qed jiddaħħal il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   L-għadd medju ta' ettari f'livell nazzjonali u reġjonali, imsemmi fl-Artikolu 60(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, huwa stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament”.

(4)

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(2), id-data tal-1 ta' Awwissu qed tinbidel bid-data tal-15 ta' Settembru.

(5)

L-Anness qed jinbidel bit-test tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(6)

It-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament jiddaħħal bħala Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Lulju 2005.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 606/2005 (ĠU L 100, 20.4.2005, p. 15).

(3)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(4)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 25)


ANNESS I

“ANNESS I

Stat Membru

Data

il-Belġju

il-15 ta' Lulju

id-Danimarka

il-15 ta' Lulju

il-Ġermanja

il-15 ta' Lulju

l-Italja

il-11 ta' Ġunju

l-Awstrija

it-30 ta' Ġunju

il-Portugall

l-1 ta' Marzu”


ANNESS II

“ANNESS II

L-għadd ta’ ettari msemmija fl-Artikolu 60(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Stat Membru u Reġjuni

Għadd ta’ ettari

ID-DANIMARKA

33 740

IL-ĠERMANJA

301 849

Baden-Wurtenberg

18 322

il-Bavarja

50 451

Brandenburg u Berlin

12 910

Hessen

12 200

Is-Sassonja t'Isfel u Bremen

76 347

Mecklenburg-Pomeranja tal-Punent

13 895

Nordrhein-Westfalen

50 767

Ir-Renanja Palatinat

19 733

Saarland

369

Is-Sassonja

12 590

Sachsen-Anhalt

14 893

Schleswig-Holstein u Hamburg

14 453

Turingja

4 919

IL-LUSSEMBURGU

705

L-IŻVEZJA

Reġjun 1

9 193

Reġjun 2

8 375

Reġjun 3

17 448

Reġjun 4

4 155

Reġjun 5

4 051

IR-RENJU UNIT

L-Ingilterra (oħrajn)

241 000

L-Ingilterra (Moorland SDA)

10

L-Ingilterra (Upland SDA)

190

L-Irlanda ta' Fuq

8 304 ”


Top