EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003E0141

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2003/141/PESK tas-27 ta' Frar 2003 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2002/210/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU L 53, 28.2.2003, p. 63–63 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2003/141/oj

32003E0141



Official Journal L 053 , 28/02/2003 P. 0063 - 0063


Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2003/141/PESK

tas-27 ta' Frar 2003

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2002/210/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1) Fil-11 ta' Marzu 2002, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2002/210/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea [1], li tistabbilixxi skeda multiannwali sabiex tiffinanzjaha.

(2) Minħabba raġunijiet tekniċi, kien impossibli li tiġi ffinalizzata s-sejħa għall-offerti għal ċertu apparat li kien hemm bżonn sabiex il-Missjoni tibda fiż-żmien stipulat. Minħabba li l-ftehim finanzjarju msemmi fl-Artikolu 166(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-budget ġenerali tal-Komunità Ewropea [2] irrestrinġa l-eliġibbiltà għall-2002, dawn l-approprjazzjonijiet ma jistgħux jibqgħu jintużaw fl-2003.

(3) In-nefqa li għandha x'taqsam ma' din is-sejħa ghall-offerti għandha għalhekk tiġi mnaqqsa fuq il-budget tal-Komunità għall-2003.

(4) L-Azzjoni Konġunta 2002/210/PESK għandha tiġi emendata skond hekk,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Artikolu 9(1) u (2) ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/210/PESK għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. L-ispejjeż għall-implimentazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta għandhom ikunu:

(a) 14-il miljun EUR għall-ispejjeż tal-bidu (inkluż apparat u t-Team ta' l-ippjanar) għal 2002, li għandu jkun finanzjat mill-budget tal-Komunità';

(b) 1,7 miljun EUR għall-ispejjeż tal-bidu (inkluż apparat) għal 2003, li għandu jkun imħallas mill-budget tal-Komunità;

(ċ) sa 38 miljun EUR għall-ispejjeż annwali ta' kuljum għas-snin 2003 sa 2005, maqsuma kif ġej:

(i) sa 17-il miljun EUR kuljum skond ir-rata ta' kuljum kif stabbilita u miljun EUR għall-ispejjeż ta' l-ivjaġġar, li skond l-Artikolu 5(2) għandhom jigu mħallsa skond fejn tkun saret in-nefqa;

(ii) li jibqa' mill-20 miljun EUR (11-il miljun EUR għall-ispejjeż biex timxi l-operazzjoni, 4 miljun EUR għall-ħaddiema lokali, 5 miljun EUR għall-ħaddiema ċivili internazzjonali) għandu jiġi ffinanzjat b'mod komuni mill-budget tal-Komunità.

Il-budget finali għas-snin 2003 sa 2005 jiġi deċiż mill-Kunsill fuq bażi annwali.

2. Jekk l-iffinanzjar ta' l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 1(ċ)(ii) fuq il-bażi tal-budget tal-Kommunita' ma jkunx biżżejjed, il-Kunsill jiddeċiedi, kif se jlaħħaq ma' dawn l-ispejjeż komuni, skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea."

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ minn dakinhar li tiġi adottata.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Frar 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Chrisochoïdis

[1] ĠU L 70, tat-13.3.2002, p. 1.

[2] ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

Top