EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001D0293
2001/293/EC: Commission Decision of 30 March 2001 amending Council Directive 95/70/EC introducing minimum Community measures for the control of certain diseases affecting bivalve molluscs, in relation to the list of national reference laboratories for diseases of bivalve molluscs (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2001) 978)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE li tintroduċi l-miżuri massimi tal-Komunità għall-kontroll ta’ ċertu mard li jeffettewa molluski bivalvi, b’relazzjoni mal-lista ta’ laboratorji nazzjonali ta’ riferenza għall-mard ta’ molluski bivalvi (notifikata bid-dokument numru C(2001) 978)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE li tintroduċi l-miżuri massimi tal-Komunità għall-kontroll ta’ ċertu mard li jeffettewa molluski bivalvi, b’relazzjoni mal-lista ta’ laboratorji nazzjonali ta’ riferenza għall-mard ta’ molluski bivalvi (notifikata bid-dokument numru C(2001) 978)Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 100, 11.4.2001, p. 30–31
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32006L0088
Official Journal L 100 , 11/04/2001 P. 0030 - 0031
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE li tintroduċi l-miżuri massimi tal-Komunità għall-kontroll ta’ ċertu mard li jeffettewa molluski bivalvi, b’relazzjoni mal-lista ta’ laboratorji nazzjonali ta’ riferenza għall-mard ta’ molluski bivalvi (notifikata bid-dokument numru C(2001) 978) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2001/293/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-22 ta’ Diċembru 1995, li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll ta’ ċertu mard li jaffettwa molluski bivalvi [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE, l-Artikolu 6(2) jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’kull Stat Membru laboratorju nazzjonali ta’ riferenza jkun nominat, b’faċilitajiet u mpjegati esperti biex jippermettulu li jwettaq l-ittestjar riferit fil-paragrafu 1 ta’ l-istess Artikolu. (2) Il-paragrafu 3 ta’ l-istess Artikolu jipprovdi li permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri li ma jkollhomx laboratorju nazzjonali kompetenti fil-kwistjoni jistgħu jużaw is-servizzi ta’ laboratorju nazzjonali b’kompetenza fil-kwistjoni fi Stat Membru ieħor. (3) Il-lista ta’ laboratorji nazzjonali ta’ riferenza għall-mard ta’ molluski bivalvoli hija stipulata fl-Anness C li jinsab mad-Direttiva 95/70/KE. (4) Din il-lista hemm bżonn li tiġi aġġornata. (5) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness C li jinsab mad-Direttiva 95/70/KE qiegħed b’dan jiġi mibdul bl-Anness ta’ hawn. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Marzu 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 332, tat-30.12.1995, p. 33. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS C LABORATORJI NAZZJONALI TA' RIFERENZA GĦALL-MARD TA' MOLLUSKI BIVALVI id-Danimarka: | Danish Institute for Fisheries Research Department of Marine Ecology and Aquaculture Fish Disease Laboratory Stigbøjlen 4 DK-1870 Frederiksberg C | Franza: | Laboratoire de Génétique et Pathologie Ifremer, Ronce les bains F-17390 La Tremblade | il-Ġermanja: | Bundesforschungsanstalt für Viruskrankheiten der Tiere Boddenblick 5a D-17498 Insel Riems | Il-Greċja: | Centre of Thessaloniki Veterinary Institutions Department of Pathology of Aquatic Organisms 80, 26th Octovriou str. GR-54627 Thessaloniki | l-Irlanda: | Fish Health Unit Marine Institute Abbotstown, Castleknock Dublin15 Ireland | l-Italja: | Area Ittiopatologia Laboratorio Patologia Molluschi Istituto Zooprofilattico Sperimentale delle Venezie Via della Roggia, 94 I-33030 Basaldella di Campoformido (UD) | l-Olanda: | Fish Diseases Laboratory ID-Lelystad, Institute for Animal Science and Health Edelhertweg 15 PO box 65 8200 AB Lelystad Nederland | Spanja: | Instituto de Investigaciones Marinas CSIC Eduardo Cabello, 6 E-36208 Vigo | ir-Renju Unit, ingħilterra: | CEFAS Weymouth Laboratory Barrack road The Nothe Weymouth, Dorset DT4 8UB United Kingdom | ir-Renju Unit, l-Iskozja: | Fisheries Research Services Marine Laboratory PO box 101 Victoria Road Aberdeen AB11 9DB United Kingdom | --------------------------------------------------