EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R2469

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2469/98 tad-9 ta' Novembru 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon dwar is-sajd il barra mill-kosta tal-Gabon

ĠU L 308, 18.11.1998, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2469/oj

Related international agreement

31998R2469



Official Journal L 308 , 18/11/1998 P. 0003 - 0003


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2469/98

tad-9 ta' Novembru 1998

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon dwar is-sajd il barra mill-kosta tal-Gabon

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Komunità u r-Repubblika ta' Gabon innegozjaw u bdew Ftehim dwar is-sajd li jipprovdi lis-sajjieda tal-Komunità b'opportunitajiet ta' sajd fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni tar-Repubblika tal-Gabon;

Billi huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova dak il-Ftehim;

Billi l-metodu ta' l-allokazzjoni ta' l-opportunitajiet ta' sajd bejn l-Istati Membri għandu jiġi definit fuq il-bażi ta' l-allokazzjoni tradizzjonali ta' l-opportunitajiet ta' sajd,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Gabon dwar is-sajd 'il barra mill-kosta ta' Gabon qiegħed permezz ta' dan l-att jiġi approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

L-opportunitajiet ta' sajd iffissati fil-Protokoll tal-Ftehim għandhom jiġu allokati bejn l-Istati Membri kif ġej:

(a) Xbiek tat-tonn:

Spanja | 22 bastimenti |

Franza | 20 bastimenti |

(b) Kannizzati tal-wiċċ:

Spanja | 28 bastimenti |

Portugall | 5 bastimenti |

Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma' jkoprux l-opportunitajiet kollha ta' sajd iffissati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista tqis l-applikazzjonijiet għal-liċenzji minn kull Stat Membru ieħor.

L-Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat skond dan l-att sabiex jaħtar il-persuni li għandu jkollhom l-awtorità li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat il-Komunità.

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Novembru 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Farnleitner

[1] ĠU C 240, tal-31.7.1998, p. 7.

[2] ĠU C 313, tat-12.10.1998.

--------------------------------------------------

Top