Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991D0370

    Id-Deċiżjoni Tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 1991 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni ta’ l-Isvizzera li tikkonċerna l-assigurazzjoni diretta apparti mill-assigurazzjoni fuq il-ħajja

    ĠU L 205, 27.7.1991, p. 2–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1991/370/oj

    Related international agreement

    31991D0370



    Official Journal L 205 , 27/07/1991 P. 0002 - 0002


    Id-Deċiżjoni Tal-Kunsill

    ta’ l-20 ta’ Ġunju 1991

    dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni ta’ l-Isvizzera li tikkonċerna l-assigurazzjoni diretta apparti mill-assigurazzjoni fuq il-ħajja

    (91/370/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 57(2) u l-Artikolu 235 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku w Soċjali [3],

    Billi huwa mixtieq li jkun approvat il-Ftehim ma’ l-Isvizzera rigward l-assigurazzjoni diretta apparti mill-assigurazzjoni fuq il-ħajja, iffirmat fil-Lussemburgu nhar l-10 ta’ Ottubru 1989,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    L-Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni ta’ l-Isvizzera li tikkonċerna l-assigurazzjoni diretta apparti mill-assigurazzjoni fuq il-ħajja huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità.

    It-test ta’ dan il-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    L-Artikolu 2

    Il-President u l-Kunsill għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-iskambju ta’ l-istrumenti li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikolu 44 tal-Ftehim [4].

    Magħmula fil-Lussemburgu, fl-20 ta’ Ġunju 1991.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. Goebbels

    [1] ĠU C 53, tal-5.3.1990, p. 1.

    [2] ĠU C 72, tat-18.3.1991, p. 175, u d-Deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 1991 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU C 56, tas-7.3.1990, p. 27.

    [4] Id-data tad-dħul b’effett ta’ dan il-Ftehim għandha tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat-Ġenerali tal-Kunsill.

    --------------------------------------------------

    Top