EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988R3491

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3491/88 tad-9 ta' Novembru 1988 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-nomenklatura maqgħuda

ĠU L 306, 11.11.1988, p. 18–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1988/3491/oj

31988R3491



Official Journal L 306 , 11/11/1988 P. 0018 - 0019


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3491/88

tad-9 ta' Novembru 1988

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-nomenklatura maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u nomenklatura ta' l-istatistika u t-tariffa komuni doganali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3174/88 [2], u b'mod partikolari Artikolu 9 miġjub fih,

Billi biex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura maqgħuda l-annessa ma′ l-imsemmi Regolament, huwa meħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness li jinsab ma′ dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iffissa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li tkun kollha kemm hi jew parti minnha bbażata fuqha jew li żżid xi sottodiviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita b′dispożizzjonijiet speċifiċi tal-komunità bil-ħsieb li l-applikazzjoni ta' tariffa jew miżuri oħra marbuta ma′ kummerċ fi prodotti;

Billi, skond l-imsemmija regoli ġenerali, il-prodotti deskritti f'kolonna 1 tat-tabella l-annessa mar-Regolament preżenti jridu jkunu klassifikati taħt il-kodiċi NM xierqa muri fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa issa huma klassifikati fin-nomenklatura maqgħuda taħt il-kodiċi NM xieraq muri fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Novembru 1988.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 298, tal-31.10.1988, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti | Klassifikazzjoni tal-kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1."Ġnub ta' l-aringa", li jikkonsistu fin-naħa tal-lemin u dik tax-xellug ta' l-aringa (li minnhom ir-ras, l-imsaren, il-ġwienaħ (barra d-denb) u xewk ikunu tneħħew, iż-żewġ naħat jinżammu flimkien permezz tal-qoxra tad-dahar | jew | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u t-testi tal-kodiċi NM 0304, 03049021 u 03049025. il-prodott ma jitqiesx li jkun fetta li jaqa' taħt il-kodiċi NM 030410 jew 030420 (ara hs noti ta' spjega għal kodiċi 0304) |

2.Folji ta' polyether sulphone miksija bi proċess ta' tqegħid bil-cathode b'saff ta' metall, nitrad tal-metall, ossidu tal-metall jew carbide tal-metall | 39219050 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u t-testi tal-kodiċi NM 3921, 392190 u 39219050. il-prodott ma jkunx kopert bil-kliem tal-kodiċi 3920 minħabba li jkun miksi b'metall, ossidu tal-metall, nitrad tal-metall jew carbide tal-metall |

3.Sodium dihydridobis(2-methoxyethanolato) alluminat f'likwidu (70 %) f'toluene | 38239099 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u t-testi tal-kodiċi NM 3823, 382390 u 38239099. il-prodott ma jistax ikun klassifikat f'Kapitolu 29 għaliex ma jkunx jikkonforma ma' dispożizzjonijijiet ta' nota 1 (e) tal-Kapitolu 29 hija preparazzjoni ta' l-industrija tal-kimika li mhux speċifikata jew imdaħħla xi mkien ieħor |

--------------------------------------------------

Top