EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31975L0322

Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Mejju 1975 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-suppressjoni ta’ interferenza tar-radju prodotta minn magni spark-ignition mgħammra fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

ĠU L 147, 9.6.1975, p. 28–37 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32009L0064

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1975/322/oj

31975L0322



Official Journal L 147 , 09/06/1975 P. 0028 - 0037
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0113
Greek special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0080
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0113
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0107
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 4 P. 0107


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ l-20 ta’ Mejju 1975

fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-suppressjoni ta’ interferenza tar-radju prodotta minn magni spark-ignition mgħammra fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

(75/322/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2];

Billi l-ħtiġijiet tekniċi li għandhom jikkonformaw magħhom t-tratturi bi qbil ma’ liġijiet nazzjonali jirrelataw, inter alia, mas-suppressjoni ta’ interferenza tar-radju;

Billi dawn il-ħtieġijiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi għalhekk huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġijiet jew bħala żieda ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex partikolarment jippermettu proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet suġġetta għad-Direttiva tal-Kunsill Nru 74/150/KEE [3] ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija li għandhom japplikaw għal kull tip ta’ trattur,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. "Trattur għall-agrikoltura jew għall-forestrija" tfisser kull vettura bil-mutur mgħammra bir-roti jew tracks mingħajr tarf, li jkollha talanqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħha tkun il-qawwa tal-ġibda u li tkun iddisinjata speċifikatament biex tiġbed, timbotta, iġġorr jew tħaddem ċerti power tools, makkinarju jew karrijiet maħsuba użati għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Din tista’ tkun mgħammra biex iġġorr tagħbija u passiġġieri.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal tratturi definiti fil-paragrafu ta’ qabel, mgħammra b’roti pnewmatiċi u li għandhom żewġ fusien u veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn 6 u 25 km/siegħa u magni spark-ignition.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ trattur fuq bażi ta’ l-interferenza tar-radju prodotta mis-sistema spark-ignition tal-magna ta’ propulsjoni tagħha jekk dawn il-muturi tal-ħart huma mgħammra b’tagħmir ta’ suppressjoni ta’ interferenza li jħares il-ħtiġijiet ta’ l-Annessi.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, dħul fis-servizz jew l-użu ta’ trattur fuq bażi ta’ l-interferenza tar-radju prodotta mis-sistema spark-ignition tal-magna ta’ propulsjoni tagħha jekk dawn it-tratturi huma mgħammra b’tagħmir ta’ suppressjoni ta’ interferenza li jħares il-ħtiġijiet ta’ l-Annessi.

Artikolu 4

Stat Membru li ta’ approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun infurmat minn kull modifikazzjoni ta’ xi parti jew karatteristika msemmija f’ 2.2 -Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom jiddeterminaw jekk għandhomx isiru testijiet ġodda fuq it-tip modifikat tat-trattur u jitħejja rapport ġdid. Fejn dawn it-testijiet juru nuqqas ta’ konformità mal-ħtieġijiet ta’ din id-Direttiva, il-modifikazzjoni ma għandiex tkun approvata.

Artikolu 5

L-emendi meħtieġa biex ikunu adattati l-ħtieġijiet ta’ l-Anness għall-progress tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 13 tad-Direttiva Nru 74/150/KEE.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u minnufih javżaw lill-Kummissjoni dwar dan.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva huma komunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Mejju 1975.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Ryan

[1] ĠU Ċ 160, 18.12.1969, p. 29.

[2] ĠU Ċ 48, 16.4.1969, p. 21.

[3] ĠU L 84, 28.3.1974, p. 10.

--------------------------------------------------

ANNESS I [1]

DEFINIZZJONIJIET, APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, MARKI, APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, SPEĊIFIKAZZJONIJIET, TESTIJIET, KONFORMITà TAL-PRODUZZJONI

(1.) 2. DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva,

(2.1) 2.2. "Tip ta’ trattur rigward suppressjoni ta’ interferenza tar-radju" ifisser tratturi li mhumiex daqshekk differenti fuq rispetti essenzjali bħal: 2.2.1. Il-forom u l-materjali kostitwenti tal-parti tal-body li jiffurmaw l-kompartiment tal-magna u l-parti tal-kompartiment tal-passiġġier l-eqreb tagħha.

2.2.1. Il-forom u l-materjali kostituttivi tal-parti tal-korp li jifforma l-kompartiment tal-magna u l-parti tal-kompartiment tal-passġġieri l-eqreb lejh

2.2.2. It-tip ta’ magna (kemm jekk two- jew four-stroke, numru u l-kapaċità taċ-ċilindri, numru t’ karburaturi, arranġament tal-valvoli, saħħa massima u r-r.p.m. li jikkorrospondu).

2.2.3. Il-pożizzjoni jew l-mudell tal-komponenti taċ-ċirkwit biex tixgħel (coil, distributor, sparking plugs, screening, eċċ.).

2.2.4. Il-pożizzjoni tal-komponenti tal-metall li jinsabu fil-kompartiment tal-magna (e.g. strumenti li jsaħħnu, rota żejda, filtru ta’ l-arja, eċċ.).

2.3. "Limitazzjoni ta’ interferenza tar-radju" tfisser tnaqqis fl-interferenza tar-radju fil-meded ta’ frekwenza tax-xandir u tat-televiżjoni għal livell li għalih ma jkunx hemm interferenza li tinħass fil-funzjoni tar-riċevituri li mhumiex jinġarru mill-vettura nnifisha; din il-kondizzjoni tkun imħarsa jekk il-livell ta’ interferenza jibqa’ taħt il-limiti stabbiliti hawn taħt fis-6.2.2;

2.4. "Tagħmir ta’ suppressjoni ta’ interferenza tar-radju" ifisser set komplut ta’ komponenti meħtieġa biex inaqqsu l-interferenza tar-radjumis-sistema li tixgħel it--trattur. Tagħmir ta’ suppressjoni ta’ interferenza tar-radju jinkludi wkoll strippi ta’ l-earthing u komponenti ta’ screening inkorporati speċjalment għas-suppressjoni ta’ l-interferenza tar-radju;

2.5. "Tagħmir ta’ suppressjoni ta’ tipi differenti" ifisser settijiet ta’ tagħmir li huma differenti f’dawn ir-rispetti essenzjali: 2.5.1. Li l-komponenti tagħhom għandhom ismijiet jew marki tal-kummerċ differenti.

2.5.1. Li l-komponenti tagħhom ikollhom ismijiet tad-ditta jew marki differenti.

2.5.2. Li l-karatteristiċi ta’ "frekwenza għolja" ta’ komponent huma differenti jew il-komponenti tagħhom ivarjaw fil-forma jew fid-daqs.

2.5.3. Li l-prinċipji operattivi ta’ mill-inqas komponent wieħed huma differenti.

2.5.4. Li l-komponenti tagħhom huma mqiegħdin flimkien b’mod differenti.

2.6. "Komponent tat-tagħmir ta’ suppressjoni" jfisser wieħed mill-partijiet individwali kostitwenti tat-tagħmir ta’ suppressjoni.

3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ tip ta’ trattur rigward is-suppressjoni ta’ interferenza tar-radju għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtoriżżat tiegħu.

3.2. Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin fi tlett kopji u bid-dettalji li ġejjin:

3.2.1. Deskrizzjoni tat-tip tattrattur rigward l-affarijiet msemmija fi 2.2 hawn fuq, akkumpanjata minn vista miftuħa jew rittratt tal-kompartiment tal-magna. In-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip ta’ magna u t-tip ta’ trattur għandhom jintwerew.

3.2.2. Lista ta’ komponenti, li jintgħarfu sew, li jikkostitwixxu t-tagħmir tas-suppressjoni ta’ l-interferenza tar-radju.

3.2.3. Disinji dettaljati ta’ kull komponent sabiex jinstab u jintgħaraf faċilment.

3.2.4. Dettalji tal-valur nominali tar-reżistenzi tal-kurrent dirett, u, fil-każ ta’ cables reżistivi ta’ l-ignition, tar-resistenza nominali tagħhom kull metru.

3.3. Barra minn hekk, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għandha tkun akkumpanjata minn kampjun tat-tagħmir għas-suppressjoni ta’ l-interferenza tar-radju.

3.4. Vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ tratturt- sabiex tkun approvata għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

4. MARKI

4.1. Il-komponenti tat-tagħmir għas-suppressjoni ta’ l-interferenza tar-radji għandu jkollhom:

4.1.1. L-isem jew il-marka tal-kummerċ tal-manifatturi tat-tagħmir u l-komponenti tiegħu.

4.1.2. Id-deskrizzjoni tal-kummerċ mogħtija mill-manifattur.

4.2. Il-marki għandhom jkunu repetuti fuq il-cables tas-suppressjoni ta’ l-inteferenza tar-radju f’intervalli ta’ mhux iktar minn tnax-il ċentimetru.

4.3. Dawn il-marki għandhom ikunu leġġibbli u ma jitħassrux.

5. APPROVAZZJONI TAT-TIP

(5.1.) (5.2.) 5.3. Formula li taqbel mal-mudell ta’ l-Anness IV għandha tkun mehmuża maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE.

(5.4.) (5.5.) (5.6.) 6. SPEĊIFIKAZZJONIJIET

6.1. Speċifikazzjonijiet ġenerali

Il-komponenti tat-tagħmir għas-suppressjoni ta’ l-interferenza tar-radju għandhom ikunu hekk iddisinjati, mibnija u mwaħħla b’ tali mod li jippermettu t-trattur, f’kondizzjonijiet normali ta’ użu, li jħares il-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva.

6.2. Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw interferenza tar-radju

6.2.1. Mod ta’ kejl

Ir-radjazzjoni ta’ interferenza mwaqqfa mit-tip ta’ trattur li ġiet sottomessa għall-approvazzjoni għandha titkejjel mill-metodu deskritt fl-Anness II.

6.2.2. Limiti ta’ referenza

6.2.2.1. Il-limiti tar-radjazzjoni bbażati fuq il-kejl quasi-peak għandhom ikunu ta’ 50 V/m fil-medda ta’ frekwenza 40-75 MHz u 50-120/Vm fil-medda ta’ frekwenza 75-250 MHz, dan il-limitu jiżdied linearment mal-frekwenzi ‘l fuq minn 75 MHz.

6.2.2.2. Jekk il-kejl isir b’tagħmir li jkejjel il-peak, il-qari, espress f’/Vm, għandu jkun maqsum f’10.

6.2.3. Fuq it-tip ta’ trattur li ġie sottomess għall-approvazzjoni rigward is-suppressjoni ta’ interferenza tar-radju, il-valuri mkejla ma għandhomx ikunu inqas minn 20 fil-mija taħt il-limiti ta’ referenza.

7. TESTIJIET

Konformità mal-ħtiġijiet ta’sezzjoni 6 hawn fuq għandhom ikunu spezzjonati skond il-metodu muri fl-Anness II.

(8.) 9. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

(9.1.) 9.2. Meta l-konformità tat-trattur meħud mis-serje qed ikun verifikat, il-produzzjoni titqies li hija konformi mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva jekk il-livelli mkejla ma jaqbżux b’iktar minn 25 % il-limiti preskritti fis-6.2.2.

9.3. Jekk mill-inqas wieħed mill-livelli mkejla fuq it-trattur meħud mis-serje jaqbeż il-limiti preskritti fis-6.2.2. b’aktar minn 25 %, il-manifattur jista’ jitlob li l-kejl isir fuq kampjun ta’ mill-inqas sitt tratturi meħuda mis-serje. Ir-riżultati ta’ kull medda ta’ frekwenza għandhom ikunu interpretati bil-metodu ta’ statistika muri fl-Anness III.

[1] It-test ta’ l-Annessi jikkorrospondi ma’ dak tad-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 1972 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-suppressjoni ta’ interferenza tar-radju prodott mill-magni mgħammra fil-vetturi bil-mutur li jixgħelu bl-ispark (ĠU L 152, tas-6.7.1972, p. 15).

--------------------------------------------------

ANNESS II

METODU TA’ KEJL TA’ INTERFERENZA TAR-RADJU PRODOTT MINN SISTEMI LI JIXGĦELU B’VULTAĠĠ GĦOLI

1. APPARAT BIEX IKEJJEL

It-tagħmir li jkejjel għandu jkun konformi mall-ħtiġijiet tal-Pubblikazzjoni Nru 2 (l-ewwel edizzjoni, 1961) tal-Kumitat Speċjali Internazzjonali draw l-Interferenza tar-Radju (CISPR) jew ma’ l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli ma’ l-apparat tat-tip li jkejjel il-peak mogħti fil-Pubblikazzjoni Nru 5 tas-CISPR (l-ewwel edizzjoni, 1967).

Nota:

Fejn it-tagħmir disponibbli majilħaqxkompletament l-ispeċifikazzjonijiet tas-CISPR, id-diskrepanzi jridu jkunu msemmija b’mod ċar.

2. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

120

B

b’fattur

3. POST FEJN ISIR IL-KEJL

Il-post fejn isir il-kejl għandu jkun fil-wità u jkun ħieles minn uċuh li jirriflettu l-mewġ ġewwa ellissi li għandha assi maġġuri ta’ 20m u assi minuri ta’ 17 73m. L-antenna u ċ-ċentru tal-magna jridu jkunu fuq l-assi maġġuri ta’ l-ellissi, il-pjan tas-simetrija tat-trattur jkun parallel ma’ l-assi minuri. L-antenna u l-punt ta’ intersezzjoni tal-ġenb tal-magna l-eqreb lejn l-antenna bl-assi maġġuri jridu jkunu kollha fil-punt fokali ta’ l-ellissi. Is-set tal-kejl, jew l-għarix tat-test jew il-vettura li fiha jinsab is-set, jista’ jkun ġewwa l-ellissi imma orizzontali mhux eqreb minn 3m lejn l-antenna, f’direzzjoni opposta mit-trattur li qed jitkejjel. Aktar minn hekk, l-assenza ta’ xi rrelevanza jew sinjal li jista’ jaffettwa materjalment il-kejl trd tkun żgurata; għalhekk issir spezzjoni, bil-magna wieqfa, qabel u wara li jittieħed il-kejl, li jista’ jkun ikkunsidrat sodisfaċenti biss jekk il-qari huwa mill-inqas 10dB aktar mill-ogħla qari miksub mill-ispezzjonijiet ta’ qabel u wara l-kejl.

4. TRATTUR

4.1. It-tagħmir elettriku anċillari meħtieġ biss biex taħdem il-magna għandu jkun operat.

4.2. Il-magna għandu jkollha temperatura normali ta’ l-operazzjoni tagħha. Matul kull kejl, il-magna għandha titħaddem kif ġej:

Numru ta’ ċilindri | Metodu ta’ kejl |

Peak | Quasi-peak |

Wieħed | ‘l fuq minn idling | 2500 r.p.m. |

Iktar minn wieħed | ‘l fuq minn idling | 1500 r.p.m. |

4.3. Il-kejl ma għandux isir waqt li nieżla x-xita fuq il-vettura jew matul l-ewwel 10 minuti wara li waqfet ix-xita.

5. ANTENNA

5.1. Għoli

Iċ-ċentru tad-dipole għandu jkun 3m ‘l fuq mill-art.

5.2. Distanza tal-kejl

Id-distanza orizzontali mill-antenna għall-eqreb parti tal-metall tat-trattur għandha tkun 10m.

5.3. Il-post ta’ l-antenna b’rispett tat-trattur

L-antenna għandha titpoġġa suċċessivament fuq in-naħat tax-xellug u tal-lemin tat-trattur f’żewġ posizzjonijiet ta’ kejl, b’aerial parallel mal-pjan tas-simmetrija tat-tractor u in linea mal-magna. (Ara l-Appendiċi ta’ dan l-Anness).

5.4. Pożizzjoni ta’ l-antenna

F’kull wieħed mill-punti tal-kejl, il-qari għandu jittieħed bid-dipole fil-pożizzjoni orizzontali u vertikali. (Ara l-Appendiċi ta’ dan l-Anness).

5.5. Qari

Il-massimu ta’ erba’ qari għandhu jittieħedu bħala l-qari karatteristiku fuq il-frekwenza li fuqha ttieħed il-kejl.

6. FREKWENZI

Il-kejl għandu jsir fil-medda ta’ bejn 40 u 250MHz. Trattur huwa kkunsidrat li x’aktarx iħares il-limiti meħtieġa tas-suppressjoni fuq il-medda kollha tal-frekwenza jekk jilħaqhom fuq dawk is-sitt frekwenzi li ġejjin: 45, 65, 90, 150, 180 u 220 (± 5 MHz) (It-tolleranza ta’ 5 MHz għas-sitt frekwenzi magħżula għandha tagħmilha possibbli li tkun evitata interferenza minn trasmissjonijiet li joperaw fuq frekwenzi nominali).

--------------------------------------------------

Appendiċi

DIREZZJONI TA’ L-ANTENNA B’RISPETT GĦAT-TRATTUR

Eżempju

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

METODU TA’ STATISTIKA LI JISPEZZJONA S-SUPPRESSJONI TA’ INTERFERENZA TAR-RADJU

x

+ kS

≤ L

fejn

x

- = il-medja aritmetika tar-riżultati ta’ n tratturi

n = 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 |

k = 1.42 | 1.35 | 1.30 | 1.27 | 1.24 | 1.21 | 1.20 |

k =

Sn = id-devjazzjoni standard tar-riżultati fuq n tratturi

Sn2 Σ

/

n − 1

x = riżultat individwali

L = limitu speċifikat

x

- u L espressi f’dB (μV/m)

Jekk l-ewwel kampjun ta’ n tratturi ma jħarisx l-ispeċifikazzjoni, it-tieni kampjun ta’ n tratturi għandu jkun ittestjat u r-riżultati globali jitqiesu li ġejjin minn kampjun ta’ 2n tratturi.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top