EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0868

2014/868/UE: Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal- 4 ta' Settembru 2014 li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fuq in-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

ĠU L 347, 3.12.2014, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/868/oj

3.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/44


DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-EĠITTU

tal-4 ta' Settembru 2014

li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fuq in-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

(2014/868/UE)

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il- Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fuq in-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tal-Protokoll Nru 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tat-3 ta' Awwissu 2010 (2) jippermetti li, taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun hemm ir-rifużjoni jew l-eżenzjoni parzjali tad-dazji doganali jew ta' taxxi b'effett ekwivalenti, sal-31 ta' Diċembru 2012.

(2)

Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċarezza u biex jiġu żgurati l-prevedibbiltà ekonomika għal terminu twil u ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, il-partijiet għall-Ftehim, jaqblu li jtawlu l-applikazzjoni tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim, bi tliet snin, b'effett mill-1 ta' Jannar 2013.

(3)

Għalhekk, il-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba li l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim ma jibqax japplika mill-31 ta' Diċembru 2012, din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fuq in-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, huwa sostitwit bit-test segwenti:

“Dan il-paragrafu għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2015 u jista' jiġi eżaminat mill-ġdid bi qbil komuni.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2013.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39.

(2)  ĠU L 249, 23.9.2010, p. 5.


Top