EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0023

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 23/2012 tal- 10 ta’ Frar 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

OJ L 161, 21.6.2012, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 089 P. 499 - 499

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/23(2)/oj

21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 23/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII ta’ mal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 165/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2011 tal-5 ta’ Lulju 2011 li jadotta r-regoli ta’ proċedura tal-qafas ta’ kooperazzjoni permanenti stabbilit mill-Istati Membri b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġiet inkorporata fil-Ftehim permezz tad-Deċiżjoni Nru 118/2001 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tat-28 ta’ Settembru 2001 (4).

(4)

Id-Direttiva 2001/14/KE tirrevoka r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2830/77 (5) u (KEE) Nru 2183/78 (6), id-Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE (7) u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 82/529/KEE (8) u 83/418/KEE (9) li huma inkorporati fil-Ftehim, u li konsegwentament għandhom jiġu rrevokati mill-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

Fil-paragrafu II tal-ADATTAMENTI SETTORJALI, il-kliem ‘l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 83/418/KEE,’ u ‘l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2830/77, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2183/78 u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 82/529/KEE’ jiġu mħassra.

2.

It-testi tal-punti 38 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 83/418), 40 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2830/77), 41 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2183/78), 41a (id-Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE) u 42 (id- Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 82/529/KEE) jiġu mħassra.

3.

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 55c (imħassar):

“55ca.

32011 R 0651: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2011 tal-5 ta’ Lulju 2011 li jadotta r-regoli ta’ proċedura tal-qafas ta’ kooperazzjoni permanenti stabbilit mill-Istati Membri b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 177, 6.7.2011, p. 18).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 651/2011 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) fil-Ftehim, skont liema data minnhom tkun l-iktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 76, 15.3.2012, p. 57.

(2)  ĠU L 177, 6.7.2011, p. 18.

(3)  ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29.

(4)  ĠU L 322, 6.12.2001, p. 32.

(5)  ĠU L 334, 24.12.1977, p. 13.

(6)  ĠU L 258, 21.9.1978, p. 1.

(7)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 75.

(8)  ĠU L 234, 9.8.1982, p. 5.

(9)  ĠU L 237, 26.8.1983, p. 32.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(10)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114.


Top