EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0002

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 2/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

OJ L 209, 9.8.2007, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 022 P. 313 - 314

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/2(2)/oj

9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 2/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/724/KE ta' l-10 ta' Ottubru 2003 li tagħti deroga temporanja mid-Direttiva 82/894/KEE rigward il-frekwenza tan-notifiki ta' tifqigħ primarju ta' l-enċifalopatija sponġiformi tal-bovini (2) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/216/KE ta' l-1 ta' Marzu 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE dwar in-notifika tal-mard ta' l-annimali fil-Komunità biex tinkludi fil-lista ta' mard li għandu jkun innotifikat lill-awtorità, ċertu mard ekwin u ċertu mard tan-naħal (3) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi mdaħħal fil-punt 10 (Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE) fil-Parti 3.1:

“—

32004 D 0216: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/216/KE ta' l-1 ta' Marzu 2006 (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 27).”

2.

Dan it-test ta' adattament għandu jiġi mdaħħal fil-punt 10 (Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE) fil-Parti 3.1:

‘Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda.’

3.

Il-punt li ġej għandu jkun inkluż wara l-punt 33 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE) fil-Parti 3.2:

‘34.

32003 D 0724: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/724/KE ta' l-10 ta' Ottubru 2003 li tagħti deroga temporanja mid-Direttiva 82/894/KEE rigward il-frekwenza tan-notifiki ta' tifqigħ primarju ta' l-enċifalopatija sponġiformi tal-bovini (ĠU L 260, 11.10.2003, p. 36).’

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2003/724/KE u 2004/216/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 6.

(2)  ĠU L 260, 11.10.2003, p. 36.

(3)  ĠU L 67, 5.3.2004, p. 27.

(*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


Top