Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002D0088

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 li jemenda l-Anness XV (Għajnuna ta' l-istat) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 266, 3.10.2002, p. 56–60 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/88(2)/oj

22002D0088



Official Journal L 266 , 03/10/2002 P. 0056 - 0060


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 88/2002

tal-25 ta' Ġunju 2002

li jemenda l-Anness XV (Għajnuna ta' l-istat) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendata mill-Protololl li jimmodifika l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2001 tal-31 ta' Jannar 2001 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għal għajnuna għat-taħriġ għandu jkun inkorporat fil-Ftehim [2].

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tKE għal għajnuna ta' importanza minuri ("de minimis") għandu jkun inkorporat fil-Ftehim [3].

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna ta' l-Istat lill-impriżi żgħar jew medji għandu jkun inkorporat [4],

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XV tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. Dan li ġej għandu jiġi mniżżel wara l-punt 1ċ (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3094/95):

"Għajnuna għat-taħriġ

1d. 32001 R 0068: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 87 and 88 tat-Trattat KE għal għajnuna għat-taħriġ (ĠU L 10, tat-13.1.2001, p. 20).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-iskopijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) Il-kliem "l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE" għandhu jaqra "l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE";

(b) Il-kliem "Stat Membru" għandu jaqra "Stat Membru tal-KE jew Stat EFTA". Il-kliem "Stati Membri" għandu jaqra "Stati Membri tal-KE jew Stati EFTA";

(ċ) L-Artikolu 1 għandu jaqra: "Dan ir-Regolament japplikka għall-għajnuna fis-setturi kollha koperti mill-Artikoli 61 sa 64 tal-Ftehim ŻEE";

(d) Fl-Artikolu 2(a), il-kliem "87(1) tat-Trattat" għandu jaqra "l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE";

(e) Fl-Artikolu 2(e), il-kliem "jew il-Komunità" m'għandhux japplika;

(f) Fl-Artikolu 3, il-kliem "kompatibbli mas-suq komuni" għandu jaqra "kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE";

(g) Fl-Artikolu 3, il-kliem "l-Artikolu 87(3) tat-Trattat" għandu jaqra "l-Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE". Il-kliem "l-Artikolu 88(3) Trattat" għandu jaqra "l-Artikolu 1(3) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Sorveljanza u tal-Qorti";

(h) Fl-Artikolu 4(2) u 4(3), il-kliem "l-Artikolu 87(3)(ċ) tat-Trattat" u "l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat", għandu jaqra "l-Article 61(3)(ċ) tal-Ftehim ŻEE" u "l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE", rispettivament;

(i) Fl-Artikolu 4(6)(b), il-kliem "reġistri Komunitarji" għandu jaqra "reġistri fit-territorju kopert mill-Ftehim ŻEE";

(j) Fl-Artikolu 6(2), il-kliem "Għajnuna ta' l-Istat fis-sens ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat" għandu jaqra "Għajnuna ta' l-Istat fis-sens ta' l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE".

Għajnuna ta' importanza minuri ("de minimis")

1e. 32001 R 0069: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna ta' importanza minuri ("de minimis") (ĠU L 10, tat-13.1.2001, p. 30).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-iskopijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) Il-kliem "l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE" għandu jaqra "l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE";

(b) Il-kliem "Stat Membru" għandhu jaqra "Stat Membru tal-KE jew Stat EFTA". Il-kliem "Stati Membri" għandhu jaqra "Stati Membri tal-KE jew Stati EFTA";

(ċ) Fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-kliem "is-setturi kollha" għandu jaqra: "is-setturi kollha koperti mill-Artikoli 61 sa 64 tal-Ftehim ŻEE";

(d) L-Artikolu 1(a) għandu jinbidel b'li ġej:

"is-settur tat-trasport u l-attivitajiet marbuta mal-produzzjoni, ma' l-ipproċessar jew mal-marketing tal-prodotti elenkati fl-Appendiċi ta' dan l-Anness u koperti mill-ambitu ta' dan il-Ftehim."

(e) Fl-Artikolu 2(1), il-kliem "l-Artikolu 87(1) tat-Trattat" u "l-Artikolu 88(3) tat-Trattat" għandu jaqra "l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE" u "l-Artikolu 1(3) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Sorveljanza u tal-Qorti", rispettivament.

Għajnuna lill-impriżi żgħar u medji

1f. 32001 R 0070: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għal għajnuna ta' l-Istat għall-impriżi żgħar u medji (ĠU L 10, tat-13.1.2001, p. 33).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-iskopijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) Il-kliem "l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat KE għandu jaqra 'l-Artikolu 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE";

(b) Il-kliem "Stat Membru" għandu jaqra "Stat Membru tal-KE jew Stat EFTA". Il-kliem "Stati Membri" għandu jaqra "Stati Membri tal-KE jew Stati EFTA";

(ċ) Il-kelma "Kummissjoni" għandha taqra' "l-awtorità ta' sorveljanza kompetenti kif definita fl-Artikolu 62 tal-Ftehim ŻEE";

(d) Il-kliem "l-Artikolu 87(1) tat-Trattat" għandu jaqra' "l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE";

(e) Il-kliem "l-Artikolu 88(3) tat-Trattat" għandu jaqra "l-Artikolu 1(3) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Sorveljanza u tal-Qorti";

(f) Fl-Artikolu 1(1), il-kliem "Ir-Regolamenti jew id-Direttivi Komunitarji taħt it-Trattat KE" għandu jaqra "ir-regoli taħt il-Ftehim ŻEE". Il-kliem "is-setturi kollha" għandu jaqra': "is-setturi kollha koperti mill-Artikoli 61 sa 64 tal-Ftehim ŻEE";

(g) l-Artikolu 1(2)(a) għandu jinbidel b'li ġej:

"għal attivitajiet marbuta mal-produzzjoni, ma' l-ipproċessar jew mal-marketing tal-prodotti elenkati fl-Appendiċi ta' dan l-Anness u koperti mill-ambitu tal-Ftehim."

(h) Fl-Artikoli 3 u 5, il-kliem "kompatibbli mas-suq komuni" għandu jaqra "kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE";

(i) Fl-Artikolu 4(3), il-kliem "l-Artikolu 87(3)(ċ)" għandu jaqra "l-Artikolu 61(3)(ċ) tal-Ftehim ŻEE". Il-kliem "l-Artikolu 87(3)(a)" għandu jaqra "l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE"."

2. Dan li ġej għandu jiżdied fl-aħħar ta' l-Anness XV:

"

Appendiċi

Lista ta' prodotti msemmija fil-punti 1e(d) u 1f (g) ta' l-Anness XV

Numru fin-nomenklatura ta' Brussel | Deskrizzjoni tal-prodotti |

| |

Il-Kapitolu 1 | | Annimali ħajjin |

Il-Kapitolu 2 | | Laħam u interjuri tal-laħam li jittiekel |

Il-Kapitolu 3 | | Ħut, krustaċi u molluski |

Il-Kapitolu 4 | | Prodotti tal-ħalib; bajd ta' l-għasafar; għasel naturali |

Il-Kapitolu 5 | | |

05.04 | L-imsaren, il-bżieżaq ta' l-awrina u l-istonkijiet ta' annimali (li mhumiex ħut), sħaħ jew biċċiet minnhom |

05.15 | Prodotti mill-annimali mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor; annimali mejta tal-Kapitolu 1 jew tal-Kapitolu 3, mhux tajba għall-konsum mill-bniedem |

Il-Kapitolu 6 | | Siġar ħajjin u pjanti oħra; basal tal-pjanti, għeruq u affarijiet simili, fjuri maqtugħa u weraq ornamentali |

Il-Kapitolu 7 | | Ħaxix li jittiekel u ċerti għeruq u tuberi |

Il-Kapitolu 8 | | Frott u ġewż li jittieklu; qxur tal-bettieħ jew tal-fott taċ-ċitru |

Il-Kapitolu 9 | | Kafé, té u ħwawar, eskluż il-maté (l-intestatura Nru 09.03) |

Il-Kapitolu 10 | | Ċereali |

Il-Kapitolu 11 | | Prodotti ta' l-industrija tat-tħin; ix-xgħir u l-lamti; il-glutina; l-inulina |

Il-Kapitolu 12 | | Żrieragħ taż-żejt u frott li jagħti ż-żejt; qmugħ, żrieragħ u frott imħallta; pjanti industrijali u mediċinali; tiben u għalf |

Il-Kapitolu 13 | | |

ex 13.03 | Pektin |

Il-Kapitolu 15 | | |

15.01 | Xaħam u xaħam ippressat ieħor tal-majjal, xaħam ippressat tat-tjur- |

15.02 | Xaħmijiet mhux ippressati ta' bovini tal-mergħa, ngħaġ jew mogħoż; xaħam tad-dam (inkluż "il-jus premier") prodotti minn dawn ix-xaħmijiet |

15.03 | Stearina tax-xaħam, stearina taż-żejt u stearina tad-dam; żejt tax-xaħam, oleomarġarina u żejt tad-dam, li mhuwiex emulsifizzat, jew imħallat jew ippreparat b'ebda mod |

15.04 | Xaħmijiet u żejt, ta' ħut u mammiferi marini, kemm jekk huma rfinati u kemm jekk le |

15.07 | - Żjut mill-ħaxix fissi, fluwidi jew solidi, nejjin, irfinati jew ippurifikati |

15.12 | Xaħmijiet u żjut mill-annimali jew mill-ħxejjex ta' l-ikel, idroġenati, kemm jekk huma rfinati u kemm jekk le, imma mhux ippreparati iktar minn hekk |

15.13 | Marġarina, imitazzjoni tax-xaħam u xaħmijiet oħra ppreparati li jittieklu |

15.17 | Fdalijiet li jirriżultaw mit-trattament ta' sustanzi xaħmin jew ta' tipi ta' xama' mill-annimali jew veġetali |

Il-Kapitolu 16 | | Tħejjijiet tal-laħam, tal-ħut, tal-krustaċi jew tal-molluski |

Il-Kapitolu 17 | | |

17.01 | Zokkor tal-pitravi u zokkor tal-kannamieli, solidi |

17.02 | Tipi oħra ta' zokkor; xiroppi miz-zokkor; għasel artifiċjali (kemm jekk imħallat bil-għasel naturali u kemm jekk le); il-karamella |

17.03 | Il-ġulepp magħqud miz-zokkor ("molasses"), kemm jekk bil-kulur imneħħi u kemm jekk le |

17.05 | Zokkor bit-togħma jew bil-kulur, xiroppi u ġulepp maqgħud, imma mhux inkluż il-meraq tal-frott li għandu z-zokkor f'kull proporzjon |

Il-Kapitolu 18 | | |

18.01 | Żerriegħa tal-kawkaw, sħiħa jew imfarrka, nejja jew inkaljata |

18.02 | Qxur ta' barra tal-kawkaw, ħliefa, ġlud u skart |

Il-Kapitolu 20 | | Tħejjijiet ta' ħaxix ta' l-ikel, ta' frott jew ta' partijiet oħra tal-pjanti |

Il-Kapitolu 22 | | |

22.04 | Mostu tal-għeneb, fil-fermentazzjoni jew bil-fermentazzjoni mwaqqfa b'mod li mhux biż-żieda ta' l-alkoħol |

22.05 | Inbid mill-għeneb frisk; mostu tal-għeneb bil-fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda ta' l-alkoħol |

22.07 | Xorb ieħor iffermentat (per eżempju s-sidru, il-perry(xarba magħmula mill-għasir u l-fermentazzjoni tal-lanġas), il-mead (xarba magħmula mill-fermentazzjoni ta' l-għasel bl-ilma) |

ex 22.08 ex 22.09 | L-alcoħol ta' l-etil jew spiriti newtrali, kemm jekk żnaturat u kemm jekk le, ta' kull qawwa, ottenut minn prodotti agrikoli elenkati f'dan l-Anness, esklużi l-likuri u xorb ieħor spirituż u preparazzjonijiet komposti ta' l-alkoħol (magħrufa bħala "estratti kkonċentrati") għall-fabbrikazzjoni tax-xorb |

22.10 | Ħall u sostituti għall-ħall |

Il-Kapitolu 23 | | Fdalijiet u skart mill-industriji ta' l-ikel; għalf għall-annimali ppreparat |

Il-Kapitolu 24 | | |

24.01 | Tabakk mhux iffabbrikat, skart tat-tabakk |

Il-Kapitolu 45 | | |

45.01 | Sufra naturali, mhux maħduma, mfarrka, granulata jew mitħuna; skart tas-sufra |

Il-Kapitolu 54 | | |

54.01 | Kittien, naturali jew ipproċessat iżda mhux minsuġ; stoppa tal-kittien u skart (inklużi ċraret miġbuda jew iggarnattati) |

Il-Kapitolu 57 | | |

57.01 | Qanneb veru (Cannabis sativa), naturali jew ipproċessat iżda mhux minsuġ; stoppa u skart tal-qanneb veru (inklużi ċraret jew ħbula miġbuda jew iggarnattati) |

"

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 68/2001, 69/2001 u 70/2001 fil-lingwi Norveġiżi jew Islandiżi, biex ikunu ppubblikati fis-Supplement ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Ġunju 2002, iżda n-notifikazzjonijiet taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim iridu jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [5].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandu tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-u fis-suppliment ŻEE għall-, Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Ġunju 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 66, tat-8.3.2001, p. 48.

[2] ĠU L 10, tat-13.1.2001, s. 20.

[3] ĠU L 10, tat-13.1.2001, s. 30.

[4] ĠU L 10, tat-13.1.2001, s. 33.

[5] Il-Kondizzjonijiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Top