EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12005SP025

Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - IR-RABA' PARTI: DISPOSIZZJONIJIET TEMPORANJI - TITOLU III:DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI - Artikolu 25

ĠU L 157, 21.6.2005, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/acc_2005/pro_1/art_25/sign

12005SP025

Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - IR-RABA' PARTI: DISPOSIZZJONIJIET TEMPORANJI - TITOLU III:DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI - Artikolu 25

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0036 - 0036


Artikolu 25

1. Mid-data ta' l-adeżjoni, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom iħallsu l-ammonti li ġejjin li jikkorrispondu għas-sehem tagħhom mill-kapital imħallas għall-kapital sottoskritt kif definit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru. 5 dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment, anness mal-Kostituzzjoni [5]:

Bulgarija EUR 14800000

Rumanija EUR 42300000.

Dawn il-kontributi għandhom jiġu mħallsa fi tmien pagamenti ndaqs li għandhom isiru fil- 31 ta' Mejju 2007, 31 ta' Mejju 2008, 31 ta' Mejju 2009, 30 ta' Novembru 2009, 31 ta' Mejju 2010, 30 ta' Novembru 2010, 31 ta' Mejju 2011 u 30 ta' Novembru 2011.

2. Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jikkontribwixxu, fi tmien pagamenti ndaqs li għandhom isiru fid-dati msemmija fil-paragrafu 1, għar-riservi u l-provvisti ekwivalenti għal riservi, kif ukoll għall-ammont li għad irid jiġi approprjat għar-riservi u l-provvisti, li jinkludu l-bilanċ tal-kont tal-qligħ u t-telf, stabbilit fl-aħħar tax-xahar ta' qabel l-adeżjoni, kif imniżżel fil-balance sheet tal-Bank, f'ammonti li jikkorrispondu għall-perċentwali tar-riservi u l-provvisti li ġejjin [5]:

Bulgarija 0,181 %

Rumanija 0,517%.

3. Il-kapital u l-pagamenti previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitħallsu mill-Bulgarija u r-Rumanija f'euro fi flus kontanti, salv għal xi deroga deċiża b'mod unanimu mill-Bord tal-Gvernaturi.

[5] Il-figuri ċitati huma indikattivi u bbażati fuq id-data ta' l-2003 pubblikata mill-Eurostat.

--------------------------------------------------

Top