EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02014R0651-20210405
Commission Regulation (EU) No 651/2014 of 17 June 2014 declaring certain categories of aid compatible with the internal market in application of Articles 107 and 108 of the Treaty (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02014R0651 — MT — 05.04.2021 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187 26.6.2014, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1084 tal-14 ta' Ġunju 2017 |
L 156 |
1 |
20.6.2017 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/972 tat-2 ta’ Lulju 2020 |
L 215 |
3 |
7.7.2020 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/452 tal-15 ta’ Marzu 2021 |
L 89 |
1 |
16.3.2021 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 651/2014
tas-17 ta' Ġunju 2014
li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
WERREJ |
|
KAPITOLU I |
Dispożizzjonijiet komuni |
KAPITOLU II |
Monitoraġġ |
KAPITOLU III |
Dispożizzjonijiet speċifiċi għal kategoriji differenti ta' għajnuna |
Taqsima 1 — |
Għajnuna reġjonali |
Taqsima 2 — |
Għajnuna għall-SMEs |
Taqsima 3 — |
Għajnuna biex l-SMEs jkollhom aċċess għall-finanzjament |
Taqsima 4 — |
Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni |
Taqsima 5 — |
Għajnuna għat-taħriġ |
Taqsima 6 — |
Għajnuna għall-ħaddiema żvantaġġati u għall-ħaddiema b'diżabilità |
Taqsima 7 — |
Għajnuna għall-protezzjoni ambjentali |
Taqsima 8 — |
Għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsarat ikkawżati minn ċerti diżastri naturali |
Taqsima 9 — |
Għajnuna soċjali għat-trasport għal residenti f'reġjuni mbiegħda |
Taqsima 10 — |
Għajnuna għall-infrastrutturi tal-broadband |
Taqsima 11 — |
Għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju |
Taqsima 12 — |
Għajnuna għall-infrastrutturi tal-isport u għall-infrastrutturi ta' rikreazzjoni multifunzjonali |
Taqsima 13 — |
Għajnuna għall-infrastrutturi lokali |
Taqsima 14 — |
Għajnuna għal ajruporti reġjonali |
Taqsima 15 — |
Għajnuna għal portijiet |
KAPITOLU IV |
Dispożizzjonijiet finali |
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin:
l-għajnuna reġjonali;
l-għajnuna lill-SMEs f'għamla ta' għajnuna għall-investiment, għajnuna operatorja u biex l-SMEs jkollhom aċċess għall-finanzjament;
l-għajnuna għall-protezzjoni ambjentali;
l-għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni;
l-għajnuna għat-taħriġ;
l-għajnuna għar-reklutaġġ u l-impjieg ta' ħaddiema żvantaġġati u ta' ħaddiema b'diżabilità;
l-għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn ċerti diżastri naturali;
l-għajnuna soċjali għat-trasport għal residenti f'reġjuni mbiegħda;
l-għajnuna għall-infrastrutturi tal-broadband;
l-għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju;
l-għajnuna għall-infrastrutturi tal-isport u għall-infrastrutturi ta' rikreazzjoni multifunzjonali;
l-għajnuna għall-infrastrutturi lokali;
l-għajnuna għall-ajruporti reġjonali; ukoll
l-għajnuna għall-portijiet.
Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
skemi taħt it-Taqsimiet 1 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 15), 2, 3, 4, 7 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 44) u 10 tal-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament, jekk il-baġit annwali medju tal-għajnuna mill-Istat għal kull Stat Membru jaqbeż il-EUR 150 miljun, minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dan ir-Regolament għandu jkompli japplika għal perjodu itwal għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskemi ta’ għajnuna wara li tkun ivvalutat il-pjan ta’ evalwazzjoni rilevanti nnotifikat mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ tal-iskema. Fejn il-Kummissjoni tkun diġà estendiet l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lil hinn mis-sitt xhur inizjali fir-rigward ta’ skemi bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jestendu dawk l-iskemi sa tmiem il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun ippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni f’konformità mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni. Madankollu, l-għajnuna reġjonali mogħtija taħt dan ir-Regolament tista’ tiġi estiża, b’deroga, sa tmiem il-perjodu ta’ validità tal-mapep tal-għajnuna reġjonali rilevanti;
kull tibdil fl-iskemi msemmija f'Art. 1 (2) (a), minbarra modifikazzjonijiet li ma jistgħux jaffettwaw il-kompatibilità tal-iskema ta' għajnuna skont dan ir-Regolament jew ma jistgħux jaffettwaw b'mod sinifikanti l-kontenut approvat tal-pjan ta' evalwazzjoni;
għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, it-twaqqif u t-tħaddim ta' netwerk ta' distribuzzjoni jew spejjeż oħra kurrenti marbuta mal-attività tal-esportazzjoni;
għajnuna li tiddependi mill-użu ta' oġġetti domestiċi fuq dawk importati;
►M1 Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
għajnuna mogħtija lis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, kif koperta mir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) bl-eċċezzjoni għal għajnuna għat-taħriġ, għajnuna għall-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament, għajnuna fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, għajnuna għall-innovazzjoni għall-SMEs, u għajnuna għall-ħaddiema żvantaġġati u għall-ħaddiema b'diżabbiltà u għajnuna għall-investiment reġjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-iskemi operatorji ta' għajnuna reġjonali;
għajnuna mogħtija fis-settur tal-produzzjoni agrikola primarja, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna għall-investiment reġjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi, l-iskemi ta' għajnuna operattiva reġjonali, l-għajnuna għal konsultazzjoni favur l-SMEs, għajnuna għall-finanzjament tar-riskju, għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, għajnuna lill-SME's għall-innovazzjoni, għajnuna ambjentali, għajnuna għat-taħriġ u għajnuna għall-ħaddiema żvantaġġati u għall-ħaddiema b'diżabilità;
għajnuna mogħtija lis-settur tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, fil-każijiet li ġejjin:
fejn l-ammont tal-għajnuna jiġi stabbilit skont il-prezz jew il-kwantità ta' dawn il-prodotti mixtrija minn produtturi primarji jew imqiegħda fis-suq mill-impriżi kkonċernati;
fejn l-għajnuna tkun bil-kundizzjoni li parti minnha jew kollha kemm hi tingħata lill-produtturi primarji;
għajnuna biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta' minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi, kif kopert bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787/UE ( 2 );
il-kategoriji ta' għajnuna reġjonali msemmija fl-Artikolu 13. ◄
Meta intrapriża hija attiva fis-setturi esklużi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu, kif ukoll f'setturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dan ir-Regolament japplika għal għajnuna mogħtija fir-rigward ta' dawk is-setturi jew attivitajiet tal-aħħar, bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jiżguraw b'mezzi adatti bħalma huma s-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni fl-ispejjeż, li l-attivitjiet fis-setturi esklużi ma jibbenefikawx mill-għajnuna mogħtija skont dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
skemi ta' għajnuna li ma jeskludux espliċitament il-ħlas tal-għajnuna individwali favur impriża li tkun soġġetta għal ordni pendenti ta' rkupru wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni fejn l-għajnuna mogħtija mill-istess Stat Membru hija ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern, bl-eċċezzjoni ta' skemi ta' għajnuna li jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn ċerti diżastri naturali;
għajnuna ad hoc favur impriża msemmija fil-punt (a);
għajnuna lil impriżi f’diffikultà, bl-eċċezzjoni ta’ skemi ta’ għajnuna li jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn ċerti diżastri naturali, skemi ta’ għajnuna tal-bidu u skemi ta’ għajnuna operatorja reġjonali, sakemm dawk l-iskemi ma jittrattawx impriżi f’diffikultà b’mod aktar favorevoli minn impriżi oħra. Madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika b’deroga għal impriżi li ma kinux f’diffikultà fl-31 ta’ Diċembru 2019 iżda saru impriżi f’diffikultà fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-miżuri ta' għajnuna mill-Istat, li minnhom infushom, mill-kundizzjonijiet marbuta magħhom jew mill-metodu finanzjarju tagħhom jinvolvu ksur inseparabbli tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari:
miżuri ta' għajnuna fejn l-għoti ta' għajnuna huwa soġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju jkollu l-kwartieri tiegħu fl-Istat Membru rilevanti jew li jkun stabbilit b'mod predominanti f'dak l-Istat Membru; Madankollu, ir-rekwiżit li wieħed ikollu stabbiliment jew fergħa fl-Istat Membru li jagħti l-għajnuna fil-mument tal-ħlas tal-għajnuna huwa permess.
miżuri ta' għajnuna fejn l-għoti ta' għajnuna huwa soġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju juża oġġetti prodotti nazzjonalment jew servizzi nazzjonali;
miżuri ta' għajnuna li jillimitaw il-possibbiltà li l-benefiċjarji jisfruttaw ir-riżultati tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fi Stati Membri oħrajn.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“għajnuna” tfisser kull miżura li tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat;
“intrapriżi ta' daqs żgħir u medju” jew “SMEs” jfissru intrapriżi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;
“ħaddiem b'diżabilità” tfisser kull persuna li:
hija rikonoxxuta bħala ħaddiem b'diżabilità skont il-liġi nazzjonali; jew
li għandha diżabilità fiżika, mentali, intellettwali jew sensorjali, li f'interazzjoni ma' ostakli differenti, jistgħu jxekkluha milli tipparteċipa b'mod sħiħ u effettiv fl-ambjent ta' xogħol, meta pparagunat ma' ħaddiema oħra;
“ħaddiem żvantaġġat” tfisser kull persuna li:
ma kellhiex impjieg regolari bi ħlas matul is-6 xhur ta' qabel; jew
għandha bejn il-15 u l-24 sena; jew
ma kisbitx kwalifika vokazzjonali jew edukattiva minn skola sekondarja superjuri (Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni 3) jew m'ilhiex aktar minn sentejn minn meta lestiet edukazzjoni full time u għadha ma ngħatatx l-ewwel impjieg regolari tagħha bi ħlas; jew
għandha 'l fuq minn 50 sena; jew
tgħix bħala adulta mhux miżżewwġa b'persuna dipendenti waħda jew aktar; jew
li taħdem f'settur jew professjoni fi Stat Membru fejn l-iżbilanċ bejn is-sessi jkun ta' mill-anqas 25 % ogħla mill-iżbilanċ medju bejn is-sessi fis-setturi kollha ekonomiċi f'dak l-Istat Membru, u li tkun tagħmel parti mis-sess sottorappreżentat; jew
li tkun membru ta' minorità etnika fi Stat Membru u li jkun/tkun irid/trid j/tiżviluppa l-profil lingwistiku tiegħu/tagħha, it-taħriġ vokazzjonali jew l-esperjenza tax-xogħol biex itejjeb/ittejjeb il-prospetti li jsib/issib impjieg stabbli;
“Trasport” tfisser trasport ta' passiġġieri permezz ta' inġenji tal-ajru, bit-trasport marittimu, bit-triq, ferrovjarju u permezz ta' passaġġi tal-ilma interni jew servizzi ta' trasport ta' merkanzija b'kiri jew b'kumpens;
“spejjeż ta' trasport” tfisser spejjeż ta' trasport f'isem ħaddieħor fil-fatt imħallsa mill-benefiċjarji għal kull vjaġġ, li jinkludu:
spejjeż tal-merkanzija, spejjeż tat-tqandil u spejjeż tal-ħżin temporanju, diment li dawn l-ispejjeż huma relatati mal-vjaġġ;
spejjeż tal-assigurazzjoni applikati għall-merkanzija;
taxxi, dazji u levies applikati għall-merkanzija u, jekk applikabbli, għad-deadweight, kemm fil-punt ta' oriġini kif ukoll fil-punt ta' destinazzjoni; kif ukoll
spejjeż tal-kontroll tas-sikurezza u s-sigurtà, soprataxxi għall-ispejjeż tal-karburant miżjuda;
“reġjuni remoti” tfisser ir-reġjuni l-aktar imbiegħda, Malta, Ċipru, Ceuta, Mellilla, gżejjer, li huma parti mit-territorju ta' Stat Membru u ftit li xejn populati;
“kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli” tfisser iż-żamma jew il-wiri bil-għan ta' bejgħ, offerta ta' bejgħ, kunsinna jew kull mod ieħor ta' tqegħid fis-suq, minbarra l-ewwel bejgħ minn produttur primarju lil min jerġa' jbigħ jew lil proċessuri u kull attività li tħejji prodott għat-tali l-ewwel bejgħ; bejgħ minn produttur primarju lill-konsumaturi aħħarin jitqies bħala tqegħid fuq is-suq jekk isir f'post separat riżervat għal dak il-għan;
“Il-produzzjoni agrikola primarja” tfisser il-produzzjoni ta' prodotti tal-ħamrija u tat-trobbija tal-bhejjem, elenkati fl-Anness I tat-Trattat, mingħajr it-twettiq ta' kwalunkwe operazzjoni ulterjuri li tbiddel in-natura ta' dawn il-prodotti;
“l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli” tfisser kull operazzjoni fuq prodott agrikolu li tirriżulta fi prodott li huwa wkoll prodott agrikolu, minbarra attivitajiet li jsiru fir-razzett meħtieġa għat-tħejjija ta' prodott minn annimal jew pjanta għall-ewwel bejgħ;
“prodott agrikolu” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat, minbarra prodotti tas-sajd u l-akkwakultura elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013;
“reġjuni l-aktar imbiegħda” tfisser reġjuni kif definiti fl-Artikolu 349 tat-Trattat. Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/718/UE, mill-1 ta' Jannar 2012, Saint-Barthélemy m'għadhiex aktar reġjun ultraperiferiku. Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE fl-1 ta' Jannar 2014, il-Majott saret reġjun l-aktar imbiegħed;
“faħam” tfisser faħam tal-kategoriji A u B bi grad għoli, grad medju, u grad baxx fis-sens tas-sistema ta' kodifikazzjoni internazzjonali għall-faħam stabbilita mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u ċċarata fid-deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2010 dwar għajnuna mill-Istat biex tiffaċilita l-għeluq ta' minjieri tal-faħam mhux kompetittivi ( 3 );
“għajnuna individwali” tfisser:
għajnuna ad hoc; kif ukoll
għotjiet ta' għajnuna lil benefiċjarji individwali abbażi ta' skema ta' għajnuna;
“skema ta' għajnuna” tfisser kull att li abbażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri oħra ta' implimentazzjoni, jistgħu jsiru għotjiet ta' għajnuna individwali lil impriżi li fl-att jkunu ddefiniti b'mod ġenerali u astratt, u kull att li abbażi tiegħu għajnuna li mhijiex marbuta ma' proġett speċifiku tista' tingħata lil intrapriża waħda jew lil diversi intrapriżi għal perjodu ta' żmien indefinit u/jew f'ammont indefinit;
“pjan ta' valutazzjoni” tfisser dokument li fih minn tal-inqas l-elementi minimi li ġejjin: l-objettivi tal-iskema ta' għajnuna li għandhom jiġu vvalutati, il-mistoqsijiet ta' valutazzjoni, l-indikaturi tar-riżultat, il-metodoloġija prevista biex titwettaq il-valutazzjoni, ir-rekwiżiti għall-ġbir tad-dejta, iż-żmien propost tal-valutazzjoni inkluża d-data tas-sottomissjoni tar-rapport ta' valutazzjoni finali, id-deskrizzjoni tal-korp indipendenti li jwettaq il-valutazzjoni jew il-kriterji li se jintużaw għas-selezzjoni tiegħu u l-modalitajiet biex jiżguraw id-divulgazzjoni tal-valutazzjoni;
“għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna mhux mogħtija abbażi ta' skema ta' għajnuna;
“intrapriża f'diffikultà” tfisser intrapriża li sseħħ fir-rigward tagħha mill-inqas waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi:
Fil-każ ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata (minbarra SME li tkun ilha teżisti għal anqas minn tliet snin jew, għall-għanijiet ta' eliġibbiltà għall-għajnuna ta' finanzjament ta' riskju, SME li fi żmien 7 snin minn meta l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħha jikkwalifika għal investimenti ta' finanzjamenti ta' riskju wara diliġenza dovuta mill-intermedjarju finanzjarju magħżul), fejn aktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt tagħha jkun sparixxa bħala riżultat ta' telf akkumulat. Dan hu l-każ meta t-tnaqqis ta' telf akkumulat minn riżervi (u l-elementi kollha l-oħra ġeneralment ikkunsidrati bħala parti mill-fondi proprji tal-kumpanija) iwassal għal ammont kumulattiv li jaqbeż nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt. Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni, “kumpanija b'responsabbiltà limitata” tirreferi, b'mod partikolari, għat-tipi ta' kumpaniji msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2013/34/UE ( 4 ) u “kapital azzjonarju” jinkludi, fejn rilevanti, kull primjum ta' ishma.
Fil-każ ta' kumpanija fejn mill-anqas xi membri għandhom responsabbiltà illimitata għad-dejn tal-kumpanija (minbarra SME li tkun ilha teżisti għal anqas minn tliet snin jew, għall-għanijiet ta' eliġibbiltà għall-għajnuna ta' finanzjament ta' riskju, SME li fi żmien 7 snin minn meta l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħha jikkwalifika għal investimenti ta' finanzjament ta' riskju wara diliġenza dovuta mill-intermedjarju finanzjarju magħżul), fejn aktar minn nofs il-kapital tagħha kif muri fil-kontijiet tal-kumpanija jkun sparixxa bħala riżultat ta' telf akkumulat. Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni, “kumpanija fejn mill-anqas xi membri għandhom responsabbiltà illimitata għad-dejn tal-kumpanija” tirreferi, b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpaniji msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2013/34/UE.
Meta l-intrapriża tkun suġġetta għal proċedimenti ta' insolvenza kollettivi jew tissodisfa l-kriterji skont il-liġi domestika tagħha biex titqiegħed fi proċedimenti ta' insolvenza kollettivi fuq talba tal-kredituri tagħha.
Meta l-intrapriża tkun irċeviet għajnuna għas-salvataġġ u tkun għadha ma rrimborżatx is-self jew ma temmitx il-garanzija, jew tkun irċeviet għajnuna għar-ristrutturar u għadha soġġetta għal pjan ta' ristrutturar.
Fil-każ ta' intrapriża li mhijiex SME, meta, għall-aħħar sentejn:
id-dejn kontabilistiku għall-proporzjon ta' ekwità tal-intrapriża jkun akbar minn 7,5 u
il-proporzjoni ta' imgħax kopert tal-EBITDA tal-intrapriża jkun taħt il-1,0.
“obbligi ta' nfiq territorjali”: tfisser l-obbligi imposti fuq il-benefiċjarji, mill-awtorità li tagħti l-għajnuna, biex jonfqu ammont minimu u/jew iwettqu livell minimu ta' attività ta' produzzjoni f'territorju partikolari;
“ammont aġġustat tal-għajnuna” tfisser l-ammont massimu permissibbli ta' għajnuna għal proġett ta' investiment kbir, ikkalkulat skont il-formula li ġejja:
ammont massimu ta' għajnuna = R × (A + 0,50 × B + 0 × C)
fejn: l-R hija l-intensità massima tal-għajnuna applikabbli fiż-żona kkonċernata, stabbilita fuq mappa reġjonali approvata u li tkun fis-seħħ fid-data li tingħata l-għajnuna, minbarra ż-żieda fl-intensità tal-għajnuna għall-SMEs; L-A hija l-ewwel EUR 50 miljun tal-ispejjeż eliġibbli, il-B hija l-parti tal-ispejjeż eliġibbli bejn EUR 50 miljun u EUR 100 miljun u ċ-C hija l-parti tal-ispejjeż eliġibbli 'l fuq minn EUR 100 miljun
“pagament bil-quddiem li jitħallas lura” tfisser self għal proġett li jitħallas fi ħlas parzjali wieħed jew aktar u li l-kundizzjonijiet għar-rimborż tiegħu jiddependu fuq ir-riżultat tal-proġett;
“l-ekwivalenti tal-għotja gross” tfisser l-ammont tal-għajnuna kieku kienet ipprovduta f'forma ta' għotja lill-benefiċjarju, qabel kull tnaqqis tat-taxxa jew xi imposta oħra.
“bidu tax-xogħlijiet” tfisser l-iktar kmieni possibbli jew tal-bidu ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni relatati mal-investiment, jew l-ewwel impenn legali vinkolanti għall-ordni ta' tagħmir jew kwalunkwe impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli. Ix-xiri tal-art u x-xogħlijiet preparatorji bħall-kisba ta' permessi u t-twettiq ta' studji ta' vijabilità, mhumiex meqjusa bħala l-bidu tax-xogħlijiet. Għall-akkwiżizzjonijiet, “bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-mument li fih jiġu akkwistati assi marbuta direttament mal-istabbiliment akkwistat;
“intrapriżi kbar” tfisser intrapriżi li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;
“skema fiskali suċċessiva” tfisser skema fil-forma ta' vantaġġi fiskali li tikkostitwixxi verżjoni emendata ta' skema li preċedentement kienet teżisti fil-forma ta' vantaġġi fiskali, u li tissostitwiha.
“intensità tal-għajnuna” tfisser l-ammont tal-għajnuna gross espress bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli, qabel kull tnaqqis ta' taxxa jew imposti oħra;
“żoni megħjuna” tfisser żoni indikati f’mappa tal-għajnuna reġjonali approvata skont l-Artikoli 107(3)(a) u (c) tat-Trattat għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021 għal għajnuna reġjonali mogħtija sal-31 ta’ Diċembru 2021 u żoni indikati f’mappa ta’ għajnuna reġjonali approvata skont l-Artikoli 107(3) (a) u (c) tat-Trattat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għal għajnuna reġjonali mogħtija wara l-31 ta’ Diċembru 2021;
“data tal-għoti tal-għajnuna” tfisser id-data li fiha l-benefiċjarju jingħata d-dritt legali li jirċievi l-għajnuna skont l-iskema legali nazzjonali applikabbli;
“assi tanġibbli” tfisser assi li jikkonsistu f'art, bini u impjanti, makkinarju u tagħmir;
“assi intanġibbli” tfisser assi li ma għandhomx tfassil fiżiku jew finanzjarju bħal privattivi, liċenzji, kompetenzi jew proprjetà intelletwali oħra;
“spiża tal-paga” tfisser l-ammont totali effettivament pagabbli mill-benefiċjarju tal-għajnuna fir-rigward tal-impjieg ikkonċernat, li jinkludi fuq perjodu ta' żmien definit, il-paga gross qabel it-taxxa kif ukoll il-kontribuzzjonijiet obbligatorji bħas-sigurtà soċjali, l-ispejjeż għall-kura tat-tfal u tal-ġenituri.
“żieda netta fin-numru ta' impjegati” tfisser żieda netta fl-għadd ta' impjegati fl-istabbiliment kkonċernat meta mqabbla mal-medja matul perjodu partikolari fiż-żmien, u li għalhekk kull post mitluf waqt dan il-perjodu għandu jiġi mnaqqas, u li l-għadd ta' persuni impjegati full-time, part-time u staġjonali għandhom jitqiesu bil-frazzjonijiet annwali tal-unitajiet lavorattivi tagħhom;
“infrastruttura ddedikata” tfisser infrastruttura li hija mibnija għal intrapriża(i) ex-ante identifikabbli u mfassla għall-ħtiġijiet tagħhom.
“intermedjarji finanzjarji” tfisser kull istituzzjoni finanzjarja, irrispettivament mill-forma u mis-sjieda tagħha, inklużi fond ta' fondi, fondi ta' investiment ta' ekwità privata, fondi ta' investiment pubbliku, banek, istituzzjonijiet ta' mikrofinanza u soċjetajiet ta' garanziji;
“vjaġġ” tfisser iċ-ċaqliq ta' oġġetti mill-punt ta' oriġini sal-punt ta' destinazzjoni, li jinkludi kull sezzjoni jew stadju intermedjarju ġewwa jew barra l-Istat Membru kkonċernat, magħmul bl-użu ta' mezz wieħed ta' trasport jew aktar;
“rata ta' redditu ġust (FRR)” tfisser ir-rata ta' redditu mistenni ekwivalenti għal rata ta' skont aġġustata għar-riskju li tirrifletti l-livell ta' riskju ta' proġett u n-natura u l-livell ta' kapital li l-investituri privati jippjanaw li jinvestu;
“finanzjament totali” tfisser l-ammont ta' investiment globali li jkun sar f'intrapriża jew proġett eliġibbli skont Taqsima 3 jew skont l-Artikoli 16 jew 39 ta' dan ir-Regolament bl-esklużjoni ta' investimenti kompletament privati pprovduti fuq patti tas-suq u barra mill-ambitu tal-miżura rilevanti ta' għajnuna mill-Istat;
“proċess kompetittiv ta' offerti” tfisser proċess vinkolanti mhux diskriminatorju li jipprovdi għall-parteċipazzjoni ta' numru suffiċjenti ta' intrapriżi u meta l-għajnuna hi mogħtija jew abbażi tal-offerta inizjali sottomessa mill-offerent jew mill-prezz tal-ikklirjar. Barra minn hekk, il-baġit jew il-volum relatat mal-proċess ta' offerti huwa restrittiv tant li jwassal għal sitwazzjoni fejn mhux l-offerenti kollha jistgħu jirċievu l-għajnuna;
“qligħ operatorju” tfisser id-differenza bejn id-dħulijiet skontati u l-ispejjeż operatorji skontati tul il-ħajja ekonomika tal-investiment, meta dik id-differenza hija pożittiva. L-ispejjeż operatorji jinkludu spejjeż bħal spejjeż marbut mal-persunal, materjali, kuntratti ta' servizz, komunikazzjoni, enerġija, manutenzjoni, kera, amministrazzjoni, iżda jeskludu spejjeż b'rabta mad-deprezzament u l-ispejjeż tal-iffinanzjar jekk dawk ikunu ġew koperti mill-għajnuna għall-investiment. Meta d-dħul u l-ispejjeż operatorji jiġu skontati bl-użu ta' rata ta' skont xierqa jkun jista' jsir profitt raġonevoli;
Definizzjonijiet applikabbli għal għajnuna reġjonali
Definizzjonijiet applikabbli għal għajnuna għall-infrastrutturi tal-broadband (Taqsima 10) huma applikabbli għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' għajnuna reġjonali.
“għajnuna għall-investiment reġjonali” tfisser għajnuna reġjonali mogħtija għal investiment inizjali jew investiment inizjali favur attività ekonomika ġdida;
“għajnuna operatorja reġjonali” tfisser għajnuna li tnaqqas in-nefqa kurrenti tal-impriża. Din tinkludi kategoriji ta' spejjeż bħal spejjeż ta' persunal, materjali, kuntratti ta' servizz, komunikazzjoni, enerġija, manutenzjoni, kera, amministrazzjoni, iżda teskludi l-ispejjeż marbuta mad-deprezzament u dawk tal-iffinanzjar jekk ikunu ġew inklużi fl-ispejjeż eleġibbli meta ngħatat l-għajnuna għall-investiment;
“is-settur tal-azzar” tfisser l-attivitajiet kollha marbutin mal-produzzjoni ta' prodott wieħed jew aktar fost dawn li ġejjin:
ħadid fondut grezz u ligi tal-ħadid
prodotti tal-ħadid mhux maħduma u nofshom irfinuti, azzar ordinarju jew azzar speċjali:
prodotti tal-ħadid irfinati bis-sħana, azzar ordinarju jew azzar speċjali:
prodotti ffurmati bil-kesħa:
tubi:
“settur tal-fibri sintetiċi” tfisser:
l-estrużjoni/it-testuriżazzjoni tat-tipi ġeneriċi kollha tal-fibra u l-ħjut ibbażati fuq il-polijester, il-polijamide, l-akriliku jew il-polipropilen, irrispettivament mill-użi finali tagħhom; jew
il-polimerizzazzjoni (inkluża l-polikondensazzjoni) fejn tkun integrata mal-estrużjoni f'termini tal-makkinarju użat; jew
kull proċess anċillari marbut mal-istallazzjoni kontemporanju tal-kapaċità tal-estrużjoni/testuriżazzjoni mill-benefiċjarju prospettiv jew minn xi kumpanija oħra fil-grupp tiegħu u li, fl-attività speċifika ta' negozju kkonċernat, ġeneralment huwa integrat ma' din il-kapaċità skont il-makkinarju li ntuża;
“is-settur tat-trasport” tfisser it-trasport ta' passiġġieri permezz ta' inġenji tal-ajru, bit-trasport marittimu, bit-triq, ferrovjarju u permezz ta' passaġġi tal-ilma interni jew servizzi ta' trasport ta' merkanzija b'kiri jew b'kumpens; b'mod aktar speċifiku, “is-settur tat-trasport” tfisser l-attivitajiet li ġejjin skont NACE Rev. 2:
NACE 49: Trasport minn fuq l-art u permezz ta' linji ta' pajpijiet, minbarra NACE 49.32 operazzjoni ta' Taxi, 49.42 Servizzi ta' ġarr, 49.5 Trasport permezz ta' sistemi ta' pajpijiet;
NACE 50: Trasport fuq l-ilma
NACE 51: Trasport bl-ajru, minbarra NACE 51.22 Trasport fl-ispazju.
“Skema mmirata lejn numru limitat ta' setturi speċifiċi ta' attività ekonomika” tfisser skema li tkopri attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu ta' inqas minn ħames kategoriji (kodiċi numeriku b'erba' ċifri) tal-klassifikazzjoni statistika tan-NACE Rev. 2.
“attività turistika” tfisser l-attivitajiet li ġejjin skont NACE Rev. 2:
NACE 55: Akkomodazzjoni;
NACE 56: Attivitajiet ta' servizzi ta' ikel u ta' xorb;
NACE 79: Aġenziji tal-ivvjaġġar, servizzi ta' prenotazzjoni ta' operaturi tal-ivvjaġġar u attivijitajiet relatati;
NACE 90: Attivitajiet kreattivi, tal-arti u tad-divertiment;
NACE 91: Libreriji, arkivji, mużewijiet u attivitajiet kulturali oħra;
NACE 93: Attivitajiet tal-isport u attivitajiet tal-mogħdija ta' żmien u tar-rikreazzjoni;
“żoni skarsament popolati” tfisser reġjuni tan-NUTS 2 b'inqas minn 8 abitanti għal kull km2 jew reġjuni tan-NUTS 3 b'inqas minn 12,5 abitanti għal kull km2 jew żoni li huma rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala tali f'deċiżjoni individwali fuq mappa ta' għajnuna reġjonali fis-seħħ fil-mument li tingħata l-għajnuna;
“żoni ħafna skarsament popolati” tfisser reġjuni tan-NUTS 2 b'inqas minn 8 abitanti għal kull km2 jew żoni li huma rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala tali f'deċiżjoni individwali fuq mappa ta' għajnuna reġjonali fis-seħħ fil-mument li tingħata l-għajnuna;
“investiment inizjali” tfisser:
investiment f'assi tanġibbli u intanġibbli relatat mat-twaqqif ta' stabbiliment ġdid, estensjoni tal-kapaċità ta' stabbiliment eżistenti, diversifikazzjoni tar-riżultat ta' stabbiliment fi prodotti li ma kinux jiġi magħmula fl-istabbilment jew bidla fundamentali fil-proċess globali tal-produzzjoni ta' stabbiliment eżistenti; jew
akkwist tal-assi li jappartjenu lil stabbiliment, li jkun għalaq jew kien jagħlaq li kieku ma nxtarax, u li nxtara minn investitur li mhux relatat mal-bejjiegħ u li jeskludi l-akkwist uniku tal-ishma ta' intrapriża;
“l-istess attività jew waħda simili” tfisser attivita li taqa' taħt l-istess klassi (kodiċi numeriku b'erba' ċifri) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Rev. 2 kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Rev. 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (ŻEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika ( 5 );
“investiment inizjali favur attività ekonomika ġdida” tfisser:
investiment f'assi tanġibbli u intanġibbli relatati mat-twaqqif ta' stabbiliment ġdid, jew għad-diversifikazzjoni tal-attività ta' stabbiliment, bil-kundizzjoni li l-attività l-ġdida mhijiex l-istess attività, jew attività simili għal dik mwettqa qabel fl-istabbiliment;
l-akkwist ta' assi li jappartjenu lil stabbiliment li jkun għalaq jew kien jagħlaq li kieku ma nxtarax, u li nxtara minn investitur li mhux relatat mal-bejjiegħ, bil-kundizzjoni li l-attività l-ġdida li għandha ssir permezz tal-użu tal-assi akkwistati mhijiex l-istess attività jew waħda simili għall-attività li seħħet fl-istabbiliment qabel l-akkwist;
“proġett kbir ta' investiment” tfisser investiment inizjali bi spejjeż eliġibbli li jaqbżu l-EUR 50 miljun, ikkalkolat bil-prezzijiet u r-rati tal-kambju fid-data tal-għoti tal-għajnuna;
“punt ta' destinazzjoni” tfisser il-post fejn jinħattu l-oġġetti;
“punt ta' oriġini” tfisser il-post fejn jitgħabbew l-oġġetti għat-trasport;
“iż-żoni eliġibbli għall-għajnuna operatorja” tfisser reġjun ultraperiferiku msemmi fl-Artikolu 349 tat-Trattat, żona skarsament popolata, jew żona ħafna skarsament popolata;
“mezz ta' trasport” tfisser trasport ferrovjarju, trasport ta' merkanzija bit-triq, trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, trasport marittimu, trasport bl-ajru u trasport intermodali;
“fond għall-iżvilupp urban” (“UDF”) tfisser strument ta' investiment speċjalizzat stabbilit bl-iskop li jsir investiment fi proġetti għall-iżvilupp urban skont miżura ta' għajnuna għall-iżvilupp urban. L-UDFs huma ġestiti minn maniġer tal-fondi għall-iżvilupp urban;
“maniġer tal-fondi għall-iżvilupp urban” tfisser kumpanija maniġerjali professjonali b'personalità ġuridika, li tagħżel u tagħmel investimenti fi proġetti eliġibbli għall-iżvilupp urban;
“proġett għall-iżvilupp urban” (“UDP”) tfisser proġett ta' investiment li għandu l-potenzjal li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-interventi previsti minn approċċ integrat għal żvilupp urban sostenibbli kif ukoll jikkontribwixxi biex jinkisbu l-objettivi definiti fih, inklużi proġetti b'rata interna ta' redditu (IRR) li tista' ma tkunx biżżejjed biex tattira finanzjament fuq bażi purament kummerċjali. Proġett għall-iżvilupp urban jista' jiġi organizzat bћala blokk separat ta' finanzi fl-istrutturi ġuridiċi tal-investitur privat benefiċjarju jew bħala entità ġuridika separata, eż. entità bi skop speċjali;
“strateġija integrata għall-iżvilupp urban sostenibbli” tfisser strateġija proposta uffiċjalment u ċċertifikata minn awtorità lokali jew aġenzija ta' settur pubbliku rilevanti, definita għal żona ġeografika urbana u għal perjodu speċifiku, li jistabbilixxu azzjonijiet integrati biex jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi u soċjali li jaffettwaw żoni urbani;
“għajnuna mhux finanzjarja” tfisser il-kontribut tal-art jew ta' proprjetà immobbli fejn l-art jew il-proprjetà immobbli jkunu parti minn proġett ta' żvilupp urban;
“rilokazzjoni” tfisser it-trasferiment ta' attività identika jew simili jew parti minnha minn stabbiliment f'parti kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE (l-istabbiliment inizjali) għall-istabbiliment fejn l-investiment megħjun għandu jseħħ f'parti kontraenti oħra tal-Ftehim taż-ŻEE (l-istabbiliment li ġie megħjun). Ikun hemm trasferiment jekk il-prodott jew is-servizz fl-istabbiliment inizjali u dak megħjun iservi tal-inqas parzjalment l-istess għanijiet u jilħaq it-talbiet jew il-ħtiġijiet tal-istess tip ta' klijenti u jintilfu impjiegi f'attività identika jew simili f'wieħed mill-istabbilimenti tal-benefiċjarju fiż-ŻEE;
Definizzjonijiet għall-għajnuna lill-SMEs
“impjieg maħluq direttament minn proġett ta' investiment” tfisser impjieg li jikkonċerna l-attività li l-investiment huwa relatat magħha, inkluż impjieg maħluq wara żieda fir-rata ta' użu tal-kapaċità maħluqa mill-investiment;
“kooperazzjoni organizzattiva” tfisser l-iżvilupp ta' strateġiji kummerċjali konġunti jew strutturi ta' ġestjoni, il-forniment ta' servizzi komuni jew servizzi li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni, attivitajiet ikkoordinati bħar-riċerka jew il-kummerċjalizzazzjoni, l-appoġġ ta' netwerks u ragruppamenti, it-titjib tal-aċċessibbiltà u l-komunikazzjoni, l-użu ta' strumenti konġunti sabiex jinkoraġġixxu l-intraprenditorija u l-kummerċ mal-SMEs;
“servizzi ta' konsulenza għall-kooperazzjoni” tfisser konsulenza, assistenza u taħriġ għall-iskambju ta' għarfien u esperjenzi u għat-titjib tal-kooperazzjoni;
“servizzi bħala appoġġ għall-kooperazzjoni” tfisser il-forniment ta' uffiċini, websajts, banek tad-data, libreriji, riċerka tas-suq, manwali, dokumenti ta' ħidma u mudelli ta' dokumenti;
Definizzjonijiet għal Għajnuna biex l-SMEs jkollhom aċċess għall-finanzjament
“investiment ta' kważi ekwità” tfisser tip ta' finanzjament li jikkwalifika bejn ekwità u dejn, li għandu riskju ogħla minn dejn superjuri u anqas riskju minn ekwità komuni u li l-qligħ tiegħu lid-detentur ikun ibbażat fil-biċċa l-kbira fuq il-profitti jew it-telf tal-intrapriża fil-mira sottostanti u li mhumiex żgurati f'każ ta' inadempjenza. L-investimenti ta' kważi ekwità jistgħu jiġu strutturati bħala dejn mhux assigurat u subordinat, inkluż id-dejn intermedjarju, u f'xi każijiet konvertibbli f'ekwità, jew bħala ekwità ta' preferenza;
“garanzija” fil-kuntest ta' taqsimiet 1, 3 u 7 ta' dan ir-Regolament tfisser impenn bil-miktub biex wieħed jerfa' r-responsabbiltà għat-tranżazzjonijiet kollha ta' self li għadhom kif oriġinaw minn parti terza, jew għal parti minnhom, bħal strumenti ta' dejn jew lokazzjoni, kif ukoll strumenti ta' kważi ekwità
“rata ta' garanzija” tfisser il-kopertura ta' telf perċentwali minn investitur pubbliku ta' kull tranżazzjoni eliġibbli taħt il-miżura rilevanti tal-għajnuna mill-Istat;
“ċessjoni” tfisser il-likwidazzjoni tal-ishma minn investitur jew intermedjarju finanzjarju, inklużi bejgħ kummerċjali, kanċellamenti, ħlas lura ta' ishma/self, bejgħ lil intermedjarju finanzjarju ieħor jew lil investitur ieħor, bejgħ lil istituzzjoni finanzjarja u bejgħ b'offerta pubblika, inkluża offerta inizjali għall-pubbliku (IPO);
“allokazzjoni finanzjarja” tfisser investiment pubbliku rimborżabbli magħmul lil intermedjarju finanzjarju biex jagħmel investimenti taħt miżuri għall-finanzjament tar-riskju, u fejn d-dħul kollu jmur lura għand l-investitur pubbliku;
“investiment ta' finanzjament ta' riskju” tfisser investiment ta' ekwità u kważi ekwità, self inklużi lokazzjonijiet, garanziji jew taħlita tagħhom lill-intrapriżi eliġibbli bl-skop li jagħmlu investimenti ġodda;
“investitur privat indipendenti” tfisser investitur privat li mhux azzjonist tal-intrapriża eliġibbli li fiha jinvesti, inklużi investituri informali u istituzzjonijiet finanzjarji, irrispettivament mis-sjieda tagħhom, sal-punt li huma jġorru r-riskju sħiħ fir-rigward tal-investiment tagħhom. Mal-ħolqien ta' kumpanija ġdida, l-investituri privati, inklużi l-fundaturi, jitqiesu bħala indipendenti mill-kumpanija;
“persuna fiżika” għall-fini tal-Artikoli 21 u 23 tfisser persuna għajr entità li mhijiex intrapriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat;
“investiment ta' ekwità” tfisser id-dispożizzjoni ta' kapital lil intrapriża, investiti direttament jew indirettament, għal pussess ta' sehem korrispondenti ta' dik l-intrapriża;
“l-ewwel bejgħ kummerċjali” tfisser l-ewwel bejgħ minn kumpanija f'suq tal-prodotti jew tas-servizzi, minbarra l-bejgħ limitat biex jiġi ttestjat is-suq;
“SME mhux elenkata” tfisser SME li mhijiex elenkata fuq il-lista uffiċjali tal-borża, ħlief għal pjattaformi multilaterali għan-negozjar.
“investiment ta' segwitu” tfisser investiment ta' finanzjament ta' riskju addizzjonali f'kumpanija sussegwenti għal serje waħda jew aktar ta' investimenti preċedenti ta' finanzjament ta' riskju;
“kapital ta' sostituzzjoni” tfisser ix-xiri ta' ishma eżistenti f'kumpanija minn investitur jew azzjonist preċedenti;
“entità fdata” tfisser il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment, istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha Stat Membru huwa azzjonist, jew istituzzjoni finanzjarja stabbilita fi Stat Membru li timmira lejn il-ksib tal-interess pubbliku taħt il-kontroll ta' awtorità pubblika, korp tal-liġi pubblika, jew korp tal-liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku: l-entità fdata tista' tintgħażel jew tinħatar direttament skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, ( 6 ) jew kull leġiżlazzjoni sussegwenti li tissostitwixxi dik id-Direttiva kollha kemm hi jew parti minnha;
“intrapriża innovattiva” tfisser intrapriża:
li tista' turi, permezz ta' evalwazzjoni mwettqa minn espert estern tista' turi li fil-futur qrib sejra tiżviluppa prodotti, servizzi jew proċessi li huma ġodda jew imtejba b'mod sostanzjali meta mqabbla mal-ogħla livell fl-industrija tagħha, u li jġorru riskju ta' falliment teknoloġiku jew industrijali, jew
l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp li jirrappreżentaw mill-anqas 10 % tal-ispejjeż operazzjonali totali tagħha f'mill-anqas waħda mit-tliet snin ta' qabel l-għoti tal-għajnuna jew, fil-każ ta' intrapriża tal-bidu mingħajr ebda rekord finanzjarju, fl-awditjar tal-perjodu fiskali kurrenti tagħha, kif iċċertifikat minn awditur estern;
“pjattaforma multilaterali għan-negozjar” tfisser faċilità multilaterali għall-kummerċ skont l-Artikolu 4(1)(15) tad-Direttiva 2004/39/KE, fejn il-biċċa l-kbira tal-istrumenti finanzjarji ammessi biex ikunu nnegozjati jinħarġu mill-SMEs;
“self” tfisser ftehim li jobbliga lill-mutwanti li jqiegħed ammont miftiehem ta' flus disponibbli għall-mutwatarju għal perjodu ta' żmien miftiehem u li skont dan il-mutwatarju huwa obbligat iħallas l-ammont lura fil-perjodu miftiehem. Huwa jista' jieħu l-forma ta' self, jew strument ieħor ta' finanzjament, inkluża l-lokazzjoni, li tipprovdi lill-mutwanti b'komponent predominanti ta' rendita minima. Il-finanzjament mill-ġdid ta' self eżistenti ma jkunx self eliġibbli.
Definizzjonijiet għal Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni
“organizzazzjoni ta' riċerka u tixrid tal-għarfien” tfisser entità (bħal universitajiet jew istituti ta' riċerka, aġenziji tat-trasferiment tat-teknoloġija, intermedjarji ta' innovazzjoni, entitajiet kollaborattivi fiżiċi u/jew virtwali orjentati lejn ir-riċerka), ikun xi jkun l-istat legali tagħha (organizzata skont il-liġi pubblika jew privata) jew il-mod ta' finanzjament, li l-iskop ewlieni tagħha jkun li twettaq riċerka fundamentali, riċerka industrijali jew żvilupp sperimentali jew li xxerred b'mod wiesa' r-riżultati ta' attivitajiet bħal dawn permezz tat-tagħlim, il-pubblikazzjoni jew it-trasferiment tal-għarfien. Meta din l-entità tiżvolġi wkoll attivitajiet ekonomiċi, il-finanzjament, l-ispejjeż u d-dħul ta' dawn l-attivitajiet ekonomiċi jridu jitqiesu b'mod separat. L-intrapriżi li jistgħu jeżerċitaw influwenza fuq entità bħal din, pereżempju fil-kapacità tagħhom bħala azzjonisti jew membri, jaf ma jgawdu l-ebda aċċess preferenzjali għar-riżultati ġġenerati minnha;
“riċerka fundamentali” tfisser xogħol sperimentali jew teoriku mwettaq primarjament biex jinkiseb għarfien ġdid tal-pedamenti bażiċi ta' fenomeni u fatti osservabbli, mingħajr ebda applikazzjoni jew użu kummerċjali dirett previst;
“riċerka industrijali” tfisser ir-riċerka ppjanata jew l-investigazzjoni kritika mmirata lejn il-kisba ta' għarfien u ħiliet ġodda għall-iżvilupp ta' prodotti, proċessi jew servizzi ġodda jew biex iseħħ titjib sinifikanti fi prodotti, proċessi jew servizzi eżistenti. Tinkludi l-ħolqien ta' partijiet ta' komponenti ta' sistemi kumplessi, u tista' tinkludi l-kostruzzjoni ta' prototipi f'ambjent ta' laboratorju jew f'ambjent b'interfaċċji simulati għal sistemi eżistenti kif ukoll ta' linji pilota, meta jkun meħtieġ għar-riċerka industrijali u notevolment għall-validazzjoni tat-teknoloġija ġenerika;
“żvilupp sperimentali” tfisser l-akkwist, il-kombinament, l-iffurmar u l-użu tal-għarfien u l-ħiliet eżistenti ta' natura xjentifika, teknoloġika, kummerċjali u ta' tip ieħor, bl-iskop li jiġu żviluppati prodotti, proċeduri jew servizzi ġodda jew imtejba. Dan jista' jinkludi wkoll, pereżempju, attivitajiet immirati lejn id-definizzjoni kunċettwali, l-ippjanar u d-dokumentazzjoni ta' prodotti, proċeduri jew servizzi ġodda;
L-iżvilupp sperimentali jista' jinkludi l-prototipi, il-wiri, il-pilotaġġ, l-ittestjar u l-validazzjoni ta' prodotti ġodda jew imtejba, il-proċessi jew is-servizzi f'ambjenti rappreżentattivi tal-kundizzjonijiet operattivi reali tal-ħajja meta l-għan ewlieni huwa li jkun hemm titjib tekniku ġdid għall-prodotti, il-proċessi jew s-servizzi li mhumiex sostanzjalment stabbiliti. Dan jista' jinkludi l-iżvilupp ta' prototip jew pilota li jkun kummerċjalment utilizzabbli u li huwa neċessarjament il-prodott kummerċjali finali u li huwa għali wisq biex jiġi prodott biex jintuża biss għal finijiet ta' dimostrazzjoni u validazzjoni.
L-iżvilupp sperimentali ma jinkludix tibdiliet ta' rutina jew perjodiċi magħmula lill-prodotti eżistenti, il-linji ta' produzzjoni, il-proċessi ta' manifattura, is-servizzi u operazzjonijiet oħra li jkun għaddejjin, anke jekk dawn it-tibdiliet jistgħu jirrapreżentaw titjib;
“l-istudju ta' vijabilità” tfisser l-evalwazzjoni u l-analiżi tal-potenzjal ta' proġett, li għandhom l-għan li jappoġġaw il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet billi oġġettivament u razzjonalment jindividwaw il-qawwiet u d-dgħufijiet, l-opportunitajiet u r-riskji, kif ukoll jidentifikaw ir-riżorsi meħtieġa sabiex il-proġett ikun jista' jitwettaq, u fl-aħħar mill-aħħar jkollu prospetti għas-suċċess;
“spejjeż tal-persunal” tfisser l-ispejjeż marbutin mar-riċerkaturi, t-tekniċi u persunal ieħor ta' appoġġ sakemm ikunu impjegati fuq il-proġett jew l-attività rilevanti;
“distakkament” tfisser li l-kundizzjonijiet tat-tranżazzjoni bejn il-partijiet kontraenti ma jvarjawx minn dawk li jiġu stipulati bejn intrapriżi indipendenti, u ma jkunx fihom element ta' kollużjoni. Kull tranżazzjoni li tirriżulta minn proċedura miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja hija kkunsidrata li tilħaq il-prinċipju ta' distakkament;
“kollaborazzjoni effettiva” tfisser kollaborazzjoni bejn mill-inqas żewġ partijiet indipendenti għall-iskambju ta' għarfien jew teknoloġija, jew biex jintlaħaq għan komuni bbażat fuq id-diviżjoni tax-xogħol fejn il-partijiet konġuntement jiddefinixxu l-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett kollaborattiv, jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tiegħu u jaqsmu r-riskji, kif ukoll ir-riżultati tiegħu. Parti waħda jew diversi partijiet jistgħu jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż kollha tal-proġett u b'hekk iserrħu lill-partijiet l-oħra mir-riskji finanzjarji tiegħu. Riċerka kuntrattwali u d-dispożizzjoni ta' servizzi ta' riċerka mhumiex meqjusa forom ta' kollaborazzjoni.
“infrastruttura tar-riċerka” tfisser faċilitajiet, riżorsi u servizzi relatati li jintużaw mill-komunità xjentifika biex issir riċerka fl-oqsma rispettivi tagħhom u tkopri tagħmir xjentifiku jew settijiet ta' strumenti, riżorsi bbażati fuq l-għarfien bħal ġabriet, arkivji jew informazzjoni xjentifika strutturata sabiex tgħin infrastutturi bbażati fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bħall-grilja, l-informatika, is-softwer u l-komunikazzjoni, jew kull entità oħra ta' natura unika essenzjali għat-twettiq tar-riċerka. Tali infrastrutturi jistgħu jkunu “f'sit wieħed” jew “imqassma” (netwerk ta' riżorsi organizzat) b'konformità mal-Artikolu 2(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERIC) ( 7 );
“ragruppamenti tal-innovazzjoni” tfisser strutturi jew gruppi organizzati ta' partijiet indipendenti (bħal intrapriżi innovattivi li għadhom jibdew, intrapriżi żgħar, medji u kbar, kif ukoll organizzazzjonijiet tar-riċerka u t-tixrid tal-għarfien, organizzazzjonijiet bla skop ta' profitt u atturi ekonomiċi oħra relatati) maħsuba biex jistimolaw l-attività innovattiva permezz tal-promozzjoni, il-qsim tal-faċilitajiet u l-iskambju tal-għarfien u l-kompetenzi, u billi jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-trasferiment tal-għarfien, in-networking, it-tixrid tal-informazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn l-intrapriżi u organizzazzjonijiet oħra fir-ragruppament;
“persunal bi kwalifiki għolja” tfisser persunal bi grad ta' edukazzjoni terzjarja u mill-anqas 5 snin esperjenza professjonali rilevanti li jistgħu jinkludu wkoll taħriġ fil-livell ta' dottorat;
“servizzi ta' konsulenza dwar l-innovazzjoni” tfisser konsulenza, assistenza u taħriġ fl-oqsma ta' trasferiment tal-għarfien, ix-xiri, il-protezzjoni u l-isfruttament ta' assi intanġibbli, u l-użu ta' standards u regolamenti li jsostnuhom;
“servizzi ta' appoġġ għall-innovazzjoni” tfisser il-forniment ta' spazju għall-uffiċċji, banek tad-dejta, libreriji, ir-riċerka tas-suq, laboratorji, il-ħruġ ta' tikketta tal-kwalità, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni, bl-iskop li jiġu żviluppati prodotti, proċessi jew servizzi aktar effettivi;
“innovazzjoni organizzattiva” tfisser l-implimentazzjoni ta' metodu organizzazzjonali ġdid fil-prassi tal-operat tal-intrapriża, l-organizzazzjoni fil-post tax-xogħol jew ir-relazzjonijiet esterni u teskludi bidliet li huma bbażati fuq metodi organizzazzjonali diġà użati fl-intrapriża, bidliet fl-istrateġija ta' amministrazzjoni, il-fużjonijiet u l-akkwisti, it-tmiem ta' proċess, il-bdil jew l-estensjoni sempliċi tal-kapital, il-bidliet li jirriżultaw purament mill-bidliet fil-prezzijiet tal-fatturi, il-personalizzazzjoni, il-post, il-bidliet staġjonali regolari u bidliet ċikliċi oħrajn u l-kummerċ ta' prodotti ġodda jew imtejba b'mod sinifikanti;
“innovazzjoni tal-proċess” tfisser l-implimentazzjoni ta' metodu ta' produzzjoni jew twassil ġdid jew imtejjeb b'mod sinifikanti (inkluż tibdil sinifikanti fit-tekniki, it-tagħmir jew is-softwer) u teskludi bidliet jew titjib minuri, żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni jew tas-servizzi permezz taż-żieda fis-sistemi ta' manifattura jew loġistiċi li huma simili ħafna għal dawk li diġà qegħdin jintużaw, it-tmiem ta' proċess, il-bidliet li jirriżultaw purament mill-bidliet fil-prezzijiet tal-fatturi, il-personalizzazzjoni, il-post, il-bidliet staġjonali regolari u bidliet ċikliċi oħrajn u l-kummerċ ta' prodotti ġodda jew imtejba b'mod sinifikanti;
“sekondar” tfisser l-impjieg b'mod temporanju ta' persunal minn benefiċjarju bid-dritt għall-persunal li jmur lura għall-impjegatur ta' qabel;
Definizzjonijiet għall-għajnuna għall-ħaddiema żvantaġġati u għall-ħaddiema b'diżabilità
“ħaddiem żvantaġġat serjament” tfisser kull persuna li:
ma kellhiex impjieg regolari bi ħlas għal mill-inqas 24 xahar; jew
ma kellhiex impjieg regolari bi ħlas għal mill-anqas 12-il xahar u tagħmel parti minn waħda mill-kategoriji minn (b) sa (g) imsemmija taħt id-definizzjoni ta' “ħaddiem żvantaġġat”.
“impjieg protett” tfisser impjieg f'intrapriża fejn mill-inqas 30 % tal-ħaddiema huma ħaddiema b'diżabilità;
Definizzjonijiet li japplikaw għall-għajnuna għall-protezzjoni ambjentali
“protezzjoni ambjentali” tfisser kull azzjoni mfassla biex tirrimedja jew tipprevjeni ħsara lill-ambjenti fiżiċi tal-madwar jew lir-riżorsi naturali xi attivitajiet tal-benefiċjarju stess, biex tnaqqas ir-riskju ta' din il-ħsara jew biex twassal għal użu aktar effiċjenti ta' riżorsi naturali, inklużi miżuri għall-iffrankar tal-enerġija u l-użu ta' riżorsi ta' enerġija rinnovabbli;
“standard tal-Unjoni” tfisser:
standard tal-Unjoni obbligatorju li jistabbilixxi l-livelli li għandhom jintlaħqu minn intrapriżi individwali f'termini ambjentali; jew
l-obbligu skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) biex jintużaw l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) u li jiġi żgurat li l-livelli ta' emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu mhumiex ogħla milli kienu jkunu meta tiġi applikata l-BAT; għall-każijiet fejn il-livelli ta' emissjonijiet assoċċjati mal-BAT ġew definiti f'atti ta' implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2010/75/UE, dawn il-livelli jkunu applikabbli għall-fini ta' dan ir-Regolament; meta dawn il-livelli huma espressi bħala medda, għandu jkun applikabbli l-limitu fejn il-BAT tintlaħaq l-ewwel.
“effiċjenza tal-enerġija” tfisser ammont ta' enerġija ffrankata ddeterminat billi jitkejjel u/jew jiġi stmat il-konsum qabel u wara l-implimentazzjoni ta' miżura ta' titjib fl-effiċjenza fl-enerġija, filwaqt li tiġi żgurata n-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet esterni li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija;
“proġett għall-effiċjenza enerġetika” tfisser proġett ta' investiment li jżid l-effiċjenza enerġetika ta' bini;
“fond għall-effiċjenza enerġetika (EEF)” tfisser vettura ta' investiment speċjalizzata stabbilita bil-għan li tinvesti fi proġetti ta' effiċjenza enerġetika mmirati għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika ta' bini kemm fis-setturi domestiċi kif ukoll dawk mhux domestiċi. L-EEFs huma ġestiti minn maniġer tal-fond għall-effiċjenza enerġetika;
“maniġer tal-fondi għall-effiċjenza enerġetika” tfisser kumpanija maniġerjali professjonali b'personalità ġuridika, li tagħżel u tagħmel investimenti fi proġetti eliġibbli għall-effiċjenza enerġetika;
“koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja” tfisser koġenerazzjoni li tissodisfa d-definizzjoni ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja kif stipulat fl-Artikolu 2(34) tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l- effiċjenza f l-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE ( 9 );
“koġenerazzjoni” jew sħana u enerġija kombinati (CHP) tfisser il-ġenerazzjoni simultanja fi proċess wieħed ta' enerġija termali u enerġija elettrika u/jew mekkanika;
“enerġija minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli” tfisser l-enerġija prodotta minn impjanti li jużaw biss sorsi ta' enerġija rinnovabbli kif ukoll il-proporzjon, f'termini ta' valur kalorifiku tal-enerġija prodotta minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli f'impjanti ibridi li jużaw ukoll sorsi ta' enerġija konvenzjonali. Tinkludi l-elettriku rinnovabbli użat fil-mili tas-sistemi ta' ħżin, iżda teskludi l-elettriku prodott bħala riżultat ta' sistemi ta' ħżin;
“sorsi ta' enerġija rinnovabbli” tfisser is-sorsi mhux fossili ta' enerġija rinnovabbli li ġejjin: l-enerġija mir-riħ, mix-xemx, aerotermika, ġeotermika, idrotermika, mill-oċeani, idroelettrika, tal-bijomassa, mill-gass tal-miżbliet, mill-gass tal-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ kif ukoll mill-bijogassijiet;
“bijokarburant” tfisser karburant likwidu jew gassuż għat-trasport prodott mill-bijomassa;
“bijofjuwil sostenibbli” tfisser bijofjuwil li jissodisfa l-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva (KE) Nru 2009/28/KE;
“bijofjuwils magħmula mill-ikel” tfisser bijofjuwil prodott minn ċereali u minn għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk ta' lamtu, bi pjanti taz-zokkor u bi pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt kif definit fil-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli ( 10 );
“teknoloġija ġdid u innovattiva” tfisser teknoloġija ġdida u mingħajr provi mqabbla mal-aktar stat avvanzat fl-industrija, li ġġorr riskju ta' falliment teknoloġiku jew industrijali u mhix ottimizzazzjoni jew żieda ta' teknoloġija eżistenti;
“responsabbiltajiet ta' bilanċjar” tfisser ir-responsabbiltà għal żbilanċi (devjazzjonijiet bejn il-ġenerazzjoni, il-konsum u t-tranżazzjonijiet kummerċjali) ta' suq parteċipanti jew ir-rappreżentat magħżul tiegħu, imsemmi bħala “l-Parti Responsabbli mill-Bilanċ”, f'perjodu ta' żmien speċifiku msemmi bħala “Perjodu partikolari ta' Ħlas tal-Iżbilanċi”;
“responsabbiltajiet standard ta' bbilanċjar” tfisser responsabbiltajiet ta' bbilanċjar mhux diskriminatorji bejn it-teknoloġiji li ma jeżentawx xi wieħed mill-ġeneraturi minn dawk ir-responsabbiltajiet;
“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi agrikoli (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-bijogassijiet u l-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali;
“l-ispejjeż illivellati għall-produzzjoni tal-enerġija” huwa l-kalkolu tal-ispejjeż għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-punt ta' konnessjoni għal karga jew għal grilja tal-elettriku. Din tinkludi l-kapital inizjali, ir-rata ta' skont, kif ukoll l-ispejjeż ta' operazzjoni kontinwa, il-fjuwil u l-manutenzjoni;
“taxxa ambjentali” tfisser taxxa li l-bażi taxxabbli speċifika tagħha jkollha effett negattiv ċar fuq l-ambjent jew li tfittex li tintaxxa ċerti attivitajiet, prodotti jew servizzi biex l-ispejjeż ambjentali jkunu jistgħu jiġu inklużi fil-prezz tagħhom u/jew biex il-produtturi u l-konsumaturi jkunu orjentati lejn attivitajiet li jirrispettaw l-ambjent aħjar;
“il-livell minimu tat-taxxa tal-Unjoni” tfisser il-livell minimu ta' tassazzjoni pprovduta fil-leġislazzjoni tal-Unjoni; għal prodotti tal-enerġija u l-elettriku hi tfisser il-livell minimu ta' tassazzjoni stipulat fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirristruttura l-qafas Komunitarju għat-tassazzjoni ta' prodotti tal-enerġija u l-elettriku ( 11 );
“sit ikkontaminat” tfisser fejn ikun hemm preżenza kkonfermata, ikkawżata mill-bniedem, ta' sustanzi perikolużi ta' livell tali li dawn is-sustanzi jirrappreżentaw riskju sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent meta jitqies l-użu attwali u l-użu ġejjieni approvat tal-art ikkonċernata;
il-prinċipju ta' “min iniġġeż iħallas” jew “PPP” ifisser li l-ispejjeż marbutin mat-tneħħija tat-tniġġis għandu jbatihom min iniġġes;
“it-tniġġis” tfisser il-ħsara kkawżata minn min iniġġes b'mod dirett jew indirett li jagħmel ħsara lill-ambjent, jew billi joħloq kundizzjonijiet li jwasslu għal din it-tip ta' ħsara, fl-ambjent fiżiku ta' madwarna jew fir-riżorsi naturali;
“l-effiċjenza enerġetika fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali” tfisser sistema ta' tisħin u tkessiħ distrettwali li tissodisfa d-definizzjoni ta' tisħin distrettwali effiċjenti u sistema ta' tkessiħ kif stabbiliti fl-Artikolu 2(41) u (42) tad-Direttiva 2012/27/UE. Id-definizzjoni tinkludi impjanti ta' produzzjoni ta' tisħin/tkessiħ u n-netwerk (inklużi faċilitajiet relatati) neċessarji għad-distribuzzjoni tas-sħana/tkessiħ mill-unitajiet ta' produzzjoni għall-bini tal-konsumaturi;
“inkwinatur” tfisser xi ħadd li direttament jew indirettament jagħmel ħsara lill-ambjent jew joħloq kundizzjonijiet li jwasslu għal din il-ħsara.
“użu mill-ġdid” tfisser kull operazzjoni li biha l-prodotti jew il-komponenti li ma jkunux skart jerġgħu jintużaw għall-istess skop li għalih kienu maħsubin;
“preparazzjoni għal użu mill-ġdid” tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija ta' operazzjonijiet ta' rkupru, li biha prodotti jew komponenti ta' prodotti li saru skart jiġu ppreparati biex jintużaw mill-ġdid mingħajr ebda proċessar bil-quddiem ieħor;
“riċiklaġġ” tfisser kull operazzjoni ta' rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi kemm jekk għall-użu oriġinali jew għal finijiet oħrajn. Dan jinkludi l-proċessar mill-ġdid ta' materjal organiku iżda ma jinkludix irkupru ta' enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f'materjali li għandhom jintużaw bħala karburanti jew għal operazzjonijiet ta' radam mill-ġdid;
“l-ogħla livell” tfisser proċess li fih l-użu mill-ġdid ta' prodott ta' skart għall-manifattura ta' prodott aħħari jkun prattika normali ekonomikament profittabbli. Fejn ikun xieraq, il-kunċett tal-ogħla livell irid jiġi interpretat mill-perspettiva tat-teknoloġija u s-suq intern tal-Unjoni;
“l-infrastruttura tal-enerġija” tfisser kull tagħmir fiżiku jew faċilità li jinsab fl-Unjoni jew li jorbot lill-Unjoni ma' pajjiż terz wieħed jew aktar u li jaqa' taħt il-kategoriji li ġejjin;
dwar l-elettriku:
infrastruttura għat-trażmissjoni, kif definita fl-Artikolu 2(3) mid-Direttiva 2009/72/KE tat-13 Lulju 2009 dwar regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku ( 12 );
infrastruttura għad-distribuzzjoni, kif definita fl-Artikolu 2(5) mid-Direttiva 2009/72/KE;
ħżin tal-elettriku, definit bħala fażilitajiet użati għall-ħċin tal-elettriku fuq bażi permanenti jew temporanja f'infrastruttura 'l fuq mill-art jew taħt l-art jew f'siti ġeoloġiċi, sakemm dawn ikunu konnessi direttament ma' fili għat-trażmissjoni b'vultaġġ għoli ddisinjati għal vultaġġ ta' 110 kV jew iżjed;
kull tagħmir jew istallazzjoni essenzjali biex is-sistemi definiti f'punti (i) sa (iii) joperaw b'mod sikur, b'sikurezza, sigurtà u effiċjenza, inklużi s-sistemi ta' protezzjoni, monitoraġġ u kontroll fil-livelli kollha tal-vultaġġ u fis-substazzjonijiet kollha; kif ukoll
grilji intelliġenti, definiti bħala kull tagħmir, linja, kejbil jew istallazzjoni, kemm fil-livell tat-trażmissjoni u kif ukoll tad-distribuzzjoni b'vultaġġ baxx u medju, li jimmira lejn komunikazzjoni diġitali bidirezzjonali, f'ħin reali jew viċin il-ħin reali, monitoraġġ u ġestjoni interattivi u intelliġenti tal-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-elettriku f'netwerk tal-elettriku bil-għan li jiġi żviluppat netwerk li b'mod effiċjenti jintegra l-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha konnessi miegħu — ġeneraturi, konsumaturi u dawk li jagħmlu t-tnejn — sabiex tiġi żgurata sistema tal-elettriku ekonomikament effiċjenti, sostenibbli, b'telf baxx u b'livelli għoljin ta' kwalità, sigurtà tal-provvista u sikurezza.
dwar il-gass:
linji ta' pajpijiet tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni għat-trasport tal-gass naturali u l-bijogass li jiffurmaw parti minn netwerk, apparti l-linji ta' pajpijiet bi pressa għolja li jintużaw għal distribuzzjoni upstream jew ta' gass naturali;
faċilitajiet ta' ħażna taħt l-art li huma konnessi ma' linji ta' pajpijiet minn fejn jgħaddi l-gass bi pressjoni għolja msemmija fil-punt (i);
faċilitajiet ta' riċeviment, ħżin u rigassifikazzjoni jew dekompressjoni għal gass naturali likwifikati (“LNG”) jew gass naturali kkompressat (“CNG”); kif ukoll
kull tagħmir jew istallazzjoni essenzjali biex is-sistemi joperaw b'sikurezza, sigurtà u effiċjenza jew biex jippermettu kapaċità bidirezzjonali, inklużi l-istazzjonijiet ta' kompressjoni;;
dwar iż-żejt:
linji ta' pajpijiet użati biex jiġi ttrasportat iż-żejt mhux maħdum;
stazzjonijiet tal-ippumpjar u faċilitajiet ta' ħażna neċessarji għall-operazzjoni ta' pajpijiet ta' żejt mhux maħdum; kif ukoll
kull tagħmir jew istallazzjoni essenzjali biex is-sistema inkwistjoni topera b'mod adattat, b'sigurtà u b'effiċjenza, inklużi s-sistemi ta' protezzjoni, monitoraġġ u kontroll u l-apparat ta' inverżjoni tal-fluss;
dwar CO2: netwerk ta' linji ta' pajpijiet, inklużi stazzjonijiet ta' booster; għat-trasport tas-siti tal-ħżin tas-CO2, bl-għan li s-CO2 jiġi injettat f'formazzjonijiet ġeoloġiċi addattati taħt l-art għall-ħażna permanenti;
“il-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-enerġija” tinkludi d-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku, id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali ( 13 ), ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni ta' Regolaturi tal-Enerġija ( 14 ); Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kundizzjonijiet għal aċċess għan-netwerk għal skambji transfruntieri ( 15 ) u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kundizzjonijiet għal aċċess tan-netwerks tat-trażmissjoni tal-gass naturali ( 16 ) jew kull leġiżlazzjoni sussegwenti li tissostitwixxi dawn l-atti b'mod sħiħ jew parzjali;
Definizzjonijiet li japplikaw għall-għajnuna soċjali għat-trasport għal residenti f'reġjuni mbiegħda
“residenza normali” tfisser il-post fejn persuna fiżika tgħix għal mill-inqas 185 jum f'kull sena kalendarja, minħabba rabtiet personali u tax-xogħol; fil-każ ta' persuna li r-rabtiet tax-xogħol tagħha jkunu f'post differenti minn dak tar-rabtiet personali tagħha/tiegħu u li tgħix f'żewġ Stati Membri jew aktar, il-post ta' residenza normali huwa meqjus bħala l-post tar-rabtiet personali tagħha/tiegħu sakemm dik il-persuna tirritorna hemmhekk regolarment; meta persuna tkun qed tgħix fi Stat Membru biex twettaq missjoni b'tul ta' żmien stipulat, il-post tar-residenza tagħha jibqa' meqjus bħala dak il-post li miegħu għandha/għandu rabtiet personali, irrispettivament jekk tirritornax/jirritornax hemmhekk matul din l-attività; l-attendenza f'università jew skola fi Stat Membru ieħor ma tikkostitwixxix trasferiment ta' residenza normali; Alternattivament, “residenza normali” jkollha t-tifsira attribwita lilha fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri.
Definizzjonijiet ta' għajnuna għal infrastrutturi tal-broadband
“broadband bażiku”“netwerks tal-broadband bażiku” tfisser netwerks b'funzjonalitajiet bażiċi li huma bbażati fuq pjattaformi tat-teknoloġija bħalma huma l-linji diġitali asimmetriċi għall-abbonati (sa netwerks tal-ADSL2+), il-kejbil mhux imsaħħaħ (eż. DOCSIS 2.0), in-netwerks tal-mowbajl tat-tielet ġenerazzjoni (UMTS) u s-sistemi tas-satellita;
“Xogħlijiet tal-inġinerija ċivili relatati mal-broadband” tfisser ix-xogħlijiet ta' inġinerija ċivili li huma meħtieġa għall-iskjerament ta' netwerk tal-broadband, bħalma huma t-tħaffir ta' triq sabiex jgħin fit-tqegħid tat-tubi (broadband).
“Tubi” tfisser pajpijiet jew kondjuwits ta' taħt l-art li jintużaw biex minnhom jgħaddu kejbils (tal-fibra, tar-ram jew koassjali) ta' netwerk tal-broadband.
“diżaggregazzjoni fiżika” tagħti aċċess lill-utenti aħħarija għal-linja ta' aċċess u tippermetti biex is-sistemi tat-trażmissjoni tal-kompetitur innifsu jittrażmettu fuqha direttament.
“L-infrastruttura tal-broadband passiv” tfisser netwerk tal-broadband mingħajr ebda komponent attiv. Tipikament tinkludi infrastruttura ta' inġinerija ċivili, tubi u fibra skura u kabinetti tat-toroq.
“Netwerks ta' aċċess għall-ġenerazzjoni li jmiss (NGA)” tfisser netwerks avvanzati li jkollhom tal-inqas il-karatteristiċi li ġejjin: (a) iwasslu servizzi affidabbli b'veloċità għolja ħafna għal kull abbonat permezz ta' backhaul ottiku (jew teknoloġija ekwivalenti) qrib biżżejjed għall-post tal-utenti biex jiggarantixxu t-twassil effettiv tal-veloċità għolja ħafna; (b) jappoġġaw firxa ta' servizzi diġitali avvanzati fosthom is-servizzi konverġenti bbażati għalkollox fuq l-IP, u (c) jkollhom veloċitajiet ogħla ta' upload (meta mqabbla man-netwerks bażiċi tal-broadband). Fl-istadju attwali tal-iżvilupp tas-suq u teknoloġiku, in-netwerks tat-tip NGA huma: (a) netwerks għall-aċċess ibbażati fuq il-fibra ottika (FTTx), (b) netwerks bil-kejbil avvanzati mtejbin u (c) ċerti netwerks għal aċċess bla fili avvanzati li kapaċi jwasslu veloċitajiet għolja affidabbli għal kull abbonat.
“L-aċċess bl-ingrossa” tfisser aċċess li jippermetti lil operatur li juża l-faċilitajiet ta' operatur ieħor. L-aċċess l-aktar wiesa' possibbli li għandu jiġi pprovdut fuq in-netwerk relevanti, abbażi tal-iżviluppi teknoloġiċi attwali, ikunu jinkludu mill-inqas dawn il-prodotti ta' aċċess. Għan-netwerks tal-FTTH/FTTB: aċċess għat-tubi, aċċess għall-fibra skura, aċċess diżaggregat għaċ-ċirkwiti lokali, u aċċess għall-bitstream. Għan-netwerks tal-kejbil: aċċess għat-tubi u aċċess għall-bitstream. Għan-netwerks tal-FTTC: aċċess għat-tubi, id-diżaggregazzjoni tas-sottoċirkwit lokali u l-aċċess għal bitstream. Għall-infrastrutturi passivi tan-netwerk: l-aċċess għat-tubi, l-aċċess għall-fibra skura u/jew l-aċċess diżaggregat għaċ-ċirkwit lokali. Għan-netwerks tal-broadband ibbażati fuq l-ADSL: l-aċċess diżaggregat għaċ-ċirkwit lokali, l-aċċess għall-bitstream. Għan-netwerks tal-mowbajl jew bla fili: il-bitstream, il-qsim tal-arbli fiżiċi u l-aċċess għal netwerks backhaul. Għall-pjattaformi tas-satelliti: l-aċċess bitstream.
Definizzjonijiet għall-għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju:
“xogħlijiet awdjoviżivi diffiċli” tfisser ix-xogħlijiet identifikati bħala tali minn Stat Membru abbażi ta' kriterji predefiniti meta jiġu stabbiliti skemi jew meta tingħata l-għajnuna, u tista' tinkludi films li l-unika verżjoni oriġinali tagħhom hija f'lingwa ta' Stat Membru b'territorju, popolazzjoni jew żona lingwistika limitati, films qosra, films minn diretturi li qed jaħdmu għall-ewwel darba u għat-tieni darba, dokumentarji, jew xogħlijiet b'baġit baxx jew inkella kummerċjalment xogħlijiet diffiċli.
Lista tal-Kumitat ta' Assistenza għall-Iżvilupp (DAC) tal-OECD: tfisser il-pajjiżi u t-territorji kollha li huma eliġibbli li jirċievu assistenza uffiċjali għall-iżvilupp u inklużi fil-lista kkompilata mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD);
“profitt raġonevoli” jiġu ddeterminat fir-rigward tal-profitt tipiku għas-settur ikkonċernat. F'kull każ, rata ta' redditu fuq il-kapital li ma taqbiżx ir-rata ta' tpartit relevanti flimkien ma' primjum ta' 100 punt bażi għandha tkun ikkunsidrata bħala raġonevoli.
Definizzjonijiet għall-għajnuna għall-infrastrutturi tal-isport u għall-infrastrutturi ta' rikreazzjoni multifunzjonali.
“l-isport professjonali” tfisser il-prattika tal-isport taħt forma ta' impjieg bi qligħ jew servizz rimunerat, irrispettivament minn jekk ġiex stabbilit kuntratt tax-xogħol formali bejn l-isportiv professjonali u l-organizzazzjoni sportiva rilevanti, fejn il-kumpens jaqbeż l-ispejjeż ta' parteċipazzjoni u jikkostitwixxi parti sinifikanti mid-dħul tal-isportiv. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u għall-akkomodazzjoni għall-parteċipazzjoni f'manifestazzjoni sportiva ma jitqisux bħala kumpens għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
Definizzjonijiet ta' Għajnuna għal ajruporti reġjonali
“infrastruttura tal-ajruport” tfisser infrastruttura u tagħmir għall-provvista ta' servizzi tal-ajruport mill-ajruport lil-linji tal-ajru u lill-fornituri varji tas-servizzi, inklużi r-runways, it-terminals, ir-rampa tal-ajruport, it-taxiways, l-infrastruttura ċentralizzata tal-groundhandling u kull faċilità oħra li tappoġġa direttament lis-servizzi tal-ajruport, esklużi l-infrastruttura u t-tagħmir, li huma primarjament meħtieġa biex jiġu segwiti attivitajiet mhux ajrunawtiċi;
“linja tal-ajru” tfisser kull linja tal-ajru b'liċenzja operattiva valida maħruġa minn Stat Membru jew minn Membru tal-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 );
“ajruport” tfisser entità jew grupp ta'entitajiet li jwettqu l-attività ekonomika li tipprovdi servizzi tal-ajruport lil-linji tal-ajru;
“servizzi tal-ajruport” tfisser servizzi pprovduti lil-linji tal-ajru minn ajruport jew kull wieħed mis-sussidjarji tiegħu biex ikun żgurat l-immaniġġar tal-inġenji tal-ajru, mill-inżul sat-tluq, u tal-passiġġieri u l-merkanzija, biex jippermettu li l-linji tal-ajru jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru; inkluża l-provvista ta' servizzi ta' groundhandling u l-provvista ta' infrastruttura ċentralizzata tal-groundhandling;
“traffiku annwali medju tal-passiġġieri” tfisser ċifra ddeterminata fuq il-bażi tat-traffiku tal-passiġġieri deħlin u dawk ħerġin matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel dik li fiha tkun ingħatat l-għajnuna;
“infrastruttura ċentralizzata tal-groundhandling” tfisser infrastruttura li normalment hija mħaddma mill-maniġer tal-ajruport u mqiegħda għad-dispożizzjoni ta' diversi fornituri tas-servizzi tal-groundhandling li huma attivi f'ajruport bi skambju għal remunerazzjoni, eskluż tagħmir proprjetà ta' fornituri ta' servizzi ta' groundhandling jew imħaddma minnhom;
“tren ta' veloċità kbira” tfisser tren li kapaċi jlaħħaq veloċità ta' iktar minn 200 km/h;
“servizzi ta' groundhandling” tfisser is-servizzi pprovduti lill-utenti tal-ajruporti fl-ajruporti kif deskritt fl-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE ( 18 );
“attivitajiet mhux ajrunawtiċi” tfisser servizzi kummerċjali lil-linji tal-ajru jew lil utenti oħra tal-ajruport, bħal servizzi anċillari għal passiġġieri, trasportaturi tal-merkanzija jew fornituri oħra tas-servizz, il-kiri ta' uffiċċji u ħwienet, parkeġġi u lukandi;
“ajruport reġjonali” tfisser kull ajruport b'volum medju ta' traffiku annwali ta' passiġġieri sa 3 miljun passiġġier;
Definizzjonijiet għall-Għajnuna għall-portijiet
“port” tfisser żona ta' art u ilma b'infrastruttura u tagħmir simili, li jippermetti li jiġu akkomodati bastimenti, it-tagħbija u l-ħatt tagħhom, il-ħżin ta' prodotti, l-aċċettazzjoni u l-kunsinna ta' dawk il-prodotti u l-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri, l-ekwipaġġ u persuni oħra u kull infrastruttura oħra meħtieġa għall-operaturi tat-trasport fiż-żona tal-port;
“port marittimu” tfisser port li prinċipalment jakkomoda bastimenti fuq l-ilma bil-baħar;
“port intern” tfisser port ieħor għajr port marittimu, biex jakkomoda bastimenti li jbaħħru fuq passaġġi fuq l-ilma interni;
“infrastruttura tal-portijiet” tfisser infrastruttura u faċilitajiet għall-forniment ta' servizzi portwarji relatati mat-trasport, inklużi irmiġġi użati għall-irmiġġ ta' bastimenti, ħitan tal-mollijiet, mollijiet u rampi tal-pontun varjabbli f'żoni tal-marea, baċiri interni, backfills u reklamazzjoni tal-art, infrastruttura ta' fjuwil alternattiv u infrastruttura għall-ġbir ta' skart iġġenerat mill-bastimenti u r-residwi tal-merkanzija;
“sovrastruttura tal-port” tfisser arranġamenti tas-superfiċje (bħal pereżempju għall-ħżin), apparat fiss (bħal imħażen u bini tat-terminals) kif ukoll it-tagħmir mobbli (bħal krejnijiet) li jinsab f'port għall-forniment ta' servizzi portwarji relatati mat-trasport;
“infrastruttura għall-aċċess” tfisser kull tip ta' infrastruttura meħtieġa biex jiġu żgurati l-aċċess u d-dħul mill-art jew mill-baħar u mix-xmajjar mill-utenti għal port, jew f'port, bħal toroq, linji ferrovjarji, kanali ta' aċċess u locks;
“tħammil” tfisser it-tneħħija ta' sedimenti minn qiegħ l-aċċess tal-passaġġ fuq l-ilma għal port jew f'port;
“infrastruttura għall-fjuwils alternattivi” tfisser infrastruttura tal-port fissa, mobbli jew offshore li tippermetti li port jipprovdi bastimenti b'sorsi ta' enerġija bħall-elettriku, l-idroġenu, il-bijofjuwils kif iddefiniti fil-punt (i) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/28/KE, il-karburanti sintetiċi u paraffiniċi, il-gass naturali, inkluż il-bijometan, f'forma gassuża (gass naturali kkompressat (CNG)) u f'forma likwifikata (gass naturali likwifikat (LNG)) u l-gass likwifikat miż-żejt (LPG) li iservu, mill-inqas parzjalment, ta' sostitut għas-sorsi ta' żejt fossili fil-provvista tal-enerġija għat-trasport, u li għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tas-settur tat-trasport;
“bastimenti” tfisser strutturi li jżommu f'wiċċ l-ilma, sew jekk awtopropulsivi jew le, li jkollhom buq ta' spostament wieħed jew iktar;
“bastimenti tal-baħar” tfisser bastimenti ta' xort'oħra minn dawk li jbaħħru biss jew prinċipalment fuq passaġġi fuq l-ilma interni jew f'ilmijiet imkennija jew li jmissu mill-qrib magħhom;
“bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser bastimenti maħsuba esklużivament jew prinċipalment biex ibaħħru f'passaġġi fuq l-ilma interni jew f'ilmijiet imkennija jew li jmissu mill-qrib magħhom;
“infrastrutturi għall-ġbir tal-iskart iġġenerat mill-bastimenti u l-fdalijiet mill-merkanzija” tfisser faċilitajiet tal-port fissi, li jżommu f'wiċċ l-ilma jew mobbli u kapaċi jirċievu l-iskart iġġenerat mill-bastimenti u mill-fdalijiet tal-merkanzija kif definit fid-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ).
Artikolu 3
Kundizzjonijiet għal eżenzjoni
Skemi ta' għajnuna, għajnuna individwali mogħtija minn skemi bħal dawn u għajnuna ad hoc ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(2) jew (3) tat-Trattat u jkunu eżenti mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm din l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'Kapitolu I ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-kategorija rilevanti ta' għajnuna stabbiliti f'Kapitolu III ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Limiti tan-notifika
Dan ir-Regolament ma japplikax għall-għajnuna li teċċedi l-limiti li ġejjin:
għal għajnuna għall-investiment reġjonali: “l-ammont aġġustat tal-għajnuna” ta' għajnuna, kif ikkalkulat skont il-mekkaniżmu definit fl-Artikolu 2 il-punt 20 għal investiment bi spejjeż eliġibbli ta' EUR 100 miljun;
għal għajnuna għall-iżvilupp urban reġjonali, EUR 20 miljun kif stabbilit fl-Artikolu 16(3);
għal għajnuna għall-investiment lill-SMEs: EUR 7,5 miljun għal kull intrapriża għal kull proġett ta' investiment;
għal għajnuna għal konsulenza favur l-SMEs: EUR 2 miljun għal kull intrapriża, għal kull proġett;
għal għajnuna lill-SMEs għall-parteċipazzjoni fil-fieri: EUR 2 miljun għal kull intrapriża, għal kull sena;
għal għajnuna għall-SMEs għall-ispejjeż ta' kooperazzjoni mġarrba bil-parteċipazzjoni fi proġetti ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea. EUR 2 miljun għal kull intrapriża, għal kull proġett;
għal għajnuna għal finanzjament ta' riskju: EUR 15 miljun għal kull intrapriża eliġibbli kif stabbilit fl-Artikolu 21(9);
għal għajnuna għall-bidu ta' negozju, l-ammonti stabbiliti għal kull intrapriża fl-Artikolu 22(3), (4) u (5);
għal għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp:
jekk il-proġett huwa b'mod predominanti riċerka fundamentali: EUR 40 miljun għal kull intrapriża, għal kull proġett; dan ikun il-każ meta aktar minn nofs tal-ispejjeż eliġibbli tal-proġett jiġġarrbu permezz ta' attivitajiet li jaqgħu fil-kategorija ta' riċerka fundamentali;
jekk il-proġett huwa b'mod predominanti riċerka industrijali: EUR 20 miljun għal kull intrapriża, għal kull proġett; dan ikun il-każ meta aktar minn nofs tal-ispejjeż eliġibbli tal-proġett isiru permezz ta' attivitajiet li jaqgħu fil-kategorija ta' riċerka industrijali jew fil-kategoriji ta' riċerka industrijali u tar-riċerka fundamentali meħudin flimkien;
jekk il-proġett huwa b'mod predominanti żvilupp sperimentali: EUR 15 miljun għal kull intrapriża, għal kull proġett; dan ikun il-każ meta aktar minn nofs tal-ispejjeż eliġibbli tal-proġett jiġġarrbu permezz ta' attivitajiet li jaqgħu taħt il-kategorija ta' żvilupp sperimentali;
jekk il-proġett ikun proġett EUREKA jew jiġi implimentat minn Intrapriża Konġunta stabbilita abbażi tal-Artikolu 185 jew tal-Artikolu 187 tat-Trattat, l-ammonti msemmija fil-punti (i) sa (iii) jirduppjaw.
jekk l-għajnuna għall-proġetti ta' riċerka u żvilupp tingħata fil-forma ta' pagamenti bil-quddiem li jitħallsu lura li, fin-nuqqas ta' metodoloġija aċċettata biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti tal-għotja gross tagħhom, jiġi espress bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli u l-miżura tipprovdi li fil-każ ta' eżitu ta' suċċess tal-proġett, kif definit abbażi ta' ipoteżi raġonevoli u prudenti, l-avvanzi jitħallsu lura b'rata tal-imgħax mill-inqas daqs ir-rata ta' skont applikabbli fi żmien l-għotja, l-ammonti msemmija fil-punti minn (i) sa (iv) jiżdiedu b'50 %;
l-għajnuna għall-studji ta' vijabilità fit-tħejjija tal-attivitajiet ta' riċerka: EUR 7,5 miljun għal kull studju;
għal għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi ta' riċerka: EUR 20 miljun għal kull infrastruttura;
għal għajnuna għar-ragruppamenti ta' innovazzjoni: EUR 7,5 miljun għal kull ragruppament;
għajnuna għall-innovazzjoni għall-SMEs: EUR 5 miljun għal kull intrapriża, għal kull proġett;
għal għajnuna għall-innovazzjoni fil-proċess u fl-organizzazzjoni: EUR 7.5 miljun għal kull intrapriża, għal kull proġett;
għal għajnuna għat-taħriġ: EUR 2 miljun għal kull proġett ta' taħriġ;
għal għajnuna għar-reklutaġġ ta' ħaddiema żvantaġġati: EUR 5 miljun għal kull intrapriża, għal kull sena;
għal għajnuna għall-impjieg ta' ħaddiema b'diżabilità fil-forma ta' sussidji tal-pagi: EUR 10 miljun għal kull intrapriża, għal kull sena;
għal għajnuna għall-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali għall-impjieg ta' ħaddiema b'diżabilità: EUR 10 miljun għal kull intrapriża, għal kull sena;
għal għajnuna għall-kumpens tal- ispejjeż tal-assistenza pprovduta lil ħaddiema żvantaġġati: EUR 5 miljun għal kull intrapriża, għal kull sena;
għal għajnuna għall-investiment għall-protezzjoni ambjentali, minbarra l-għajnuna għall-investiment għar-rimedjar ta' siti kkontaminati u għajnuna għall-istallazzjoni tal-parti tan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-effiċjenza enerġetika fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali: EUR 15 miljun għal kull intrapriża għal kull proġett ta' investiment;
għal għajnuna għall-investiment għal proġetti ta' effiċjenza enerġetika: EUR 10 miljun kif stabbilit fl-Artikolu 39 (5);
għal għajnuna għall-investiment għar-rimedjar ta' siti kkontaminati: EUR 20 miljun għal kull intrapriża għal kull proġett ta' investiment;
għal għajnuna operatorja għall-produzzjoni ta' elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-għajnuna operatorja għall-promozzjoni ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli f'installazzjonijiet fuq skala żgħira: EUR 15 miljun għal kull intrapriża, għal kull proġett. Meta l-għajnuna hi mogħtija abbażi ta' proċess kompetittiv tal-offerti skont l-Artikolu 42: EUR 150 miljun għal kull sena billi jitqies il-baġit kombinat tal-iskemi kollha li jaqgħu taħt l-Artikolu 42;
għal għajnuna għan-netwerk għad-distribuzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali: EUR 20 miljun għal kull intrapriża għal kull proġett ta' investiment;
għal għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tal-enerġija EUR 50 miljun għal kull intrapriża, għal kull proġett ta' investiment;
għal għajnuna għal infrastrutturi tal-broadband: EUR 70 miljun bħala spiża totali għal kull proġett;
għal għajnuna għall-investiment għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju: EUR 150 miljun għal kull proġett; l-għajnuna operatorja għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju: EUR 75 miljun għal kull impriża kull sena;
għal skemi ta' għajnuna għal xogħlijiet awdjoviżivi: EUR 50 miljun għal kull intrapriża għal kull sena;
għal għajnuna għall-ininvestiment għall-isport u għall-infrastrutturi rikreazzjonali multifunzjonali: EUR 30 miljun jew l-ispejjeż totali li jaqbżu EUR 100 miljun għal kull proġett; l-għajnuna operatorja għall-infrastruttura sportiva: EUR 2 miljuni għal kull infrastruttura fis-sena;
għal għajnuna għall-investiment għal infrastrutturi lokali: EUR 10 miljun jew l-ispejjeż totali li jaqbżu l-EUR 20 miljun għall-istess infrastruttura;
għal għajnuna għal ajruporti reġjonali: l-intensitajiet tal-għajnuna u l-ammonti ta' għajnuna stabbiliti fl-Artikolu 56a;
għal għajnuna għal portijiet marittimi: spejjeż eleġibbli ta' EUR 130 miljun għal kull proġett (jew EUR 150 miljun għal kull proġett f'port marittimu inkluż fil-pjan ta' ħidma ta' Kuritur tan-Netwerk Ewlieni kif imsemmi fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ); fir-rigward tat-tħammil, proġett hu definit bħala kwalunkwe tħammil imwettaq f'perjodu ta' sena kalendarja;
għal għajnuna għal portijiet interni: spejjeż eleġibbli ta' EUR 40 miljun għal kull proġett (jew EUR 50 miljun għal kull proġett f'port intern inkluż fil-pjan ta' ħidma ta' Kuritur tan-Netwerk Ewlieni kif imsemmi fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013); fir-rigward tat-tħammil, proġett hu definit bħala kwalunkwe tħammil imwettaq f'perjodu ta' sena kalendarja.
Artikolu 5
It-trasparenza tal-għajnuna
Il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin jitqiesu bħala trasparenti:
l-għajnuna li tinvolvi għotjiet u sussidji fir-rati tal-imgħax;
l-għajnuna li tinvolvi self, meta l-ekwivalenti tal-għotja gross jkun ġie kkalkulat abbażi tar-rata ta' referenza prevalenti fiż-żmien tal-għotja;
l-għajnuna li tikkonsisti f'garanziji:
meta l-ekwivalenti tal-għotja gross ġie kkalkulat abbażi ta' primjums fil-limitu ta' eżenzjoni stabbiliti f'avviż tal-Kummissjoni; jew
meta qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-garanzija ġiet aċċettata abbażi tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji ( 21 ), jew abbażi ta' kull avviż suċċċessiv, wara li ġiet innotifikata din il-metodoloġija lill-Kummissjoni skont kull regolament adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli dak iż-żmien, u l-metodoloġija approvata tindirizza espliċitament it-tip ta' garanzija u t-tip ta' t-tranżazzjoni involuta kkonċernata fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
l-għajnuna fil-forma ta' vantaġġi fiskali, meta l-miżura tipprevedi kwota biex jiġi żgurat li l-limitu applikabbli ma jinqabiżx;
l-għajnuna għall-iżvilupp urban reġjonali jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16 ikunu ġew issodisfati;
l-għajnuna li tinvolvi miżuri ta' finanzjament ta' riskju jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 jiġu ssodisfati;
l-għajnuna għal negozji li jkun għadhom kemm jiftħu jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22 ikunu ġew issodisfati;
l-għajnuna għall-proġetti ta' effiċjenza enerġetika jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39 ikunu ġew issodisfati;
l-għajnuna fil-forma ta' primjums flimkien mal-prezz tas-suq jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42 ikunu ġew issodisfati;
l-għajnuna fil-forma ta' pagamenti bil-quddiem li jitħallsu lura, jekk l-ammont nominali totali tal-pagament bil-quddiem li jitħallas lura ma jaqbiżx il-limiti applikabbli skont dan ir-Regolament jew jekk, qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-pagament bil-quddiem li jitħallas lura tkun ġiet aċċettata wara n-notifika tagħha lill-Kummissjoni;
għajnuna fil-forma ta' bejgħ jew kiri ta' assi tanġibbli b'rati iktar baxxi mir-rati tas-suq fejn il-valur huwa stabbilit permezz ta' evalwazzjoni minn esperti indipendenti qabel it-tranżazzjoni jew b'referenza għal punt ta' riferiment disponibbli pubblikament u aġġornat regolarment u ġeneralment aċċettat.
Artikolu 6
Effett ta' inċentiv
L-għajnuna tiġi kkunsidrata li għandha effett ta' inċentiv jekk il-benefiċjarju jkun ippreżenta applikazzjoni bil-miktub għal għajnuna lill-Istat Membru kkonċernat qabel ma jkun inbeda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività. L-applikazzjoni għall-għajnuna jkun fiha għallinqas l-informazzjoni li ġejja:
l-isem u d-daqs tal-intrapriża;
id-deskrizzjoni tal-proġett, inklużi d-dati ta' meta se jibda u jispiċċa;
il-lok tal-proġett;
il-lista tal-ispejjeż tal-proġett;
it-tip ta' għajnuna (għotja, self, garanzija, pagament bil-quddiem li jitħallas lura, injezzjoni ta' ekwità jew oħrajn) u l-ammont ta' finanzjament pubbliku meħtieġ għall-proġett;
L-għajnuna ad hoc mogħtija lil intrapriżi kbar titqies li jkollha effett ta' inċentiv jekk, flimkien mat-twettiq tal-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jkun ivverifika, qabel jagħti l-għajnuna kkonċernata, li d-dokumentazzjoni ppreparata mill-benefiċjarju tistabbilixxi li l-għajnuna tirriżulta f'wieħed jew f'aktar minn dawn li ġejjin:
fil-każ ta' għajnuna għall-investiment reġjonali: li proġett jitwettaq, li l-proġett ma kienx jitwettaq fiż-żona kkonċernata jew ma kienx jiġġenera biżżejjed profitt għall-benefiċjarju fiż-żona kkonċernata li kieku ma kienx hemm l-għajnuna.
fil-każijiet l-oħra kollha, li jkun hemm:
B'deroga mill-paragrafi 2 u 3, miżuri fil-forma ta' vantaġġi fiskali jitqiesu li għandhom effett ta' inċentiv jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-miżura tistabbilixxi d-dritt għall-għajnuna skont kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta' diskrezzjoni mill-Istat Membru; kif ukoll
il-miżura ġiet adottata u ddaħħlet fis-seħħ qabel ma x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività megħjuna jkunu nbeda, ħlief fil-każ ta' skemi fiskali suċċessivi, dejjem jekk l-attività tkun diġà ġiet koperta minn skemi preċedenti fil-forma ta' vantaġġi fiskali.
B'deroga mill-paragrafi 2, 3 u 4, il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin mhumiex meħtieġa li jkollhom jew huma meqjusa li jkollhom effett ta' inċentiv:
l-għajnuna operatorja reġjonali u l-għajnuna għall-iżvilupp urban reġjonali, fejn il-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 15 u 16 ikunu ġew issodisfati;
l-għajnuna għall-SMEs biex ikollhom aċċess għall-finanzjament, jekk il-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 21 u 22 ikunu ġew issodisfati,
l-għajnuna għar-reklutaġġ ta' ħaddiema żvantaġġati fil-forma ta' sussidji fuq il-pagi u l-għajnuna għall-impjieg ta' ħaddiema b'diżabilità fil-forma ta' sussidji fuq il-pagi, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 32 u 33 rispettivament skont l-Artikoli 32 u 33,
l-għajnuna li tikkumpensa għall-spejjeż addizzjonali biex jiġu impjegati ħaddiema b'diżabilità u għajnuna għall-kumpens tal-ispejjeż tal-assistenza pprovduta lil ħaddiema żvantaġġati, fejn il-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 34 u 35 ikunu ġew issodisfati;
l-għajnuna fil-forma ta' tnaqqis fit-taxxi ambjentali skont id-Direttiva 2003/96/KE, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 44 ta' dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati;
l-għajnuna li tagħmel tajjeb għad-danni kkaġunati minn ċerti diżastri naturali, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 50 ikunu ġew issodisfati;
l-għajnuna soċjali għat-trasport għal residenti f'reġjuni mbiegħda, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 51 ikunu ġew issodisfati;
l-għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 53 ikunu ġew issodisfati;
Artikolu 7
L-intensità tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli
▼M1 —————
Artikolu 8
Akkumulazzjoni
L-għajnuna bi spejjeż eliġibbli identifikabbli eżentati minn dan ir-Regolament tista' tiġi akkumulata ma':
kull għajnuna oħra mill-Istat, dejjem jekk dawn il-miżuri jikkonċernaw spejjeż eliġibbli differenti li jistgħu jiġu identifikati,
kull għajnuna oħra mill-Istat, fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli, li jikkoinċidu b'mod parzjali jew sħiħ, biss jekk tali kumulazzjoni ma tirriżultax f'ammont li jeċċedi l-ogħla intensità ta' għajnuna jew ammont ta' għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Pubblikazzjonijiet u informazzjoni
L-Istat Membru kkonċernat jiżgura fuq websajt komprensiva dwar l-għajnuna mill-Istat, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, il-pubblikazzjoni ta':
l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11 fil-format standardizzat stabbilita fl-Anness II jew link li tipprovdi aċċess għaliha;
it-test sħiħ ta' kull miżura ta' għajnuna, kif imsemmija fl-Artikolu 11 jew link li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ;
l-informazzjoni msemmija fl-Anness III dwar kull għotja ta' għajnuna individwali li taqbeż il-EUR 500 000 .
Fir-rigward ta' għajnuna mogħtija lill-proġetti ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, l-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu tiġi mpoġġija fuq il-websajt tal-Istat Membru li fih l-Awtorità Maniġerjali kkonċernata, kif definita fl-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tkun tinsab. Alternattivament, l-Istat Membru li jkun qed jipparteċipa jista' jiddeċiedi wkoll li kull wieħed minnhom jipprovdi l-informazzjoni dwar il-miżuri tal-għajnuna fit-territorju tagħhom fuq il-websajts rispettivi.
Għal skemi fil-forma ta' vantaġġi fiskali, u għal skemi koperti mill-Artikolu 16 u 21 ( 23 ) il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(c) ta' dan l-Artikolu jiġu kkunsidrati li ntlaħqu jekk l-Istati Membri jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti ta' għajnuna individwali fil-meded li ġejjin (f'EUR miljun):
Il-Kummissjoni tippubblika fuq il-websajt tagħha:
il-links għall-websajts dwar l-għajnuna mill-Istat msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11.
KAPITOLU II
MONITORAĠĠ
Artikolu 10
L-irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ta' kategorija
Meta l-Istat Membru kkonċernat jagħti għajnuna li hija allegatament eżentanta mir-rekwiżit ta' notifika skont dan ir-Regolament mingħajr ma tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli I sa III, il-Kummissjoni tista', wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jispjega fehemtu, tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-miżuri ta' għajnuna futuri kollha jew xi wħud minnhom, adottati mill-Istat Membru kkonċernat li kieku jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Il-miżuri li għandhom jiġu nnotifikati jistgħu jkunu limitati għall-miżuri li jagħtu ċerti tipi ta' għajnuna jew favur ċerti benefiċjari jew ċerti miżuri ta' għajnuna adottati minn ċerti awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 11
Rapportar
L-Istati Membri jew alternattivament, fil-każ tal-għajnuna mogħtija għal proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea skont l-Artikolu 20, l-Istat Membru fejn tkun tinsab l-Awtorità Maniġerjali, kif imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:
permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika tal-Kummissjoni, l-informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament fil-format standardizzat stipulat fl-Anness II, flimkien ma’ link li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ tal-miżura ta’ għajnuna, inklużi l-emendi tiegħu, fi żmien 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tal-miżura ta’ għajnuna;
rapport annwali, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 ( 24 ), f’forma elettronika, dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jkun fih l-informazzjoni indikata fir-Regolament (KE) Nru 794/2004, għal kull sena sħiħa jew għal kull parti tas-sena li matulha japplika dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Monitoraġġ
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL KATEGORIJI DIFFERENTI TA' GĦAJNUNA
TAQSIMA 1 —
Għajnuna reġjonali
Artikolu 13
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-għajnuna reġjonali
Din it-Taqsima ma tapplikax għal:
għajnuna li tiffavorixxi attivitajiet fis-settur tal-azzar, fis-settur tal-faħam, fis-settur tal-bini tal-bastimenti u fis-settur tal-fibri sintetiċi;
għajnuna għas-settur tat-trasport kif ukoll għall-infrastruttura relatata, u għajuna għall-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u l-infrastruttura tal-enerġija ħlief għal għajnuna ta' investiment reġjonali u skemi tal-għajnuna operatorja reġjonali;
għajnuna reġjonali fil-forma ta' skemi li huma mmirati lejn għadd limitat ta' setturi speċifiċi ta' attività ekonomika; skemi mmirati lejn attivitajiet turistiċi, l-infrastrutturi broadband jew l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli mhumiex ikkunsidrati li huma mmirati lejn setturi speċifiċi tal-attività ekonomika;
l-għajnuna operatorja reġjonali li tingħata lil impriżi li l-attività ewlenija tagħhom taqa' taħt it-Taqsima K “Attivitajiet finanzjarji u ta' assigurazzjoni” tan-NACE Rev. 2 jew lil impriżi li jwettqu attivitajiet intragrupp li l-attività ewlenija tagħhom taqa' taħt il-klassijiet 70.10 “Attivitajiet tal-uffiċċji ċentrali” jew 70.22 “In-negozju u attivitajiet oħra ta' konsulenza maniġerjali” tan-NACE Rev. 2.
Artikolu 14
Għajnuna għall-investiment reġjonali
L-ispejjeż eliġibbli jkunu kif ġej:
l-ispejjeż tal-investiment f'assi tanġibbli u intanġibbli;
l-ispejjeż stmati tal-pagi li jirriżultaw mill-ħolqien tax-xogħol bħala riżultat ta' investiment inizjali, ikkalkulati fuq perjodu ta' sentejn; jew
il-kombinament ta' punti (a) u (b) li ma jaqbżux l-ammont ta' (a) jew (b), skont liema minnhom ikun l-ogħla.
L-assi akkwistati jkunu ġodda ħlief għall-SMEs u għall-akkwist ta' stabbiliment. L-ispejjeż marbuta mal-lokazzjoni ta' assi tanġibbli jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
għall-art u l-bini, il-lokazzjoni trid tkompli għal mill-inqas ħames snin wara d-data mistennija tat-tlestija tal-proġett ta' investiment għal intrapriżi kbar jew għal tliet snin fil-każ ta' SMEs;
għall-impjant jew makkinarju, il-lokazzjoni għandha tieħu l-forma ta' lokazzjoni finanzjarja u trid tinkludi obbligu għall-benefiċjarju tal-għajnunaa biex jixtri l-proprjetà mal-iskadenza tal-perjodu tal-lokazzjoni.
►M1 Fil-każ ta' akkwist tal-assi ta' stabbiliment skont it-tifsira tal-punt 49 jew il-punt 51 tal-Artikolu 2, jitqiesu biss l-ispejjeż ta' xiri tal-assi mingħand partijiet terzi mhux relatati max-xerrej. ◄ It-tranżazzjoni sseħħ skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Jekk diġà tkun ingħatat għajnuna għall-akkwiżizzjoni ta' assi qabel jinxtraw, l-ispejjeż ta' dawn l-assi jitnaqqsu mill-ispejjeż eliġibbli relatati mal-akkwist ta' stabbiliment. Meta membru tal-familja tas-sid oriġinali, jew impjegat, jieħu f'idejh intrapriża żgħira, il-kundizzjoni li l-assi jinxtraw minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej tiġi rinunzjata. L-akkwist ta' ishma ma għandux jikkostitwixxi investiment inizjali.
Assi intanġibbli huma eliġibbli għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-investiment jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
dawn iridu jintużaw b'mod esklussiv fl-istabbiliment li qed jirċievi l-għajnuna;
dawn iridu jkunu jistgħu jiġu ammortizzati;
dawn iridu jinxtraw skont il-kundizzjonijiet tas-suq minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej; kif ukoll
dawn iridu jiġu inklużi fl-assi tal-intrapriża li tkun qed tirċievi l-għajnuna u jridu jibqgħu marbutin mal-proġett li għalih ingħatat l-għajnuna għal mill-inqas ħames snin jew tliet snin fil-każ tal-SMEs.
Għal intrapriżi kbar, l-ispejjeż ta' assi intanġibbli huma eliġibbli biss sa limitu ta' 50 % tal-ispejjeż ta' investiment totali eliġibbli għall-investiment inizjali.
Meta l-ispejjeż eliġibbli jiġu kkalkulati b'referenza għall-ispejjeż stmati tal-pagi kif imsemmija fil-paragrafu 4(b), jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-proġett ta' investiment iwassal għal żieda netta fin-numru ta' impjegati fl-istabbiliment ikkonċernat, meta kkumparat mal-medja tul it-12-il xahar ta' qabel, jiġifieri jitnaqqas kull xogħol li jkun intilef min-numru apparenti ta' xogħlijiet maħluqa matul dak il-perjodu;
kull inkarigu jimtela fi żmien tliet snin mit-tlestija tax-xogħlijiet; kif ukoll
kull xogħol maħluq permezz tal-investiment jinżamm fiż-żona kkonċernata għal perjodu ta' ħames snin mid-data li fiha tkun imtliet il-kariga għall-ewwel darba jew tliet snin fil-każ ta' SMEs.
L-għajnuna reġjonali għall-iżvilupp ta' netwerk tal-broadband għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-għajnuna tingħata biss lil żoni fejn m'hemm ebda netwerk tal-istess kategorija (kemm jekk broadband bażiku jew inkella NGA), u fejn tali netwerk mhux probabbli li jiġi żviluppat fuq termini kummerċjali fi żmien tliet snin mid-deċiżjoni li tingħata l-għajnuna; kif ukoll
l-operatur tan-netwerk issussidjat għandu joffri aċċess attiv u passiv lill-operaturi b'kundizzjonijiet ġusti u mhux diskriminatorji inkluża d-diżaggregazzjoni fiżika fil-każ tan-netwerks tal-NGA; kif ukoll
l-għajnuna tiġi allokata abbażi ta' proċess kompetittiv ta' għażla.
Artikolu 15
Għajnuna operatorja reġjonali
F'żoni skarsament popolati, l-iskemi ta' għajnuna operatorja reġjonali għandhom jikkumpensaw għall-ispejjeż addizzjonali tat-trasport ta' oġġetti li jkunu ġew prodotti fl-żoni eliġibbli għal għajnuna operatorja, kif ukoll l-ispejjeż addizzjonali tat-trasport ta' oġġetti li jkunu pproċessati iktar f'dawk iż-żoni, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-għajnuna tkun kwantifikabbli oġġettivament bil-quddiem skont ammont fiss jew proporzjon għal kull tunnellata/kilometru jew xi unità oħra rilevanti;
l-ispejjeż addizzjonali tat-trasport huma kkalkulati abbażi tal-vjaġġ tal-oġġetti ġewwa l-fruntieri nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat permezz ta' mezz ta' trasport li jiswa l-inqas għall-benefiċjarju.
L-intensità tal-għajnuna ma tkunx iktar minn 100 % tal-ispejjeż ta' trasport addizzjonali stabbiliti f'dan il-paragrafu.
F'żoni ħafna skarsament popolati, l-iskemi ta' għajnuna operatorja reġjonali għandhom jipprevjenu jew inaqqsu d-depopolazzjoni skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-benefiċjarji jkollhom l-attività ekonomika tagħhom fiż-żona kkonċernata;
l-ammont annwali ta' għajnuna għal kull benefiċjarju taħt l-iskemi kollha ta' għajnuna operatorja ma tkunx iktar minn 20 % tal-ispejjeż tax-xogħol annwali mġarrba mill-benefiċjarju fiż-żona kkonċernata.
►C1 Fir-reġjuni ultraperiferiċi, skemi ta' għajnuna operatorja jikkumpensaw għall-ispejjeż operatorji addizzjonali mġarrba f'dawk ir-reġjuni bħala effett dirett ta' wieħed jew iktar mill-iżvantaġġi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat, fejn il-benefiċjarji jkollhom l-attività ekonomika tagħhom f'reġjun ultraperiferiku sakemm l-ammont ta' għajnuna annwali għal kull benefiċjarju taħt l-iskemi kollha ta' għajnuna operatorja implimentati skont dan ir-Regolament ma jkunx iktar minn wieħed mill-persentaġġi li ġejjin: ◄
35 % tal-valur miżjud gross maħluq annwalment mill-benefiċjarju fir-reġjun ultraperiferiku kkonċernat;
40 % tal-ispejjeż annwali kollha tal-lavranti mġarrba mill-benefiċjarju fir- reġjun ultraperiferiku kkonċernat;
30 % tal-fatturat nett annwali tal-benefiċjarju magħmul mill-benefiċjarju fir-reġjun l-iktar imbiegħed ikkonċernat.
Artikolu 16
Għajnuna għall-iżvilupp urban reġjonali:
Proġetti ta' żvilupp urban jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
jiġu implimentati permezz tal-fondi għall-iżvilupp urban f'żoni megħjuna;
ikunu kkofinanzjati mill-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment;
jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' “strateġija integrata ta' żvilupp urban sostenibbli”;
Il-miżuri ta' finanzjament ta' riskju jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-maniġers ta' fondi għall-iżvilupp urban jiġu magħżula permezz ta' sejħa miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja skont il-liġijiet applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali. B'mod partikolari, ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn maniġers ta' fondi għall-iżvilupp urban abbażi tal-post ta' stabbiliment jew tal-inkorporazzjoni tagħhom f'xi Stat Membru. Il-maniġers ta' fondi għall-iżvilupp urban jistgħu jiġu mitluba biex jissodisfaw kriterji predefiniti oġġettivament iġġustifikati min-natura tal-investimenti;
l-investituri privati jiġu magħżula permezz ta' sejħa miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja u skont il-liġijiet applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali, mmirata lejn it-twaqqif ta' arranġamenti xierqa ta' qsim tar-riskji u l-beneffiċċji fejn, il-qsim asimmetriku tal-profitt jingħata preferenza fuq il-protezzjoni minn ċaqliq 'l isfel, għall-investimenti aktar milli għall-garanziji. Jekk l-investituri privati ma jintgħażlux b'tali sejħa, ir-rata ta' redditu ġust għall-investituri privati tiġi stabbilita minn espert indipendenti magħżul permezz ta' sejħa miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja;
fil-każ ta' qsim asimettriku tat-telf bejn investituri pubbliċi u dawk privati, l-ewwel telf li jsir minn investitur pubbliku jiġi limitat għal 25 % tal-investiment totali;
fil-każ ta' garanziji lil investituri privati fi proġetti għall-iżvilupp urban, ir-rata ta' garanzija tkun limitata għal 80 % u t-telf totali li jagħmel Stat Membru jiġi limitat għal 25 % tal-portafoll iggarantit sottostanti;
l-investituri jitħallew jiġu rrappreżentati f'korpi ta' governanza tal-fond għall-żvilupp urban, bħall-bord ta' sorveljanza jew il-kumitat konsultattiv;
il-fond għall-iżvilupp urban jiġi stabbilit skont il-liġijiet applikabbli. L-Istat Membru jipprovdi għal proċess ta' diliġenza dovuta biex jiżgura strateġija ta' investiment kummerċjalment soda għall-finijiet ta' implimentazzjoni tal-miżura ta' għajnuna għall-iżvilupp urban.
Il-fondi ta' iżvilupp urban jiġu ġestiti abbażi kummerċjali u jiżguraw deċiżjonijiet finanzjarji xprunati mill-qligħ. Dan huwa l-każ meta l-maniġers għall-iżvilupp urban jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-maniġers ta' fondi għall-iżvilupp urban ikunu obbligati bil-liġi jew b'kuntratt biex jaġixxu bid-diliġenza ta' maniġer professjonali ta' rieda tajba u mingħajr kunflitti ta' interess; l-aħjar prattiki u s-sorveljanza regolatorja japplikaw;
ir-remunerazzjoni tal-maniġers ta' fondi għall-iżvilupp urban tikkonforma ma' prattiki tas-suq. Dan ir-rekwiżit jitqies li ntlaħaq meta jintgħażel maniġer permezz ta' sejħa kompetittiva miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, ibbażata fuq kriterji oġġettivi marbuta mal-esperjenza, il-kompetenza u l-kapaċità operatorja u finanzjarja;
il-maniġers ta' fondi għall-iżvilupp urban jirċievu remunerazzjoni marbuta mal-prestazzjoni, jew jaqsmu parti mir-riskju tal-investiment billi jikkoinvestu riżorsi tagħhom stess biex jiġi żgurat li l-interessi tagħhom huma permanentement allinjati mal-interessi tal-investituri pubbliċi;
il-maniġers ta' fondi għall-iżvilupp urban jistabbilixxu strateġija ta' investiment, kriterji u l-għażla taż-żmien li pproponew għall-investiment fi proġetti għall-iżvilupp urban, u jistabbilixxu l-vijabilità finanzjarja ex-ante u l-impatt mistenni tagħhom fuq l-iżvilupp urban;
strateġija ta' ħruġ ċara u realistika teżisti għal kull investiment ta' ekwità u kważi ekwità;
Meta fond għall-iżvilupp urban jipprovdi self jew garanziji lil proġetti ta' żvilupp urban, il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati:
f'każ ta' self, l-ammont nominali tas-self jitqies fil-kalkolu tal-ammont massimu tal-investiment għall-finijiet ta' paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;
f'każ ta' garanziji, l-ammont nominali tas-self sottostanti jitqies fil-kalkolu tal-ammont massimu tal-investiment għall-finijiet ta' paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;
TAQSIMA 2 —
Għajnuna għall-SMEs
Artikolu 17
Għajnuna għall-investiment għall-SMEs
L-ispejjeż eliġibbli jkunu wieħed jew l-ispejjeż kollha li ġejjin:
l-ispejjeż tal-investiment f'assi tanġibbli u intanġibbli;
l-ispejjeż stmati tal-pagi ta' xogħlijiet maħluqa direttament mill-proġett ta' investiment, ikkalkulati fuq perjodu ta' sentejn.
Biex jitqies bħala spiża eliġibbli għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, investiment jikkonsisti f'dawn li ġejjin:
investiment f'assi tanġibbli u/jew intanġibbli relatati mat-twaqqif ta' stabbiliment ġdid, l-estensjoni ta' stabbiliment eżistenti, id-diversifikazzjoni tal-produzzjoni ta' stabbiliment fi prodotti addizzjonali ġodda jew bidla fundamentali fil-proċess globali tal-produzzjoni ta' stabbiliment eżistenti; jew
l-akkwiżizzjoni tal-assi li jappartjenu lil stabbiliment, meta l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
Meta membru tal-familja tas-sid oriġinali, jew impjegat, jieħu f'idejh intrapriża żgħira, il-kundizzjoni li l-assi jinxtraw minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej tiġi rinunzjata. L-akkwist uniku tal-ishma ta' intrapriża ma jikkostitwixxi investiment.
L-assi intanġibbli jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
jintużaw esklussivament fl-istabbiliment li qed jirċievi l-għajnuna;
dawn iridu jiġu meqjusa bħala assi li jistgħu jiġu amortizzati;
dawn iridu jinxtraw skont il-kundizzjonijiet tas-suq minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej;
dawn iridu jiġu inklużi fl-assi tal-impriża għal mill-inqas tliet snin;
Xogħlijiet maħluqa direttament minn proġett ta' investiment jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
ix-xogħol jinħoloq fi żmien tliet snin minn meta jitlesta l-investiment;
il-proġett ta' investiment jwassal għal żieda netta fin-numru ta' impjegati fl-istabbiliment ikkonċernat, imqabbel mal-medja matul it-12-il xahar ta' qabel;
jinżamm għal perjodu minimu ta' tliet snin mid-data li fiha mtliet il-kariga għall-ewwel darba.
L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż:
l-20 % tal-ispejjeż eliġibbli fil-każ tal-intrapriżi ż-żgħar;
l-10 % tal-ispejjeż eliġibbli fil-każ ta' intrapriżi ta' daqs medju.
Artikolu 18
Għajnuna għal konsulenza favur l-SMEs
Artikolu 19
Għajnuna lill-SMEs għall-parteċipazzjoni fil-fieri
Artikolu 20
Għajnuna għall-ispejjeż ta' kooperazzjoni mġarrba mill-parteċipazzjoni ta' SMEs fi proġetti ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea
L-ispejjeż eliġibbli huma dawn li ġejjin:
spejjeż għall-kooperazzjoni organizzattiva inkluża l-ispiża tal-persunal u l-fiċċji sakemm ikunu marbutin mal-proġett ta' kooperazzjoni;
spejjeż ta' servizzi ta' konsulenza u appoġġ marbuta mal-kooperazzjoni u mwassla minn konsulenti barranin u fornituri tas-servizzi;
spejjeż tal-ivvjaġġar, spejjeż ta' tagħmir u spejjeż għall-investiment direttament relatati mal-proġett u d-deprezzament tal-għodda u t-tagħmir użat esklussivament għall-proġett.
TAQSIMA 3 —
Għajnuna biex l-SMEs jkollhom aċċess għall-finanzjament
Artikolu 21
L-għajnuna għall-finanzjament ta' riskju
Fil-livell ta' intermedjarji finanzjarji, għajnuna għall-finanzjament tar-riskju lil investituri privati indipendenti tista' tieħu l-forma ta':
ekwità jew kważi ekwità jew allokazzjoni finanzjarja biex jiġu pprovduti investimenti ta' finanzjament ta' riskju direttament jew indirettament lill-intrapriżi eliġibbli;
self sabiex jiġu pprovduti investimenti ta' finanzjament ta' riskju direttament jew indirettament lill-intrapriżi eliġibbli;
garanziji biex ikopru l-investimenti ta' finanzjament ta' riskju direttament jew indirettament għall-intrapriżi eliġibbli;
Intrapriżi eliġibbli jkunu intrapriżi li fiż-żmien tal-investiment ta' finanzjament ta' riskju inizjali huma SMEs mhux elenkati u għall-inqas jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
ma jkunu qed joperaw fl-ebda suq;
ilhom joperaw f'xi suq għal inqas minn 7 snin wara l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom;
huma jeħtieġu investiment ta' finanzjament ta' riskju inizjali li, abbażi ta' pjan tan-negozju mħejji minħabba prodott ġdid jew id-dħul f'suq ġeografiku ġdid, huwa ogħla minn 50 % tal-fatturat annwali medju tagħhom tal-5 snin preċedenti.
L-għajnuna għall-finanzjament ta' riskju tista' tkopri wkoll investimenti ta' segwitu li saru f'intrapriżi eliġibbli, inkluż wara l-perjodu ta' 7 snin imsemmi fil-paragrafu 5(b), jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
l-ammont totali ta' finanzjament ta' riskju msemmi fil-paragrafu 9 ma jinqabiżx;
il-possibbiltà ta' investimenti ta' segwitu kienet prevista fil-pjan ta' negozju oriġinali;
l-intrapriża li tirċievi l-investimenti ta' segwitu ma kellhiex x'taqsam, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I ma' intrapriża oħra għajr l-intermedjarju finanzjarju jew l-investitur privat indipendenti, li jipprovdi l-finanzjament ta' riskju taħt il-miżura, dejjem jekk l-entità l-ġdida ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tad-definizzjoni tal-SMEs.
Għall-miżuri ta' finanzjament ta' riskju li jipprovdu investimenti ta' ekwità, kważi ekwità jew self lill-intrapriżi eliġibbli, il-miżura ta' finanzjament ta' riskju tgħin biex jingrana aktar finanzjament minn investituri privati indipendenti fuq il-livell ta' intermedjarji finanzjarji jew ta' intrapriżi eliġibbli, biex tintlaħaq rata ta' parteċipazzjoni privata aggregata li tilħaq il-limiti minimi li ġejjin:
10 % tal-finanzjament ta' riskju mogħti lill-intrapriżi eliġibbli qabel jagħmlu l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom f'xi suq;
40 % tal-finanzjament ta' riskju mogħti lill-intrapriżi eliġibbli msemmija fil-paragrafu 5 (b) ta' dan l-Artikolu;
60 % tal-finanzjament ta' riskju għal investiment mogħti lill-intrapriżi eliġibbli msemmija fil-paragrafu 5(c) u għal investimenti ta' segwitu f'intrapriżi eliġibbli wara l-perjodu ta' 7 snin imsemmi fil-paragrafu 5(b).
Miżura ta' finanzjament ta' riskju tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
din tiġi implimentata permezz ta' intermedjarju finanzjarju jew aktar, ħlief għall-inċentivi fiskali għall-investituri privati fir-rigward tal-investimenti diretti tagħhom f'intrapriżi eliġibbli;
intermedjarji finanzjarji, kif ukoll investituri jew maniġers ta' fondi jiġu magħżula permezz ta' sejħa miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja li ssir skont il-liġijiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali applikabbli u mmirata biex tistabbilixxi arranġamenti adegwati tal-qsim tar-riskji u l-gwadanji, fejn għall-investimenti li mhumiex garanziji l-qsim tal-profitti assimmetriċi jingħata preferenza fuq il-protezzjoni miċ-ċaqliq 'l isfel;
fil-każ ta' qsim asimettriku tat-telf bejn investituri pubbliċi u dawk privati, l-ewwel telf li jsir minn investitur pubbliku jiġi limitat għal 25 % tal-investiment totali;
fil-każ ta' garanziji li jaqgħu taħt il-punt 2(c) ir-rata ta' garanzija għandha tkun limitata għal 80 % u t-telf totali li jassumi l-Istat Membru jiġi limitat għal massimu ta' 25 % tal-portafoll iggarantit sottostanti. Garanziji li jkopru telf mistenni tal-portafoll iggarantit sottostanti biss jistgħu jiġu pprovduti b'xejn. Jekk garanzija tkun tkopri t-telf mhux mistenni, l-intermedjarju finanzjarju jħallas għal dik il-parti tal-garanzija li tkopri t-telf mhux mistenni, primjum ta' garanzija konformi mas-suq.
Miżuri ta' finanzjament ta' riskju jiżguraw deċiżjonijiet ta' finanzjament immexxija mill-profitti. Dan jitqies li huwa l-każ meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
intermedjarji finanzjarji jiġu stabbiliti skont il-liġijiet applikabbli.
l-Istat Membru, jew l-entità fdata bl-implimentazzjoni tal-miżura, tipprovdi għal proċess ta' diliġenza dovuta biex tiżgura strateġija ta' investiment kummerċjalment soda għall-finijiet ta' implimentazzjoni tal-miżura ta' finanzjament ta' riskju, inkluża politika ta' diversifikazzjoni tar-riskju xierqa mmirata lejn il-kisba ta' vijabilità ekonomika u skala effiċjenti f'termini ta' daqs u kamp ta' applikazzjoni territorjali tal-portafoll ta' investimenti rilevanti;
l-għoti ta' finanzjament ta' riskju lill-intrapriżi eliġibbli jkun ibbażat fuq pjan ta' direzzjoni tan-negozju vijabbli, li fih dettalji tal-prodott, bejgħ u żvilupp ta' profitabbiltà, u li jistabbilixxi l-vijabilità finanzjarja ex-ante;
strateġija ta' ħruġ ċara u realistika teżisti għal kull investiment ta' ekwità u kważi ekwità.
L-intermedjarji finanzjarji jiġu ġestiti fuq bażi kummerċjali. Dan ir-rekwiżit jitqies li ġie ssodisfat meta l-intermedjarju finanzjarju u, skont it-tip ta' miżura ta' finanzjament ta' riskju, il-maniġer tal-fond, jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
huma obbligati bil-liġi jew b'kuntratt biex jaġixxu bid-diliġenza ta' maniġer professjonali ta' rieda tajba u mingħajr kunflitti ta' interess; l-aħjar prattiki u s-sorveljanza regolatorja japplikaw;
ir-rimunerazzjoni tagħhom tkun konformi mal-prattiki tas-suq; Dan ir-rekwiżit jitqies li ntlaħaq meta jintgħażel maniġer jew intermedjarju finanzjarju permezz ta' sejħa kompetittiva miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, ibbażata fuq kriterji oġġettivi marbuta mal-esperjenza, il-kompetenza u l-kapaċità operatorja u finanzjarja;
huma jirċievu remunerazzjoni marbuta mal-prestazzjoni, jew jaqsmu parti mir-riskji tal-investiment billi jikkoinvestu r-riżorsi tagħhom biex jiġi żgurat li l-interessi tagħhom huma permanentement allinjati mal-interessi tal-investitur pubbliku;
huma jistabbilixxu l-istrateġija ta' investiment, il-kriterji u l-għażla taż-żmien għall-investiment;
l-investituri jitħallew jiġu rrappreżentati f'korpi ta' governanza tal-fond għall-investiment, bħall-bord ta' sorveljanza jew il-kumitat konsultattiv.
►M1 Miżura ta' finanzjament ta' riskju li tipprovdi garanziji jew self lill-impriżi eliġibbli jew tipprovdi investiment ta' kważi ekwità bħala dejn lil intrapriżi eliġibbli, għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: ◄
bħala riżultat tal-miżura, l-intermedjarju finanzjarju jagħmel investimenti li kieku ma kinux jitwettqu, jew kienu jitwettqu b'mod ristrett jew differenti mingħajr l-għajnuna. L-intermedjarju finanzjarju jkun kapaċi juri li huwa jopera mekkaniżmu li jiżgura li l-vantaġġi kollha jiġu mgħoddija kemm jista' jkun lill-benefiċjarji finali fil-forma ta' volumi ogħla ta' finanzjament, portafolli aktar riskjużi, inqas rekwiżiti kollaterali, primjums ta' garanzija aktar baxxi jew rati ta' interess aktar baxxi;
f'każ ta' self u investimenti ta' kważi ekwità strutturati bħala dejn, huwa l-ammont nominali tal-istrument li jitqies fil-kalkolu tal-ammont massimu tal-investiment għall-iskopijiet ta' paragrafu 9;
f'każ ta' garanziji, l-ammont nominali tas-self sottostanti jitqies fil-kalkolu tal-ammont massimu tal-investiment għall-finijiet ta' paragrafu 9. Il-garanzija ma għandhiex taqbeż it-80 % tas-self sottostanti.
L-għajnuna għall-finanzjament ta' riskju lill-SMEs li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżenti mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dejjem jekk
f'livell ta' SMEs, l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1407/2013; kif ukoll
il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni ta' dawk stabbiliti f'paragrafi 5, 6, 9, 10, u 11, jiġu ssodisfati; kif ukoll
għall-miżuri ta' finanzjament ta' riskju li jipprovdu investimenti ta' ekwità, kważi ekwità jew self lill-intrapriżi eliġibbli, il-miżura tgħin biex jingrana aktar finanzjament minn investituri privati indipendenti fuq il-livell ta' intermedjarji finanzjarji jew ta' SMEs, biex tintlaħaq rata ta' parteċipazzjoni privata aggregata li tilħaq mill-inqas is-60 % tal-finanzjament ta' riskju pprovdut lill-SMEs.
Artikolu 22
Għajnuna tal-bidu ta' negozju
L-impriżi eliġibbli huma kwalunkwe intrapriża żgħira li ma tkunx elenkata sa ħames snin wara r-reġistrazzjoni tagħha, li tissodisfa il-kundizzjonijiet li ġejjin:
ma tkunx wirtet l-attività ta' intrapriża oħra;
ma tkunx għadha iddistribwiet il-profitti;
ma tkunx ġiet iffurmata permezz ta' fużjoni.
Għal impriżi eliġibbli li mhumiex soġġetti għal reġistrazzjoni, il-perjodu ta' eliġibbiltà ta' ħames snin jista' jitqies li jibda mill-mument meta l-intrapriża tibda l-attività ekonomika tagħha jew tkun soġġetta għat-taxxa minħabba l-attività ekonomika tagħha.
B'deroga mill-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-intrapriżi ffurmati permezz ta' fużjoni bejn impriżi eliġibbli għall-għajnuna skont dan l-Artikolu għandhom ukoll jitqiesu bħala impriżi eliġibbli sa ħames snin mid-data tar-reġistrazzjoni tal-eqdem intrapriża li tipparteċipa fil-fużjoni.
L-għajnuna tal-bidu ta' negozju tieħu l-forma ta':
self b'rati ta' imgħax li mhumiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, b'tul ta' 10 snin u sa ammont nominali massimu ta' EUR 1 miljun, jew EUR 1,5 miljun għal intrapriżi stabbiliti f'żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, jew EUR 2 miljun għal intrapriżi stabbiliti f'żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat. Għal self b'tul ta' bejn 5 u 10 snin l-ammonti massimi jistgħu jiġu aġġustati billi jiġu mmultiplikati l-ammonti ta' hawn fuq bil-proporzjon ta' bejn l-10 snin u t-tul effettiv tas-self. Għal self b'tul ta' inqas minn 5 snin, l-ammont massimu jkun l-istess bħal ma huwa għal self b'tul ta' 5 snin;
garanziji bi primjums li mhumiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, b'tul ta' 10 snin u sa ammont massimu garantit ta' EUR 1,5 miljun, jew EUR 2,25 miljun għal intrapriżi stabbiliti f'żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, jew EUR 3 miljun għal intrapriżi stabbiliti f'żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat. Għal garanziji b'tul ta' bejn 5 u 10 snin l-ammont massimu ta' ammonti garantiti jista' jiġi aġġustat billi jiġu mmultiplikati l-ammonti ta' hawn fuq bil-proporzjon ta' bejn l-10 snin u t-tul effettiv tas-garanzija. Għal garanziji b'tul ta' inqas minn 5 snin, l-ammont massimu ggarantit ikun l-istess bħal ma huwa għal garanziji b'tul ta' 5 snin. Il-garanzija ma għandhiex tkun aktar minn 80 % tas-self sottostanti.
l-għotjiet, inkluż it-tnaqqis fl-investiment ta' ekwità jew kważi ekwità, fir-rata ta' interessi u fil-primjum ta' garanzija sa mhux aktar minn EUR 0,4 miljun ta' ekwivalenti tal-għotja gross jew EUR 0,6 miljun għal intrapriżi stabbiliti f'żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, jew EUR 0,8 miljun għal intrapriżi stabbiliti f'żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat.
Artikolu 23
Għajnuna lill-pjattaformi tal-kummerċ alternattivi speċjalizzati fl-SMEs
Il-miżura ta' għajnuna tista' tieħu l-forma ta' inċentivi fiskali għal investituri privati indipendenti li huma persuni fiżiċi fir-rigward tal-investimenti għall-finanzjament ta' riskju tagħhom magħmula permezz ta' pjattaforma tal-kummerċ alternattiva f'intrapriżi eliġibbli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21.
Artikolu 24
Għajnuna għall-ispejjeż tat-tfittix
TAQSIMA 4 —
Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni
Artikolu 25
Għajnuna għal proġetti ta' riċerka u ta' żvilupp
Il-parti megħjuna tal-proġetti ta' riċerka u ta' żvilupp taqa' kollha taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:
riċerka fundamentali;
riċerka industrijali;
l-iżvilupp sperimentali;
l-istudji ta' vijabilità.
L-ispejjeż eliġibbli ta' proġetti ta' riċerka u ta' żvilupp jiġu allokati lil kategorija ta' riċerka u ta' żvilupp speċifika u jkunu dawn li ġejjin:
l-ispejjeż għall-persunal: riċerkaturi, tekniċi u persunal ieħor ta' appoġġ sal-punt impjegati għall-proġett;
spejjeż tal-istrumenti u t-tagħmir sal-punt u għall-perjodu użati fil-proġett. Jekk dawn l-istrumenti u t-tagħmir ma jintużawx tul ħajjithom kollha fil-proġett, jitqiesu eliġibbli biss l-ispejjeż ta' deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-proġett, kif kalkolati abbażi ta' prassi tajba tal-kontabbiltà.
Spejjeż għal bini u art, sal-punt u għat-tul taż-żmien użati mill-proġett. Fir-rigward tal-bini, jitqiesu eliġibbli biss l-ispejjeż ta' deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-proġett, kif kalkulati abbażi ta' prassi tajba tal-kontabbiltà. Għall-artijiet, huma eliġibbli l-ispejjeż tat-trasferiment kummerċjali jew l-ispejjeż tal-kapital realment imġarrba.
l-ispejjeż tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien tekniku u l-privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi barranin b'kundizzjonijiet distakkati, kif ukoll l-ispejjeż tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklussivament għall-proġett;
l-ispejjeż ġenerali addizzjonali u l-ispejjeż operattivi oħrajn, li jinkludu l-ispejjeż ta' materjali, fornimenti u prodotti simili, magħmula direttament bħala riżultat tal-proġett;
L-intensità tal-għajnuna għal kull benefiċjarju ma taqbiżx:
il-100 % tal-ispejjeż eliġibbli għal riċerka fundamentali;
il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli għal riċerka industrijali;
il-25 % tal-ispejjeż eliġibbli għal żvilupp sperimentali;
il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli għal studji ta' vijabilità.
L-intensitajiet tal-għajnuna għar-riċerka industrijali u l-iżvilupp sperimentali jistgħu jiżdiedu sa intensità ta' għajnuna massima ta' 80 % tal-ispejjeż eliġibbli kif ġej:
b'10 punti perċentwali għal intrapriżi ta' daqs medju u b'20 punt perċentwali għal intrapriżi żgħar;
bi 15-il punt perċentwali jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-proġett jinvolvi kollaborazzjoni effettiva:
ir-riżultati tal-proġett jixxerrdu sew permezz ta' konferenzi, pubblikazzjoni, repożitorji b'aċċess miftuħ, jew permezz ta' softwer b'xejn jew ta' sors miftuħ;
Artikolu 26
L-għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi ta' riċerka
Artikolu 27
Għajnuna għar-ragruppamenti ta' innovazzjoni
L-ispejjeż eliġibbli ta' għajnuna operatorja għal ragruppamenti ta' innovazzjoni huma l-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal (inklużi spejjeż ġenerali) li għandhom x'jaqsmu ma':
l-animazzjoni tar-ragruppament biex jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni, il-qsim tal-informazzjoni u d-dispożizzjoni jew id-direzzjoni ta' servizzi ta' appoġġ speċjalizzati u personalizzati għan-negozju;
ir-riklamar tar-ragruppament biex tiżdied il-parteċipazzjoni ta' intrapriżi ġodda jew organizzazzjonijiet u biex tiżdied il-viżibilità;
il-ġestjoni tal-faċilitajiet tar-ragruppament; l-organizzazzjoni ta' programmi ta' taħriġ, sessjonijiet ta' ħidma u konferenzi biex jiġu appoġġati l-qsim tal-għarfien u n-networking u l-kooperazzjoni transnazzjonali.
Artikolu 28
L-għajnuna għall-innovazzjoni lill-SMEs
L-ispejjeż eliġibbli huma dawn li ġejjin:
l-ispejjeż għall-kisba, għall-validazzjoni u għad-difiża ta' privattivi u assi intanġibbli oħrajn;
l-ispejjeż għall-issekondar ta' persunal bi kwalifiki għolja minn organizzazzjoni ta' riċerka u ta' tixrid tal-għarfien jew intrapriża kbira, li jaħdmu fuq l-attivitajiet ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni f'funzjoni li għadha kif tkun ġiet maħluqa fi ħdan il-benefiċjarju u li ma jiħdux post persunal ieħor;
l-ispejjeż għal servizzi ta' konsulenza dwar l-innovazzjoni u servizzi ta' appoġġ;
Artikolu 29
L-għajnuna għall-innovazzjoni fil-proċess u fl-organizzazzjoni
L-ispejjeż eliġibbli jkunu dawn li ġejjin:
spejjeż tal-persunal;
l-ispejjeż tal-istrumenti, it-tagħmir, il-bini u l-art sal-punt li huma użati għall-proġett u għall-perjodu meta huma użati għall-proġett;
l-ispejjeż tar-riċerka kuntrattwali, għarfien u privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi esterni b'kundizzjonijiet distakkati;
l-ispejjeż ġenerali addizzjonali u operattivi oħrajn, li jinkludu l-ispejjeż ta' materjali, fornimenti u prodotti simili, magħmula direttament bħala riżultat tal-proġett.
Artikolu 30
Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura
Qabel id-data tal-bidu tal-proġett megħjun l-informazzjoni li ġejja tiġi ppubblikata fuq l-Internet:
li l-proġett megħjun se jitwettaq;
l-għanijiet tal-proġett megħjun;
id-data għall-pubblikazzjoni tar-riżultati mistennija mill-proġett megħjun u l-post tal-pubblikazzjoni tagħha fuq l-Internet;
referenza li r-riżultati tal-proġett megħjun huma disponibbli għall-intrapriżi kollha attivi fis-settur agrikolu partikolari jew is-subsettur ikkonċernat mingħajr ebda spiża.
TAQSIMA 5 —
Għajnuna għat-taħriġ
Artikolu 31
Għajnuniet għat-taħriġ
L-ispejjeż eliġibbli huma dawn li ġejjin:
l-ispejjeż tal-persunal għal min iħarreġ, għas-sigħat li fihom min iħarreġ qed jipparteċipa fit-taħriġ;
l-ispejjeż operatorji tal-ħarrieġ u tal-apprendisti relatati direttament mal-proġett ta' taħriġ bħall- ispejjeż tal-ivvjaġġar, materjal u fornituri relatati direttament mal-proġett, id-deprezzament ta' għodda u ta' tagħmir, sakemm jintużaw esklussivament għall-proġett ta' taħriġ;
l-ispejjeż ta' servizzi ta' konsulenza marbutin mal-proġett ta' taħriġ;
l-ispejjeż tal-persunal tal-apprendisti u l-ispejjeż ġenerali indiretti (spejjeż amministrattivi, kera, spejjeż ġenerali) għas-sigħat li matulhom l-apprendisti jipparteċipaw fit-taħriġ.
L-intensità tal-għajnuna ma taqbiżx il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli. Din tista' tiżdied, sa intensità ta' għajnuna massima ta' 70 % tal-ispejjeż eliġibbli, kif ġej:
b'10 punti perċentwali jekk it-taħriġ jingħata lil ħaddiema b'diżabilità jew ħaddiema żvantaġġati;
b'10 punti perċentwali jekk l-għajnuna tingħata lil intrapriżi ta' daqs medju u b'20 punt perċentwali jekk l-għajnuna tingħata lil intrapriżi żgħar;
Meta l-għajnuna tingħata fis-settur tat-trasport marittimu, l-intensità ta' għajnuna tista' tiġi miżjuda għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli dejjem jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-apprendisti mhumiex membri attivi tal-ekwipaġġ iżda huma supernumerarji abbord; kif ukoll
it-taħriġ isir abbord vapuri li jidhru fir-reġistri tal-Unjoni.
TAQSIMA 6 —
Għajnuna għall-ħaddiema żvantaġġati u għall-ħaddiema b'diżabilità
Artikolu 32
Għajnuna għar-reklutaġġ ta' ħaddiema żvantaġġati fil-forma ta' sussidji ta' pagi
Artikolu 33
Għajnuna għall-impjieg ta' ħaddiema b'diżabilità fil-forma ta' sussidji tal-pagi
Artikolu 34
Għajnuna għall-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali għall-impjieg ta' ħaddiema b'diżabilità
L-ispejjeż eliġibbli jkunu dawn li ġejjin:
l-ispejjeż għall-adattament tal-bini;
l-ispejjeż biex jiġi impjegat persunal li jqatta' ħinu jassisti l-ħaddiema b'diżabilità, u t-taħriġ ta' dan il-persunal li jassisti l-ħaddiema b'diżabilità;
l-ispejjeż biex jiġi adattat jew jinxtara tagħmir, jew jinxtara u jiġi vvalidat softwer għall-użu tal-ħaddiema b'diżabilità, li jinkludu faċilitajiet teknoloġiċi adattati jew ta' assistenza, li jkunu oltre dawk li l-benefiċjarju kien ikollu jġarrab kieku kien impjega ħaddiema li ma għandhomx diżabilità;
l-ispejjeż direttament marbuta mat-trasport ta' ħaddiema b'diżabbiltà għall-post tax-xogħol, u għal attivitajiet relatati max-xogħol;
l-ispiża ta' paga għas-sigħat li ħaddiem b'diżabilità juża għar-riabilitazzjoni;
meta l-benefiċjarju jipprovdi impjieg protett, l-ispejjeż tal-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew l-immodernizzar tal-unitajiet ta' produzzjoni tal-intrapriża kkonċernata, u kull spiża ta' amministrazzjoni u ta' trasport li jirriżultaw direttament mill-impjieg tal-ħaddiema b'diżabilità.
Artikolu 35
Għajnuna għall-kumpens tal-ispejjeż tal-assistenza pprovduta lil ħaddiema żvantaġġati
L-ispejjeż eliġibbli jkunu l-ispejjeż ta':
l-impjieg ta' persunal unikament għall-ħin użat biex tingħata assistenza lil ħaddiema żvantaġġati tul perjodu massimu ta' 12-il xahar wara r-reklutaġġ ta' ħaddiem żvantaġġat jew tul perjodu massimu ta' 24 xahar wara r-reklutaġġ ta' ħaddiem żvantaġġat serjament;
taħriġ għal tali persunal biex jassisti lill-ħaddiema żvantaġġati.
TAQSIMA 7 —
Għajnuna għall-protezzjoni ambjentali
Artikolu 36
Għajnuna għall-investiment li tippermetti lill-intrapriżi jmorru lil hinn mill-istandards tal-Unjoni għall-protezzjoni ambjentali jew jgħollu l-livell tal-protezzjoni ambjentali fin-nuqqas ta' standards tal-UE
L-investiment jissodisfa waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:
jgħin lill-benefiċjarju biex jgħolli l-livell ta' protezzjoni ambjentali li jirriżulta mill-attivitajiet tiegħu billi jmur lil hinn mill-istandards applikabbli tal-Unjoni, irrispettivament mill-preżenza ta' standards nazzjonali obbligatorji li jkunu aktar stretti mill-istandards tal-Unjoni;
jgħin lill-benefiċjarju biex jgħolli l-livell tal-protezzjoni ambjentali li jirriżulta mill-attivitajiet tiegħu fin-nuqqas ta' standards tal-Unjoni.
B'deroga mill-paragrafu 3, l-għajnuna tista' tingħata għal
xiri ta' vetturi ġodda tat-trasport għat-triq, għal-linji tal-ferrovija, għall-passaġġ fuq l-ilma intern u għat-trasport marittimu konformi ma' standards tal-UE, diment li tali akkwist iseħħ qabel ma dawn l-istandards jidħlu fis-seħħ u li, ladarba jkunu obbligatorji, ma jkunux japplikaw għal vetturi li nxtraw qabel din id-data.
operazzjonijiet ta' adattament tal-vetturi eżistenti tat-trasport għat-triq, għal-linji tal-ferrovija, il-passaġġ fuq l-ilma intern u għat-trasport marittimu, diment li l-istandards tal-Unjoni ma kinux għadhom fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dawn il-vetturi u li, ladarba jkunu obbligatorji, ma japplikawx b'mod retroattiv għal dawn il-vetturi.
L-ispejjeż eliġibbli jkunu l-ispejjeż żejda tal-investiment neċessarji biex imorru lil hinn mill-istandards applikabbli tal-Unjoni, jew biex iżidu l-livell tal-protezzjoni ambjentali fin-nuqqas ta' standards tal-Unjoni. Huma jiġu ddeterminati kif ġej:
meta l-ispejjeż għall-investiment fil-protezzjoni ambjentali jkunu jistgħu jiġu identifikati faċilment fl-ispiża totali għall-investiment bħala investiment separat, din l-ispiża relatata mal-protezzjoni ambjentali tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli;
fil-każijiet l-oħra kollha, l-ispejjeż tal-investiment għall-ħarsien ambjentali huma identifikati b'referenza għal livell simili ta' investiment li mhux daqshekk ekoloġiku, li b'mod kredibbli kien kieku jitwettaq mingħajr l-għajnuna. Id-differenza bejn l-ispejjeż taż-żewġ investimenti tidentifika l-ispejjeż relatati mal-protezzjoni ambjentali u tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli.
L-ispejjeż li mhumiex marbuta direttament mal-kisba tal-livell ogħla ta' ħarsien ambjentali ma jkunux eliġibbli.
Artikolu 37
Għajnuna għall-adattament bikri għal standards tal-Unjoni futuri
L-ispejjeż eliġibbli jkunu l-ispejjeż żejda għall-investiment neċessarji biex imorru lil hinn mill-istandards applikabbli tal-Unjoni. Huma jiġu ddeterminati kif ġej:
meta l-ispejjeż għall-investiment fil-protezzjoni ambjentali jkunu jistgħu jiġu identifikati faċilment fl-ispiża totali għall-investiment bħala investiment separat, din l-ispiża relatata mal-protezzjoni ambjentali tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli;
fil-każijiet l-oħra kollha, l-ispejjeż tal-investiment għall-ħarsien ambjentali huma identifikati b'referenza għal livell simili ta' investiment li mhux daqshekk ekoloġiku, li b'mod kredibbli kien kieku jitwettaq mingħajr l-għajnuna. Id-differenza bejn l-ispejjeż taż-żewġ investimenti tidentifika l-ispejjeż relatati mal-protezzjoni ambjentali u tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli.
L-ispejjeż li mhumiex marbuta direttament mal-kisba tal-livell ogħla ta' ħarsien ambjentali ma jkunux eliġibbli.
L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż li ġej:
l-20 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-intrapriżi żgħar, il-15 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-intrapriżi ta' daqs medju u l-10 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-intrapriżi kbar jekk l-implimentazzjoni u l-finalizzazzjoni tal-investiment iseħħu aktar minn tliet snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandard il-ġdid tal-Unjoni;
il-15 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-intrapriżi żgħar, l-10 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-intrapriżi ta' daqs medju u l-5 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-intrapriżi kbar jekk l-implimentazzjoni u l-finalizzazzjoni tal-investiment iseħħu aktar minn tliet snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandard il-ġdid tal-Unjoni;
Artikolu 38
Għajnuna għall-investiment għal miżuri ta' effiċjenza enerġetika
L-ispejjeż eliġibbli jkunu l-ispejjeż għall-investiment żejda meħtieġa biex jinkiseb livell ogħla fl-effiċjenza enerġetika. Għandhom jiġu ddeterminati kif ġej:
meta l-ispejjeż għall-investiment fl-effiċjenza enerġetika jkunu jistgħu jiġu identifikati fl-ispiża totali għall-investiment bħala investiment separat, din l-ispiża relatata mal-effiċjenza enerġetika tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli;
fil-każijiet l-oħra kollha, l-ispejjeż tal-investiment għall-effiċjenza enerġetika huma identifikati b'referenza għal livell simili ta' investiment b'inqas effiċjenza enerġetika li b'mod kredibbli kien kieku jitwettaq mingħajr l-għajnuna. Id-differenza bejn l-ispejjeż taż-żewġ investimenti tidentifika l-ispejjeż relatati mal-effiċjenza enerġetika u tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli.
L-ispejjeż li mhumiex marbuta direttament mal-kisba ta' livell ogħla ta' effiċjenza enerġetika mhumiex eliġibbli.
Artikolu 39
Għajnuna għall-investiment għal proġetti ta' effiċjenza enerġetika fil-bini
L-Istati Membri jistgħu jwaqqfu fondi għall-effiċjenza enerġetika u/jew jistgħu jużaw intermedjarji finanzjarji meta jipprovdu għajnuna għall-effiċjenza enerġetika. Il-kundizzjonijiet li ġejjin imbagħad iridu jiġu ssodisfati:
Il-Maniġers intermedjarji finanzjarji, kif ukoll il-maniġers ta' fondi għall-effiċjenza enerġetika jiġu magħżula permezz ta' sejħa miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja skont il-liġijiet applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali. B'mod partikolari, ma jkunx hemm diskriminazzjoni abbażi tal-post ta' stabbiliment jew tal-inkorporazzjoni tagħhom f'xi Stat Membru. L-intermedjarji finanzjarji u l-maniġers ta' fondi għall-effiċjenza enerġetika jistgħu jiġu mitluba biex jissodisfaw kriterji predefiniti oġġettivament iġġustifikati minn-natura tal-investimenti;
L-investituri privati jiġu magħżula permezz ta' sejħa miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja u skont il-liġijiet applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali, mmirata lejn it-twaqqif ta' arranġamenti xierqa ta' qsim tar-riskji u l-beneffiċċji fejn, għal investimenti li mhumiex garanziji, l-qsim asimmetriku tal-profitt jingħata preferenza fuq il-protezzjoni minn ċaqliq 'l isfel, għall-investimenti aktar milli għall-garanziji. Jekk l-investituri privati ma jintgħażlux b'tali sejħa, ir-rata ta' redditu ġust għall-investituri privati tiġi stabbilita minn espert indipendenti magħżul permezz ta' sejħa miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja;
Fil-każ ta' qsim asimettriku tat-telf bejn investituri pubbliċi u dawk privati, l-ewwel telf li jsir minn investitur pubbliku jiġi limitat għal 25 % tal-investiment totali;
Fil-każ ta' garanziji, ir-rata ta' garanzija tkun limitata għal 80 % u t-telf totali li jassumi l-Istat Membru jiġi limitat għal 25 % tal-portafoll iggarantit sottostanti. Garanziji li jkopru t-telf mistenni tal-portafoll iggarantit sottostanti biss jistgħu jiġu pprovduti b'xejn. Jekk garanzija tkun tkopri t-telf mhux mistenni, l-intermedjarju finanzjarju jħallas għal dik il-parti tal-garanzija li tkopri t-telf mhux mistenni, primjum ta' garanzija konformi mas-suq;
L-investituri jitħallew jiġu rrappreżentati f'korpi ta' governanza tal-fond għall-effiċjenza enerġetika jew intermedjarju finanzjarju, bħall-bord ta' sorveljanza jew il-kumitat konsultattiv;
Il-fond għall-effiċjenza enerġetika jew l-intermedjarju finanzjarju jiġu stabbiliti skont il-liġijiet applikabbli u l-Istat Membru jipprovdi għal proċess ta' diliġenza dovuta biex jiżgura strateġija ta' investiment kummerċjalment soda għall-finijiet ta' implimentazzjoni tal-miżura ta' għajnuna għall-effiċjenza enerġetika;
L-intermedjarji finanzjarji, inklużi fondi għall-effiċjenza enerġetika jiġu ġestiti fuq bażi kummerċjali u jiżguraw deċiżjonijiet finanzjarji xprunati mill-qligħ. Dan huwa l-każ meta l-intermedjarju finanzjarju u, kif jista' jkun il-każ, il-maniġers tal-fond tal-effiċjenza enerġetika jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
huma obbligati bil-liġi jew b'kuntratt biex jaġixxu bid-diliġenza ta' maniġer professjonali ta' rieda tajba u mingħajr kunflitti ta' interess; l-aħjar prattiki u s-sorveljanza regolatorja japplikaw;
ir-rimunerazzjoni tagħhom tikkonforma mal-prattiki tas-suq. Dan ir-rekwiżit jitqies li ntlaħaq meta jintgħażel maniġer permezz ta' sejħa kompetittiva miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, ibbażata fuq kriterji oġġettivi marbuta mal-esperjenza, il-kompetenza u l-kapaċità operatorja u finanzjarja;
huma jirċievu remunerazzjoni marbuta mal-prestazzjoni, jew jaqsmu parti mir-riskji tal-investiment billi jikkoinvestu r-riżorsi tagħhom biex jiġi żgurat li l-interessi tagħhom huma permanentement allinjati mal-interessi tal-investitur pubbliku;
huma jistabbilixxu strateġija ta' investiment, kriterji u l-għażla taż-żmien li pproponew għall-investiment fi proġetti għall-effiċjenza enerġetika, u jistabbilixxu l-vijabilità finanzjarja ex-ante u l-impatt mistenni tagħhom fuq l-effiċjenza enerġetika.
strateġija ta' ħruġ ċara u realistika teżisti għall-fondi pubbliċi investiti fil-fond tal-effiċjenza enerġetika jew mogħtija lill-intermedjarju finanzjarju, li tippermetti lis-suq biex jiffinanzja proġetti għall-effiċjenza enerġetika meta s-suq ikun lest li jagħmel dan.
Artikolu 40
Għajnuna għall-investiment għall-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja
Artikolu 41
L-għajnuna għall-investiment għall-promozzjoni ta' enerġija minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli
L-ispejjeż eliġibbli jkunu l-ispejjeż żejda għall-investiment meħtieġa biex tkun promossal-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Għandhom jiġu ddeterminati kif ġej:
meta l-ispejjeż għall-investiment fil-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli jkunu jistgħu jiġu identifikati fl-ispiża totali għall-investiment bħala investiment separat, bħal pereżempju “komponent miżjud” li huwa faċilment identifikabbli ma' faċilità pre eżistenti, l-ispejjeż relatati mal-enerġija rinnovabbli jikkostitwixxu l-ispejjeż eliġibbli;
meta l-ispejjeż għall-investiment fil-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli jistgħu jkunu identifikati permezz ta' referenza għal investiment simili u mhux daqshekk ekoloġiku li b'mod kredibbli kien kieku jitwettaq mingħajr l-għajnuna, din id-differenza bejn l-ispejjeż taż-żewġ investimenti tidentifika l-ispejjeż relatati mal-enerġija rinnovabbli u tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbi;
għal ċerti istallazzjonijiet żgħar fejn investiment mhux daqshekk ekoloġiku ma jistax jiġi stabbilit hekk kif impjanti ta' daqs limitat ma jeżistux, l-ispejjeż totali tal-investiment għall-ksib ta' livell ogħla ta' protezzjoni ambjentali jikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli.
L-ispejjeż li mhumiex marbuta direttament mal-kisba tal-livell ogħla ta' ħarsien ambjentali ma jkunux eliġibbli.
L-intensità tal-għajnuna ma taqbiżx:
il-45 % tal-ispejjeż eliġibbli jekk l-ispejjeż eliġibbli huma kkalkulati abbażi tal-punt (6)(a) jew il-punt (6)(b);
it-30 % tal-ispejjeż eliġibbli jekk l-ispejjeż eliġibbli huma kkalkulati abbażi tal-punt punt (6)(c).
Artikolu 42
L-għajnuna operatorja għall-promozzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli
Il-proċess tal-offerti jista' jkun limitat għal teknoloġiji speċifiċi fejn proċess miftuħ għall-ġeneraturi kollha jwassal għal riżultat subottimali li ma jistax jiġi indirizzat fil-proċess tad-disinn minħabba b'mod partikolari:
il-potenzjal f'terminu itwal ta' żmien ta' teknoloġija partikolari ġdida u innovattiva; jew
il-ħtieġa li tinkiseb diversifikazzjoni; jew
limitazzjonijiet tan-netwerk u l-istabilità tal-grilja; jew
l-ispejjeż tas-sistema (integrazzjoni); jew
il-ħtieġa li jkunu evitati d-distorsjonijiet tas-swieq tal-materja prima mill-appoġġ għall-bijomassa
L-Istati Membri jwettqu valutazzjoni ddettaljata dwar l-applikabbiltà ta' dawn il-kondizzjonijiet u jirrappurtawha lill-Kummissjoni skont il-modalitajiet deskritti fl- Artikolu 11 (a).
Artikolu 43
L-għajnuna operatorja għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli f'istallazzjonijiet ta' skala żgħira
Artikolu 44
Għajnuna fil-forma ta' tnaqqis fit-taxxi ambjentali skont id-Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 45
Għajnuna għall-investiment għar-rimedjar ta' siti kkontaminati
Artikolu 46
Għajnuna għall-investiment għall-effiċjenza enerġetika fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali
Artikolu 47
Għajnuna għall-investiment għar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-iskart
Artikolu 48
Għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tal-enerġija
Artikolu 49
Għajnuna għall-istudji ambjentali
TAQSIMA 8 —
Għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsarat ikkawżati minn ċerti diżastri naturali
Artikolu 50
L-iskemi ta' għajnuna biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn ċerti diżastri naturali
L-għajnuna tingħata skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
meta l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti ta' Stat Membru jkunu rrikonoxxew formalment il-karattru tal-avveniment bħala diżastru naturali; kif ukoll
l-eżistenza ta' rabta kawżali diretta bejn id-diżastru naturali u d-danni sofferti mill-intrapriża affettwata.
TAQSIMA 9 —
Għajnuna soċjali għat-trasport għal residenti f'reġjuni mbiegħda
Artikolu 51
L-għajnuna soċjali għat-trasport għal residenti f'reġjuni mbiegħda
TAQSIMA 10 —
Għajnuna għall-infrastrutturi tal-broadband
Artikolu 52
L-għajnuna għall-infrastrutturi tal-broadband
L-ispejjeż eliġibbli huma dawn li ġejjin:
l-ispejjeż tal-investiment għall-iskjerament ta' infrastruttura tal-broadband passiv;
l-ispejjeż tal-investiment f'xogħlijiet ta' inġinerija ċivili relatati mal-broadband;
l-ispejjeż tal-investiment għall-iskjerament ta' netwerks bażiċi tal-broadband; kif ukoll
l-ispejjeż tal-investiment għall-iskjerament ta' netwerks li għandhom aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (“NGA”).
TAQSIMA 11 —
Għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju
Artikolu 53
L-għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju
L-għajnuna tingħata għall-finijiet u l-attivitajiet kulturali li ġejjin:
mużewijiet, arkivji, libreriji, ċentri jew spażji artistiċi u kulturali, teatri, ċinemas, teatri tal-opra, swali tal-kunċerti, organizzazzjonijiet oħra ta' spettaklu, istituzzjonijiet tal-patrimonju tal-films u infrastrutturi artistiċi u kulturali, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet oħrajn simili;
patrimonju tanġibbli inklużi b'mod partikolari l-forom kollha tal-patrimonju kulturali mobbli jew immobbli u siti arkeoloġiċi, monumenti, siti u bini storiku; il-patrimonju naturali marbut mal-patrimonju kulturali jew, jekk rikonoxxut formalment bħala patrimonju kulturali jew naturali mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti ta' Stat Membru;
il-patrimonju intanġibbli fil-forom kollha tiegħu, inklużi d-drawwiet folkloristiċi u l-artiġjanat;
l-arti u avvenimenti kulturali u spettakli, festivals, wirjiet u attivitajiet kulturali oħra simili;
attivitajiet kulturali u artistiċi edukattivi kif ukoll il-promozzjoni tal-għarfien tal-importanza tal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali permezz ta' programmi edukattivi u ta' għarfien pubbliku akbar, inkluż bl-użu ta' teknoloġiji ġodda;
il-kitba, l-editjar, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' mużika u letteratura, inklużi traduzzjonijiet.
L-għajnuna tista' tieħu l-forma ta':
għajnuna għall-investiment, inkluża l-għajnuna għall-kostruzzjoni jew it-titjib tal-infrastruttura tal-kultura;
l-għajnuna operatorja.
Għall-għajnuna għall-investiment, l-ispejjeż eliġibbli jkunu l-ispejjeż tal-investiment f'assi intanġibbli u tanġibbli, inklużi:
l-ispejjeż għall-kostruzzjoni, l-aġġornament, l-akkwist, il-konservazzjoni jew it-titjib tal-infrastruttura, jekk mill-inqas 80 % tal-ħin jew tal-kapaċità tal-ispazju, ikun qed jintuża fis-sena għal finijiet kulturali;
l-ispejjeż għall-akkwist, inkluż il-kiri, it-trasferiment ta' pussess jew rilokazzjoni fiżika tal-patrimonju kulturali;
l-ispejjeż għall-ħarsien, il-preservazzjoni, ir-restawr u r-riabilitazzjoni ta' wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli, inklużi l-ispejjeż żejda għall-ħażna f'kundizzjonijiet xierqa, l-għodod speċjali, il-materjal u l-ispejjeż għad-dokumentazzjoni, ir-riċerka, id-diġitalizzazzjoni u l-pubblikazzjoni;
l-ispejjeż biex titjieb l-aċċessibbiltà tal-wirt kulturali għall-pubbliku, inklużi l-ispejjeż għad-diġitalizzazzjoni u teknoloġiji ġodda oħra, l-ispejjeż biex titjieb l-aċċessibiltà għal persuni bi bżonnijiet speċjali (b'mod partikolari, ir-rampi u l-liftijiet għal persuni b'diżabbiltà, tagħrif bil-braille u espożizzjonijiet interattivi f'mużewijiet) u għall-promozzjoni tad-diversità kulturali f'dak li għandu x'jaqsam ma' preżentazzjonijiet, programmi u viżitaturi;
l-ispejjeż għal proġetti u attivitajiet kulturali, il-kooperazzjoni u l-programmi ta' skambju u għotjiet inklużi l-ispejjeż għal proċeduri tal-għażla, l-ispejjeż għall-promozzjoni u l-ispejjeż magħmula direttament bħala riżultat tal-proġett.
Għall-għajnuna operatorja, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:
l-ispejjeż tal-istituzzjoni kulturali jew tas-sit ta' patrimonju marbuta ma' attivitajiet kontinwi jew perjodiċi inklużi wirjiet, spettakli u avvenimenti u attivitajiet kulturali simili li jseħħu matul il-kors normali tan-negozju;
l-ispejjeż ta' attivitajiet kulturali u artistiċi edukattivi kif ukoll il-promozzjoni tal-għarfien tal-importanza tal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali permezz ta' programmi edukattivi u ta' għarfien pubbliku akbar, inkluż bl-użu ta' teknoloġiji ġodda;
l-ispejjeż għat-titjib tal-aċċess pubbliku għall-istituzzjoni kulturali jew siti u attivitajiet ta' patrimonju inklużi l-ispejjeż tad-diġitizzazzjoni u tal-użu ta' tekonoloġiji ġodda kif ukoll spejjeż għat-titjib tal-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità;
l-ispejjeż operatorji li għandhom x'jaqsmu direttament ma' proġett jew attività kulturali, bħall-kiri u l-kiri fit-tul ta' proprjeta' immobbli jew postijiet kulturali, l-spejjeż tal-ivvjaġġar, il-materjal u l-fornimenti direttament relatati ma' proġett jew attività kulturali, strutturi arkitettoniċi għal wirjiet u għall-palk, self, kiri, kiri fit-tul u d-deprezzament tal-għodda, is-softwer u t-tagħmir, spejjeż oħra relatati mal-aċċess għal kontenut protett mid-drittijiet tal-awtur u mid-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, spejjeż għall-promozzjoni u l-ispejjeż imġarrba direttament bħala riżultat tal-proġett jew attività; l-ispejjeż ta' deprezzament u l-ispejjeż tal-finanzjament huma eliġibbli biss jekk ma jkunux ġew koperti mill-għajuna għall-investiment;
l-ispejjeż għal persunal li jaħdem fl-istituzzjoni kulturali jew is-sit ta' wirt kulturali jew għal xi proġett;
l-ispejjeż għal servizzi ta' konsulenza u appoġġ ipprovduti minn konsulenti esterni u fornituri tas-servizz, imġarrba direttament bħala riżultat tal-proġett.
Artikolu 54
Skemi ta' għajnuna għal xogħlijiet awdjoviżivi
L-għajnuna tista' tieħu l-forma ta':
għajnuna għall-produzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi;
għajnuna għall-preproduzzjoni; kif ukoll
għajnuna għad-distribuzzjoni.
Meta l-Istati Membri jissoġġettaw l-għajnuna għal obbligi ta' nfiq territorjali, l-iskemi ta' għajnuna għall-produzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi jistgħu jew:
jeħtieġu li sa 160 % tal-għajnuna mogħtija għall-produzzjoni ta' ċertu xogħol awdjoviżiv tintefaq fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jagħti l-għajnuna; jew
jikkalkulaw l-għajnuna mogħtija għall-produzzjoni ta' ċertu xogħol awdjoviżiv bħala perċentwali tan-nefqa fuq l-attivitajiet tal-produzzjoni fl-Istat Membru li jagħti l-għotja, ġeneralment fil-każ ta' skemi ta' għajnuna taħt forma ta' inċentivi fiskali.
Fiż-żewġ każijiet, in-nefqa massima soġġetta għall-obbligi ta' -nefqa territorjali fl-ebda każ ma għandha tkun iktar minn 80 % tal-baġit globali tal-produzzjoni.
Sabiex il-proġetti jkunu eliġibbli għall-għajnuna, Stat Membru jista' jitlob ukoll livell minimu ta' attività ta' produzzjoni fit-territorju kkonċernat, iżda dak il-livell ma għandux ikun iktar minn 50 % tal-baġit kumplessiv tal-produzzjoni.
L-ispejjeż eliġibbli huma dawn li ġejjin:
għall-għajnuna għall-produzzjoni: l-ispejjeż totali għall-produzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi inklużi l-ispejjeż biex titjieb l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità.
għall-għajnuna għall-preproduzzjoni: l-ispejjeż għall-kitba tal-iskript u l-iżvilupp tax-xogħlijiet awdjoviżivi.
għall-għajnuna għad-distribuzzjoni: l-ispejjeż għad-distribuzzjoni u l-promozzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi.
L-intensità tal-għajnuna tista' tiżdied kif ġej:
sa 60 % tal-ispejjeż eliġibbli għal produzzjonijiet transfruntieri ffinanzjati minn aktar minn Stat Membru wieħed u li jinvolvu produtturi minn aktar minn Stat Membru wieħed;
sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli għal xogħlijiet awdjoviżivi diffiċli u koproduzzjonijiet li jinvolvu pajjiżi mil-Lista tal-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp (DAC) tal-OECD.
TAQSIMA 12 —
Għajnuna għall-infrastrutturi tal-isport u għall-infrastrutturi ta' rikreazzjoni multifunzjonali
Artikolu 55
L-għajnuna għall-infrastrutturi tal-isport u għall-infrastrutturi ta' rikreazzjoni multifunzjonali
L-għajnuna tista' tieħu l-forma ta':
għajnuna għall-investiment, inkluża l-għajnuna għall-kostruzzjoni jew it-titjib tal-infrastrutturi tal-isport jew tal-infrastrutturi ta' rikreazzjoni multifunzjonali;
għajnuna operatorja għall-infrastruttura tal-isport;
TAQSIMA 13 —
Għajnuna għall-infrastrutturi lokali
Artikolu 56
L-għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi ta' riċerka
TAQSIMA 14 —
Għajnuna għal ajruporti reġjonali
Artikolu 56a
Għajnuna għal ajruporti reġjonali
L-ammont tal-għajnuna għall-investiment ma għandhux ikun iktar minn:
50 % tal-ispejjeż eleġibbli għal ajruporti b'medja annwali ta' traffiku tal-passiġġieri ta' miljun sa tliet miljun passiġġier matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel is-sena li fiha l-għajnuna tkun effettivament mogħtija;
75 % tal-ispejjeż eleġibbli għal ajruporti b' medja ta' traffiku annwali ta' passiġġieri li ma jkunx iktar minn miljun passiġġier matul l-aħħar sentejn finanzjarji qabel is-sena li fiha l-għajnuna tkun effettivament mogħtija.
TAQSIMA 15 —
Għajnuna għal portijiet
Artikolu 56b
Għajnuna għal portijiet marittimi
L-ispejjeż eleġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-ippjanar, ta':
investimenti għall-kostruzzjoni, is-sostituzzjoni jew it-tiġdid ta' infrastrutturi ta' portijiet marittimi;
investimenti għall-kostruzzjoni, is-sostituzzjoni jew it-tiġdid ta' infrastrutturi ta' aċċess;
tħammil.
L-intensità tal-għajnuna għal kull investiment li hemm referenza għalih fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ma għandhiex tkun iktar minn:
100 % tal-ispejjeż eleġibbli fejn l-ispejjeż eleġibbli totali tal-proġett ikunu mhux iktar minn EUR 20 miljun;
80 % tal-ispejjeż eleġibbli fejn l-ispejjeż eleġibbli totali tal-proġett ikunu iktar minn EUR 20 miljun u mhux iktar minn EUR 50 miljun;
60 % tal-ispejjeż eleġibbli fejn l-ispejjeż eleġibbli totali tal-proġett ikunu iktar minn EUR 50 miljun u mhux iktar mill-ammont stabbilit fil-punt (ee) tal-Artikolu 4(1).
L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex tkun iktar minn 100 % tal-ispejjeż eleġibbli stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 2 u fil-punt (c) tal-paragrafu 2 sal-ammont stabbilit fil-punt (ee) tal-Artikolu 4(1).
Artikolu 56c
Għajnuna għal portijiet interni
L-ispejjeż eleġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-ippjanar, ta':
investimenti għall-kostruzzjoni, is-sostituzzjoni jew it-tiġdid ta' infrastrutturi ta' portijiet marittimi;
investimenti għall-kostruzzjoni, is-sostituzzjoni jew it-tiġdid ta' infrastrutturi ta' aċċess;
tħammil.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 57
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 800/2008 jitħassar.
Artikolu 58
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Artikolu 59
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-1 ta' Lulju 2014.
Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
ID-DEFINIZZJONI TA' SME
Artikolu 1
Intrapriża
Intrapriża hija kkunsidrata bħala kull entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha. Din tinkludi, b'mod partikolari, persuni li jaħdmu għal rashom u negozji tal-familja involuti fi snajja' jew attivitajiet oħra, u sħubiji jew assoċjazzjonijiet involuti regolarment f'attività ekonomika.
Artikolu 2
L-għadd ta' persunal u l-limiti stabbiliti finanzjarji li jiddeterminaw il-kategoriji tal-intrapriżi
Artikolu 3
It-tipi ta' intrapriża meqjusa fil-kalkolu tan-numru ta' impjegati u tal-ammonti finanzjarji
Madankollu, intrapriża tista' tiġi kklassifikata bħala awtonoma, jiġifieri ma għandha ebda intrapriżi msieħba, anke jekk dan il-limitu ta' 25 % jintlaħaq jew jinqabeż mill-investituri segwenti, diment li dawk l-investituri ma jkunux assoċjati, skont it-tifsira tal-paragrafu 3, individwalment jew b'mod konġunt mal-intrapriża inkwistjoni:
korporazzjonijiet ta' investiment pubbliku, kumpaniji b'kapital ta' riskju, individwi jew gruppi ta' individwi b'attività regolari ta' investiment kapitali ta' riskju li jinvestu kapital ekwu f'negozji mhux ikkwotati (investitur informali), jekk kemm-il darba l-investiment totali ta' dawk l-investituri informali fl-istess intrapriża jkun anqas minn EUR 1 250 000 ;
universitajiet u ċentri ta' riċerka mingħajr skop ta' qligħ;
investituri istituzzjonali, li jinkludu l-fondi għall-iżvilupp reġjonali;
awtoritajiet lokali awtonomi b'baġit annwali ta' anqas minn EUR 10 miljun u anqas minn 5 000 abitant.
“Intrapriżi assoċjati” huma intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom:
intrapriża li jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'intrapriża oħra;
intrapriża li jkollha d-dritt taħtar jew tneħħi maġġoranza mill-membri tal-korp amministrattiv, tal-ġestjoni jew dak ta' sorveljanza ta' intrapriża oħra;
intrapriża li għandha d-dritt teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt li tkun daħlet fih ma' dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni tal-memorandum jew tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha;
intrapriża, li tkun azzjonista f'intrapriża oħra jew membru tagħha, li waħedha tikkontrolla, skont ftehim ma' azzjonisti oħra f'dik l-intrapriża jew membri tagħha, maġġoranza tad-drittijiet tal-voti tal-azzjonisti jew tal-membri f'dik l-intrapriża.
Hemm preżunzjoni li l-ebda influwenza dominanti ma teżisti jekk l-investituri elenkati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ma jinvolvux ruħhom direttament jew indirettament fil-ġestjoni tal-intrapriża kkonċernata, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħhom bħala azzjonisti.
Intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet deskritti fl-ewwel subparagrafu permezz ta' intrapriża waħda jew aktar, jew kull wieħed mill-investituri msemmija fil-paragrafu 2, huma meqjusa wkoll bħala assoċjati.
Intrapriżi li għandhom waħda jew aktar minn dawn ir-relazzjonijiet permezz ta' persuna fiżika jew grupp ta' persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien huma wkoll meqjusa bħala intrapriżi assoċjati jekk ikunu involuti fl-attività tagħhom jew f'parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq qrib.
“Suq qrib” huwa meqjus bħala suq għal prodotti jew servizzi li qegħdin direttament upstream jew downstream mas-suq rilevanti.
Artikolu 4
Dejta użata għall-għadd ta' persunal u l-ammonti finanzjarji u perjodu ta' referenza
Artikolu 5
L-għadd ta' persunal
L-għadd jikkorrispondi mal-għadd ta' unitajiet ta' xogħol annwali (AWU), jiġifieri l-għadd ta' persuni li ħadmu full-time fl-intrapriża inkwistjoni jew f'isimha matul is-sena ta' referenza sħiħa li tkun qed titqies. Ix-xogħol ta' persuni li ma ħadmux is-sena kollha, ix-xogħol ta' dawk li ħadmu part-time, mingħajr ma jitqies kemm damu jaħdmu, u x-xogħol ta' persunal staġjonali jingħaddu bħala frazzjonijiet tal-AWU. Il-persunal jikkonsisti f':
impjegati;
persuni li jaħdmu għall-intrapriża li taqa' taħtha u li jitqiesu bħala impjegati tagħha skont il-liġi nazzjonali;
sidien-ġestjonarji;
msieħba li jkunu involuti f'attività regolari fl-intrapriża u li jibbenefikaw minn vantaġġi finanzjarji mill-intrapriża.
Apprendisti jew studenti involuti f'taħriġ vokazzjonali b'kuntratt ta' apprendistat jew ta' taħriġ vokazzjonali mhumiex inklużi bħala parti mill-persunal. Il-perjodu ta' liv tal-maternità jew tal-ġenituri ma jingħaddx.
Artikolu 6
Kif tiġi stabbilita d-dejta ta' intrapriża
Mad-dejta li saret referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu tiżdied id-dejta ta' kull intrapriża msieħba mal-intrapriża inkwistjoni li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha. L-aggregazzjoni tkun proporzjonali għall-imgħax perċentwali fil-kapital jew fid-drittijiet ta' vot (liema minnhom ikun l-ikbar). Fil-każ ta' parteċipazzjonijiet inkroċjati, japplika l-ogħla perċentwali.
Mad-dejta li saret referenza għaliha fl-ewwel u t-tieni subparagrafu tiżdied 100 % tad-dejta ta' kull intrapriża li tkun marbuta direttament jew indirettament mal-intrapriża inkwistjoni, meta d-dejta ma tkunx diġà ġiet inkluża permezz ta' konsolidazzjoni fil-kontijiet.
Biex jiġi applikat l-istess paragrafu 2, id-dejta tal-intrapriżi li huma assoċjati mal-intrapriża inkwistjoni tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-dejta l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk tkun teżisti. Ma' din tiżdied, pro rata, id-dejta ta' kull intrapriża msieħba possibbli ta' din l-intrapriża assoċjata, li tkun qiegħda immedjatament upstream jew downstream minnha, sakemm ma tkunx diġà ġiet inkluża fil-kontijiet konsolidati b'perċentwali li mill-inqas ikun proporzjonali għall-perċentwali identifikat fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.
ANNESS II
INFORMAZZJONI DWAR GĦAJNUNA MILL-ISTAT EŻENTATA SKONT IL-KUNDIZZJONIJIET TA' DAN IR-REGOLAMENT
PARTI I
li għandha tiġi pprovduta permezz tal-applikazzjoni tal-IT stabbilita tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 11
PARTI II
se tiġi pprovduta permezz tal-applikazzjoni tal-IT stabbilita tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 11
Jekk jogħġbok indika skont liema dispożizzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali ta' Kategorija (GBER) hija implimentata l-miżura tal-għajnuna.
Objettiv primarju — Objettivi Ġenerali (elenka) |
Objettivi (elenka) |
Intensità massima tal-għajnuna f' % jew Ammont massimu tal-għajnuna annwali fil-munita nazzjonali (f'ammonti sħaħ) |
Bonuses lill-SME f' % |
|
Għajnuna reġjonali — għajnuna għall-investiment (1) (Art. 14) |
□ Skema |
… % |
… % |
|
□ Għajnuna ad hoc |
… % |
… % |
||
Għajnuna reġjonali — għajnuna operatorja (Art. 15) |
□ Spejjeż tat-trasport ta' oġġetti f'żoni eliġibbli (Art. 15(2)(a)) |
… % |
… % |
|
□ Spejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi (Art. 15(2)(b)) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-iżvilupp urban reġjonali (Art. 16) |
… munita nazzjonali |
… % |
||
Għajnuna għall-SME (Art. 17 — 18 — 19 –20) |
□ Għajnuna għall-investiment lill-SMEs (Art. 17) |
… % |
… % |
|
□ Għajnuna għal konsulenza favur l-SMEs (Art. 18) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna lill-SMEs għall-parteċipazzjoni fil-fieri (Art.19) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-ispejjeż ta' kooperazzjoni mġarrba mill-parteċipazzjoni tal-SMEs fi proġetti ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Art.20) |
… % |
… % |
||
Għajnuna għall-SME — aċċess tal-SMEs għal finanzjament (Art. 21-22) |
□ Għajnuna għal finanzjament ta' riskju (Art. 21) |
… munita nazzjonali |
… % |
|
□ Għajnuna għall-bidu ta' negozju (Art. 22) |
… munita nazzjonali |
… % |
||
□ Għajnuna għall-SMEs — Għajnuna għal pjattaformi alternattivi ta' negozjar speċjalizzati fl-SMEs (Art. 23) |
… %; f'każ li l-miżura tal-għajnuna tieħu l-forma ta' għajnuna għall-bidu ta' negozju: … munita nazzjonali |
… % |
||
□ Għajnuna għall-SMEs — Għajnuna għall-ispejjeż tat-tfittix (Art. 24) |
… % |
… % |
||
Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (Arti. 25 — 30) |
Għajnuna għal proġetti ta' riċerka u l-iżvilupp- (Art. 25) |
□ Riċerka fundamentali (Art. 25(2)(a)) |
… % |
… % |
□ Riċerka industrijali (Art. 25(2)b) |
… % |
… % |
||
□ Żvilupp sperimentali (Art. 25(2)(c)) |
… % |
… % |
||
□ Studji ta' vijabbiltà (Art. 25(2)(d)) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi tar-riċerka (Art. 26) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għar-ragruppamenti tal-innovazzjoni (Art. 27) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-innovazzjoni lill-SMEs (Art. 28) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-innovazzjoni fil-proċess u fl-organizzazzjoni (Artikolu 29) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura (Art. 30) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għat-taħriġ (Art. 31) |
… % |
… % |
||
Għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati jew b'diżabilità (Arti. 32-35) |
□ Għajnuna għar-reklutaġġ ta' ħaddiema żvantaġġati fil-forma ta' sussidji ta' pagi (Art. 32) |
… % |
… % |
|
□ Għajnuna għall-impjieg ta' ħaddiema b'diżabilità fil-forma ta' sussidji tal-pagi (Art. 33) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali għall-impjieg ta' ħaddiema b'diżabilità (Art. 34) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-kumpens tal-ispejjeż tal-assistenza pprovduta lil ħaddiema żvantaġġati (Art. 35) |
… % |
… % |
||
Għajnuna għall-Protezzjoni Ambjentali (l-Art. 36-49) |
□ Għajnuna għall-investiment li tippermetti lill-impriżi jmorru lil hinn mill-istandards tal-Unjoni għall-protezzjoni ambjentali jew jgħollu l-livell tal-protezzjoni ambjentali fin-nuqqas ta' standards tal-UE (Art. 36) |
… % |
… % |
|
□ Għajnuna għal adattament bikri għall-istandards futuri tal-Unjoni (Art. 37) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-investiment għal miżuri ta' effiċjenza enerġetika (Art. 38) |
…% |
…% |
||
□ Għajnuna għall-investiment għal proġetti għall-effiċjenza enerġetika fil-bini (Art. 39) |
… munita nazzjonali |
…% |
||
□ Għajnuna għall-investiment għall-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja (Art. 40) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-investiment għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (Art. 41) |
…% |
…% |
||
□ Għajnuna operatorja għall-promozzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli (Art. 42) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna operatorja għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli f'installazzjonijiet ta' skala żgħira (Art. 43) |
…% |
…% |
||
□ Għajnuna fil-forma ta' tnaqqis fit-taxxi ambjentali skont id-Direttiva 2003/96/KE (Art. 44) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-investiment għar-riabilitazzjoni ta' siti kkontaminati (Art. 45) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-investiment għall-effiċjenza enerġetika fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali(Art. 46) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-investiment għar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-iskart (Art. 47) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tal-enerġija (Art. 48) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-istudji dwar l-ambjent (Art. 49) |
… % |
… % |
||
□ L-iskemi ta' għajnuna biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn ċerti diżastri naturali (Art. 50) |
Intensità massima tal-għajnuna |
… % |
… % |
|
Tip ta' diżastru naturali |
□ terremot □ valanga □ uqigħ tal-art □ għargħar □ tromba tal-arja □ uragan □ eruzzjoni vulkanika □ nirien fil-foresti |
|||
Id-data ta' meta seħħ id-diżastru naturali |
jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss |
|||
□ Għajnuna soċjali għat-trasport għal residenti f'reġjuni mbiegħda (Art. 51) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għal infrastrutturi tal-broadband (Art. 52) |
… munita nazzjonali |
… % |
||
□ Għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju (Art. 53) |
… % |
… % |
||
□ Skemi ta' għajnuna għal xogħlijiet awdjoviżivi (Art. 54) |
|
|
||
… % |
… % |
|||
□ Għajnuna għall-infrastrutturi tal-isport u għall-infrastrutturi ta ' rikreazzjoni multifunzjonali (Art. 55) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi lokali (Art. 56) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għal ajruporti reġjonali (Art. 56a) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-portijiet marittimi (Art. 56b) |
… % |
… % |
||
□ Għajnuna għall-portijiet interni (Art. 56c) |
… % |
… % |
||
(1)
Fil-każ ta' għajnuna reġjonali ad hoc li tissupplimenta għajnuna mogħtija skont skema/i ta' għajnuna, jekk jogħġbok indika, kemm l-intensità tal-għajnuna mogħtija bl-iskema kif ukoll l-intensità tal-għajnuna ad hoc. |
ANNESS III
Dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta' informazzjoni kif stabbilita fl-Artikolu 9(1)
L-Istati Membri jorganizzaw il-websajts li jinftiehmu tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat, li fuqhom l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(1) trid tiġi ppubblikata, b'tali mod li jippermettu aċċess faċli għall-informazzjoni. L-informazzjoni tiġi ppubblikata f'format ta' spreadsheet tad-dejta, li jippermetti li d-dejta tiġi mfittxa, estratta u ppubblikata faċilment fuq l-Internet, pereżempju f'format CSV jew XML. L-aċċess għall-websajt jingħata lil kull parti interessata mingħajr restrizzjonijiet. Ma hi meħtieġa ebda reġistrazzjoni tal-utent minn qabel biex jingħata aċċess għall-websajt.
L-informazzjoni li ġejja dwar għotjiet individwali kif stabbilita fl-Artikolu 9(1)(c) tiġi ppubblikata:
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).
( 2 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787/UE tal-10 ta' Diċembru 2010 dwar Għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta' minjieri tal-faħam li mhumiex kompetittivi (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 24).
( 3 ) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 24.
( 4 ) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' intrapriżi, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE.
( 5 ) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.
( 6 ) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
( 7 ) ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1.
( 8 ) ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.
( 9 ) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.
( 10 ) Com (2012), 595, 17.10.2012.
( 11 ) ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.
( 12 ) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.
( 13 ) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.
( 14 ) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.
( 15 ) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.
( 16 ) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36.
( 17 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).
( 18 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36).
( 19 ) Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU L 332, 28.12.2000, p. 81).
( 20 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
( 21 ) ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.
►M1 ( 22 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320). ◄
( 23 ) Għal skemi skont l-Artikolu 16 u 21 tar-Regolament attwali, ir-rekwiżit biex tiġi ppubblikata informazzjoni dwar kull għotja individwali li taqbeż il-EUR 500 000 tista' tiġi rinunzjata fir-rigward ta' SMEs li ma jkunux effettwaw bejgħ kummerċjali f'kull suq.
( 24 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
( 25 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/972 tat-2 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1407/2013 fir-rigward tal-estensjoni tiegħu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 fir-rigward tal-estensjoni tiegħu u l-aġġustamenti rilevanti (ĠU L 215, 7.7.2020, p. 3).
( 26 ) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
( 27 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
( 28 ) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.
( 29 ) ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.
( 30 ) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.
( 31 ) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1
( 32 ) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114
( 33 ) ĠU L 178, 28.6.2013, p. 66.
( 34 ) NUTS — Nomenklatura ta' Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun huwa speċifikat fil-Livell 2.
( 35 ) ►M1 Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1). ◄
( 36 ) ►M1 L-ekwivalenti gross tas-sovvenzjoni, jew għal miżuri skont l-Artikoli 16, 21, 22 jew 39 ta' dan ir-Regolament, l-ammont ta' investiment. ◄ Għall-għajnuna operatorja, l-ammont annwali ta' għajnuna għal kull benefiċjarju tista' tiġi pprovduta. Għal skemi fiskali u għal skemi skont l-Artikoli 16 (Għajnuna għall-iżvilupp urban reġjonali) u 21 (Għajnuna ta' finanzjament ta' riskju), dan l-ammont jista' jiġi pprovdut permezz tal-firxa stabbilita fl-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament.
( 37 ) Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta' bosta strumenti ta' għajnuna, l-ammont tal-għajnuna jiġi pprovdut minn strument.
( 38 ) Kif provdut mill-Kummissjoni bil-proċedura elettronika msemmija fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament.