EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2016C0211(01)

Deċiżjoni sabiex tingħalaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali wara l-irtirar mill-Istat EFTA — Kuntratt tal-Elettriku PCC tal-2014 u Ftehim ta’ Trażmissjoni tal-2014

ĠU C 52, 11.2.2016, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/14


Deċiżjoni sabiex tingħalaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali wara l-irtirar mill-Istat EFTA

Kuntratt tal-Elettriku PCC tal-2014 u Ftehim ta’ Trażmissjoni tal-2014

(2016/C 52/09)

Bid-Deċiżjoni 238/15/COL tas-17 ta’ Ġunju 2015, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura formali ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 4(4) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, mibdija fl-10 ta’ Diċembru 2014 bid-Deċiżjoni Nru 543/14/COL, fir-rigward ta’ (i) il-Kuntratt tal-Elettriku ffirmat minn Landsvirkjun hf. u PCC Bakki Silicon hf. iffirmat fis-17 ta’ Marzu 2014 u (ii) l-Ftehim tat-Trażmissjoni minn Landsnet hf. u PCC Bakki Silicon hf. fis-7 ta’ Frar 2014.

Il-każ sar mingħajr skop minħabba l-irtirar tan-notifika mill-Istat tal-EFTA u l-fatt li l-kuntratti ġew itterminati mill-partijiet għalihom qabel ma daħlu fis-seħħ.

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


Top