This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2010G0001
Decision of the Standing Committee of the EFTA States No 1/2010/SC of 28 January 2010 establishing an EEA Financial Mechanism Interim Committee 2009-2014
Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 1/2010/SC tat- 28 ta’ Jannar 2010 li tistabbilixxi l-Kumitat Proviżorju dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014
Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 1/2010/SC tat- 28 ta’ Jannar 2010 li tistabbilixxi l-Kumitat Proviżorju dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014
ĠU L 53, 4.3.2010, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
4.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 53/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA
Nru 1/2010/SC
tat-28 ta’ Jannar 2010
li tistabbilixxi l-Kumitat Proviżorju dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014
IL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-ftehim li għandu jiġu konkluż u li jistabilixxi l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE il-ġdid għall-perjodu 2009-2014,
B’kunsiderazzjoni għall-ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Komunità Ewropea għall-istabilizzazzjoni ta’ Mekkaniżmu Finanzjaru Norveġiż għall-perjodu 2009-2014,
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
1. Kumitat Proviżorju dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Kumitat Proviżorju, li għandu jiba’ jopera mill-iżjed fis possibbli, huwa b’dan stabbilit.
2. Il-Kumitat Proviżorju se jassisti lill-Istati tal-EFTA biex jippreparaw għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2009-2014.
3. Il-Kumitat Proviżorju se jirrapporta lill-Kumitat Permanenti.
4. Il-Kumitat Proviżorju jista’ jiġi assistit mill-Missjonijiet tal-Istati tal-EFTA u taż-ŻEE għall-UE.
5. Il-Kumitat Proviżorju sejjer, fid-dħul fis-seħħ tiegħu jew fil-ġurnata tal-applikazzjoni proviżorja tal-att legali li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ZEE 2009-2014, jiġi sostitwit minn Kumitat dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014.
6. Il-Kumitat Priviżorju se jiddiskuti u jevalwa l-koordinazzjoni possibbli bejn il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż.
7. Il-Kumitat Proviżorju se jagħżel President li se jkun konfermat mill-Kumitat Permanenti.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandu jkollha effett immedjat.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2010.
F’isem il-Kumitat Permanenti
Il-President
L-A.S.T. Il-Prinċep Nikolaus tal-LIECHTENSTEIN
Is-Segretarju-Ġenerali
Kåre BRYN