Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/189/07

    Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsubin għaċ-ċirkulazzjoni

    ĠU C 189, 29.6.2011, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/25


    Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsubin għaċ-ċirkulazzjoni

    2011/C 189/07

    Image

    Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' EUR 2, maħsuba għaċ-ċirkulazzjoni u maħruġa minn Monako

    Il-muniti tal-euro maħsubin għaċ-ċirkulazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti tal-euro l-ġodda kollha sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti dwar dan (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jiddisponi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsubin għaċ-ċirkulazzjoni b’ċerti kundizzjonijiet, partikolarment bil-kundizzjoni li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikollu disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

    Pajjiż emittenti: Monako

    Suġġett tal-kommemorazzjoni: iż-żwieġ tal-Prinċep Albert u Charlene

    Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti ta’ ġewwa tal-munita turi, fiċ-ċentru, ix-xbihat tal-Prinċep Albert u Charlene. Fil-parti ta' isfel jidher isem il-pajjiż emittenti “MONACO” u s-sena tal-ħruġ “2011”. Il-marka taz-zekka u l-marka tal-inċiżuri taz-zekka jidhru qabel u wara l-kliem “MONACO 2011” rispettivament.

    Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-tnax-il (12) stilla tal-bandiera Ewropea.

    Tiratura ta’ muniti:

    Data tal-ħruġ: it-2 ta’ Lulju 2011


    (1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

    (2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ekonomiku u tal-Affarijiet Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


    Top