EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/272/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5684 – BNP Paribas Assurance/Fortis Insurance International/UBI Assicurazioni) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 272, 13.11.2009, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 272/23


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5684 – BNP Paribas Assurance/Fortis Insurance International/UBI Assicurazioni)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 272/11

1.

Fl-4 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifikazzjoni ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) dwar l-Għaqdiet li biha l-impriża Fortis Insurance International N.V., ikkontrollata minn Fortis SA/NV u Fortis NV, (“Fortis Insurance”, l-Olanda/il-Belġju) u BNP Paribas Assurance, li hija parti minn BNP Paribas group, ikkontrollat minn BNP Paribas SA (“BNP Paribas group”, Franza) se takkwista l-kontroll konġunt ta' UBI Assicurazioni S.p.A. (“UBI Assicurazioni”, Italy) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal BNP Paribas group: attivitajiet bankarji u tal-assigurazzjoni,

għal Fortis Insurance: attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni; kif ukoll,

għal UBI Assicurazioni: attivitajiet ta' assigurazzjoni minbarra tal-ħajja, fl-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5684 – BNP Paribas Assurance/Fortis Insurance International/UBI Assicurazioni, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top