Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/195/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5604 – Dong/Kom-Strom) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 195, 19.8.2009, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5604 – Dong/Kom-Strom)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 195/06

1.

Fit-12 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Dong Naturgas A/S, li hi kkontrollata minn Dong Energy A/S (“Dong”, id-Danimarka) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll tal-intier tal-impriża Kom-Strom AG (“Kom-Strom”, Germany) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Dong: l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ gass u żejt naturali, il-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-kummerċ u l-bejgħ tal-enerġija fid-Danimarka u fit-Tramuntana tal-Ewropa,

għal Kom-Strom: provista tal-enerġija (bejgħ bl-ingrossa u kummerċ) fil-Ġermanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5604 – Dong/Kom-Strom, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top