This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2008/245/06
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.5251 — System Capital Management-Energies/Metinvest) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5251 — System Capital Management-Energies/Metinvest) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5251 — System Capital Management-Energies/Metinvest) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 245, 26.9.2008, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 245/26 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5251 — System Capital Management-Energies/Metinvest)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 245/06)
1. |
Fis-17 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4, u wara referenza l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi System Capital Management Limited (“SCM”, Ċipru) u Energees Investments Limited (“Energees”, Ċipru) li t-tnejn jiffurmaw parti mill-Grupp SMART jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt tal-impriżi Metinvest B.V (“MIBV”, L-Olanda) u s-sussidjarji tagħha Makeeva Metallurgical Plant (“MMZ”, Ukrajina) u Promet Steel JSC (“Promet”, Bulgarija) permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi msemmija huma:
|
3. |
Wara l-ewwel analiżi, il-Kummissjoni tara li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5251 — System Capital Management-Energies/Metinvest, fl-indirizz li ġej:
|