EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/041/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4955 — Hermes Logistik/Swiss Post Porta a Porta) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 41, 15.2.2008, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 41/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4955 — Hermes Logistik/Swiss Post Porta a Porta)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 41/10)

1.

Fis-6 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Hermes Logistik GmbH & Co. KG (“Hermes”, il-Ġermanja) permezz tas-sussidjarja li hija totalment proprjetà tagħha Hermes General Service Beteiligungsgesellschaft mbH (“HLS”, il-Ġermanja) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' l-impriża Swiss Post Porta a Porta S.p.A. (“PaP”, l-Italja) flimkien ma' Swiss Post International Holding AG (“Swiss Post”, l-Isvizzera) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

l-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Hermes: servizzi ta' loġistika u servizzi postali fis-segmenti B2C & C2C fil-Ġermanja u l-Awstrija jinkludi servizzi ta' posta tal-pakketti, is-servizz tat-tagħmir tad-dar u għamara u servizzi ta' posta (ittri, mailings, katalogi),

għal PaP: servizzi postali u loġistiċi fl-Italja,

għal Swiss Post: servizzi ta' posta bl-ingrossa għall-ittri fl-Isvizzera u barra, rilaxxament mid-dwana, servizzi ta' posta tal-pakketti, servizzi ta' courier u express.

3.

Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4955 — Hermes Logistik/Swiss Post Porta a Porta, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top