Wybierz funkcje eksperymentalne, które chcesz wypróbować

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument C2007/315/06

Kawża C-20/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 8 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Forlì — L-Italja) — Proċedura kriminali kontra Karl Josef Wilhelm Schwibbert (Direttiva 98/34/KE — Proċedura ta' informazzjoni fil-qasam tan-normi u leġiżlazzjonijiet tekniċi — Obbligu ta' komunikazzjoni ta' abbozz ta' regolamenti tekniċi — Liġi nazzjonali li timponi t-tqegħid tal-logo distintiv tal-korp nazzjonali inkarigat li jiġbor id-drittijiet ta' l-awtur fuq diski kumpatti — Kunċett ta' regolament tekniku )

ĠU C 315, 22.12.2007, s. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 315/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Forlì — L-Italja) — Proċedura kriminali kontra Karl Josef Wilhelm Schwibbert

(Kawża C-20/05) (1)

(Direttiva 98/34/KE - Proċedura ta' informazzjoni fil-qasam tan-normi u leġiżlazzjonijiet tekniċi - Obbligu ta' komunikazzjoni ta' abbozz ta' regolamenti tekniċi - Liġi nazzjonali li timponi t-tqegħid tal-logo distintiv tal-korp nazzjonali inkarigat li jiġbor id-drittijiet ta' l-awtur fuq diski kumpatti - Kunċett ta' “regolament tekniku’)

(2007/C 315/06)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Forlì

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Karl Josef Wilhelm Schwibbert

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Forlì — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 3 KE u 23 KE sa 27 KE u tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE, tad-19 ta' Novembru 1992, dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 346, p. 61) — Kompatibbiltà ta' liġi nazzjonali li timponi t-tqegħid fuq ix-xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi kollha għall-bejgħ, tal-logo distintiv tal-korp nazzjonali inkarigat li jiġbor id-drittijiet ta' l-awtur.

Dispożittiv

Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta' l-Informatika, kif emendata mid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' l-20 ta' Lulju 1998, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawk in kwistjoni fil-kawża prinċipali, safejn introduċew, wara l-implementazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE, tat-28 ta' Marzu 1983 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' standards u regolamenti tekniċi, l-obbligu tat-tqegħid tal-logo distintiv “SIAE” fuq is-CDs li fihom xogħol ta' arti figurattiva sabiex jiġu kkummerċjalizzati fl-Istat Membru kkonċernat, jikkostitwixxu regolament tekniku li, fin-nuqqas tan-notifika tiegħu lill-Kummissjoni, ma jistax jiġi invokat kontra individwu.


(1)  ĠU C 93, 16.4.2007.


Góra