This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/155/21
Case C-211/07: Action brought on 20 April 2007 — Commission of the European Communities v Ireland
Kawża C-211/07: Rikors imressaq fl- 20 ta' April 2007 — Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs l-Irlanda
Kawża C-211/07: Rikors imressaq fl- 20 ta' April 2007 — Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs l-Irlanda
ĠU C 155, 7.7.2007, pp. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
7.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 155/11 |
Rikors imressaq fl-20 ta' April 2007 — Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs l-Irlanda
(Kawża C-211/07)
(2007/C 155/21)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: N. Yerrell, Aġent)
Konvenuta: l-Irlanda
Talbiet tal-parti rikorrenti
|
— |
tiddikjara li billi żammet fis-seħħ it-Taqsimiet 5.2 u 5.3 tal-Ftehim dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tat-31 ta' Mejju 2004 u b'mod partikolari billi i) ċaħdet il-kumpens lil dawk li jużaw il-vetturi meta l-vetturi kollha involuti ma jkunux assigurati, u ii) billi limitat id-dritt ta' kumpens fir-rigward ta' persuni ġewwa vettura mhux assigurata li ma tkunx ikkawżat id-dannu jew il-feriment, ir-Repubblika ta' l-Irlanda naqset milli timplementa l-obbligi tagħha skond id-Direttiva 84/5/KEE tal-Kunsill tat-30 ta' Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi bil-mutur, u b'mod partikolari it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 1(4) tagħha. |
|
— |
tikkundanna lill-Irlanda tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-Taqsima 5.3 tal-Ftehim tal-31 ta' Mejju 2004 bejn il-Ministru tat-Trasport u l-Uffiċju ta' Assiguraturi tal-Vetturi ta' l-Irlanda (“il-Ftehim”) tipprovdi għall-esklużjoni ta' kumpens għas-sewwieqa kollha ta' vetturi mhux assigurati (kemm jekk jikkawżaw l-inċident jew le), u għaldaqstant tmur lil hinn mill-portata ta' l-esklużjoni msemmija fit- tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 1(4) ta' din id-Direttiva.
Fir-rigward tas-sitwazzjoni ta' passiġġiera li jivvjaġġaw fil-vetturi mhux assigurati, it-Taqsima 5.2 tal-Ftehim tipprovdi għal esklużjoni ġenerali ta' kumpens fil-każijiet kollha fejn il-persuna ferita “kienet taf, jew kellha, b'mod raġonevoli, tkun taf, li ma kienx hemm fis-seħħ polza approvata ta' assigurazzjoni”. Għaldaqstant, il-passiġġieri kollha ta' vetturi mhux assigurati huma ttrattati b'mod identiku, independentement minn jekk kinux qegħdin jivvjaġġaw fil-vettura li kkawżat il-ħsara jew il feriment jew le. Dan huwa evidentament imur kontra l-kliem tat-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva, li espressament jiddistingwi bejn dawn iż-żewġ sitwazzjonijet u jillimita l-esklużjoni ta' kumpens fir-rigward ta' dawk il-persuni (li jinkludu s-sewwieq) fil-vettura li tkun ikkawżat il-ħsara jew il-feriment.