Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0181

Kawża T-181/23: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2023 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM)

ĠU C 179, 22.5.2023, pp. 74–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/74


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2023 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM)

(Kawża T-181/23)

(2023/C 179/103)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dermavita Company S.a.r.l. (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “JUVÉDERM” – Trade mark tal-Unjoni Nru 5 807 169

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 904/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tar-rikorrenti għall-annullament f’kull stadju tal-azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, inkluż l-ispejjeż għall-proċedimenti quddiem l-EUIPO u l-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 95(1), 97(1) u 107 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top