EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0803

Kawża T-803/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2022 – TZ vs Il-Kunsill

ĠU C 63, 20.2.2023, p. 64–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/64


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2022 – TZ vs Il-Kunsill

(Kawża T-803/22)

(2023/C 63/81)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TZ (rappreżentant: J. Janssen, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-motivi għal annullament imressqa f’dan ir-rikors;

tannulla l-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1854 tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar intervent ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament ikkontestat”);

alternattivament, tannulla l-Artikolu 15 tar-Regolament ikkontestat sa fejn dan jippermetti l-ġbir retroattiv ta’ kontribuzzjoni ta’ solidarjetà għas-sena 2022; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-Regolament ikkontestat ġie adottat b’mod żbaljat abbażi tal-Artikolu 122(1) TFUE u kellu jiġi adottat mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u konformament ma proċedura leġiżlattiva speċjali, peress li r-Regolament ikkontestat jinkludi miżuri fiskali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-Regolament ikkontestat jikkostitwixxi ksur tad-dritt għall-proprjetà kif sanċit fl-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-KEDB u fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-prinċipji tal-Unjoni ta’ legalità u ta’ ċertezza legali, sa fejn ir-Regolament ikkontestat jippermetti applikazzjoni retroattiva.


(1)  ĠU 2022, L 261 I, p. 1.


Top