Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0713

    Kawża T-713/22: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Portumo Madeira et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 63, 20.2.2023, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/54


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Portumo Madeira et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-713/22)

    (2023/C 63/71)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Portumo – Madeira – Montagem e Manutenção de Tubaria SA (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall), Ponticelli – Consultadoria Técnica SA (Zona Franca da Madeira) (Funchal), Ponticelli Angoil – Serviços Para a Indústria Petrolífera SA (Zona Franca da Madeira) (Funchal) (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez u P. Casillas Vázquez, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (innotifikata bin-numru C(2020) 8550) (1);

    sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni kkontestata u l-ordni ta’ rkupru tal-għajnuna li tinsab imsemmija fiha;

    sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni kkontestata u l-ordni ta’ rkupru tal-għajnuna li tinsab imsemmija fiha minħabba l-kalkolu inkorrett użat biex tiġi ddeterminata l-bażi tal-għajnuna;

    tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2007 fil-Każ N421/2006 u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2013 fil-Każ SA.34160 (2011/N), kif ukoll tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali għall-perijodu 2007-2013 u tal-Artikolu 107(3)(a) TFUE flimkien mal-Artikoli 21, 45, 49, 54 u 56 TFUE talli l-Kummissjoni wettqet interpretazzjoni restrittiva għal parti mill-kunċett ta’ “attivitajiet effettivament u materjalment imwettqa f’Madeira” u ta’ “ħolqien u żamma ta’ postijiet tax-xogħol fir-reġjun”.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(3)(a) TFUE peress li ma ġietx iddikjarata direttament il-kompatibbiltà tal-iskema ta’ għajnuna fuq l-istess bażi.

    3.

    It-tielet motiv huwa bbażat, sussidjarjament, fuq in-nullità tal-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn l-ordni ta’ rkupru li tinsab imsemmija fiha tikser l-Artikolu 16(1) tar-Regolament 2015/1589, inkwantu tikser il-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

    4.

    Ir-raba’ motiv huwa bbażat, sussidjarjament, fuq in-nullità tal-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn id-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli tal-allegata għajnuna mill-Istat hija inkorretta.


    (1)  ĠU 2022, L 217, p. 49.


    Top