EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0639

Kawża T-639/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2022 – VF International vs EUIPO – Super Brand Licencing (GEOGRAPHICAL NORWAY EXPEDITION)

ĠU C 463, 5.12.2022, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 463/57


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2022 – VF International vs EUIPO – Super Brand Licencing (GEOGRAPHICAL NORWAY EXPEDITION)

(Kawża T-639/22)

(2022/C 463/84)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: VF International Sagl (Stabio, l-Isvizzera) (rappreżentant: Y. Bizollon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Super Brand Licencing SAS (Villeurbanne, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “GEOGRAPHICAL NORWAY EXPEDITION” bil-kuluri iswed, griż jagħti fil-kannella, aħmar u abjad – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 860 834

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 124/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) u tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top